MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku f 'Sagittarius, għalik, l-istess Sagittarius se jkun mument ta' riflessjoni profonda dwar dak kollu li qed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza se tkun tista' tagħraf x'inhu l-aħjar pass li għandek twettaq. Analizza sew. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku f 'Sagittarius, għalik, Aquarius se jkun mument sabiex tagħraf li dak li s'issa għara tkattar fil-karriera tiegħek. Għandek bżonn tagħti aktar attenzjoni profonda u għalhekk għandek tibqa' ffukat mija fil-mija fuq dak li għandek. Irrifletti. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku f 'Sagittarius, għalik, Taurus se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni ta' aktar stabbiltà. B'dan kollu se jinfetħulek bosta opportunitajiet iżda dejjem kun preparat. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku f 'Sagittarius, għalik, Cancer se jkun dak il-mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll dwar it-tfassil ġdid li qed tħejji. Żomm ċertu bilanċ f 'dak li twettaq sabiex dan it-tkattir jimxi parallel mat-tkomplija tal-ħajja tiegħek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku f 'Sagittarius, għalik, Libra se jkun mument fejn se tibda tanalizza aktar kif se tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek peress li dan l-aħħar kont qed tesperjenza xi problemi. Issa dan se jibda jinbidel u se tibda terġa' tara dik l-istabbiltà. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt il-Qamar Ġdid għaż-żodjaku ta' Sagittarius (Il-Qaws) Mill-Ħadd 1 ta' Diċembru sas-Sibt 7 ta' Diċembru Il-Qorti tiċħad it-talba ta' €62,000 lil raġel mill- eks sieħba tiegħu wara li sabet nuqqas ta' evidenza JORDAN PACE Qorti Maltija ċaħdet it-talba ta' raġel li talab €61,754.46 mingħand l-eks sieħba tiegħu wara li kkonkludiet li l-evidenza ma kinitx biżżejjed sabiex jistabbilixxi l-ammont totali li ġie misluf. Il-każ beda minn relazzjoni twila bejn mara u raġel li damet mill-2009 sal-2013. Ir-raġel kien jafda b'għajnejn magħluqa lis-sieħba tiegħu tant li infatti kienu qegħdin jaħsbu sabiex jibnu familja flimkien, iżda r-relazzjoni ta' bejniethom sfaxxat fix-xejn. Illum il-ġurnata l-partijiet jgħixu ħajja separata minn xulxin. Skontu, matul ir-relazzjoni għaddielha somom ta' flus u allega li kienu intiżi bħala self biex jiżguraw dar futura flimkien. Hija kienet raddet lura parti minn dawn il-flejjes, u wegħditu li se tgħaddi l-ammont li baqa' f 'qasir żmien. Hija kien għad fadlilha trodd lura €57,500, flimkien ma' €4,254 li kienu ġew użati fuq oġġetti oħrajn. Minkejja d-diversi wegħdiet tal- ammonti dovuti, il-konvenuta dejjem baqgħet lura milli tirrifondi lura l-flus lid-dovut. Il-mara kkontestat it-talbiet u sostniet li mhux vera rranġaw li jingħataw il-flus abbażi ta' self u ddikjarat li kienet diġà tat lura €10,000 minnhom. Hija nnotat ukoll li r-relazzjoni tagħhom saret turbolenti, ikkaratterizzata minn kontroll, vjolenza, u d-dipendenza fuq id-droga tiegħu. Hija allegat ukoll li l-fondi inkwistjoni kienu taħlita ta' tfaddil u rigali, aktar milli self formali. Omm il-ġuvni tat ix-xhieda tagħha fejn qalet li ma kinitx taf li binha qed jgħaddi l-flus lill-għarusa, u minflok ħasbet li beda jfaddal il-flus biex jixtri xi appartament. Intant, hi qalet ukoll li matul is-snin kienet tgħaddi diversi flus lil binha għax qalilha li kien beħsiebu jixtri xi post u xtaqet tgħinu biex ma jissellifx mill-bank. Il-Maġistrat osservat li filwaqt li l-akkużata ammettiet li rċeviet il-flus, ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni li tissostanzja talbiet ta' ftehim ta' self formali. Fl-aħħar, il-Qorti kienet tal- idea li l-fondi ġew fdati f 'idejn ir-raġel minħabba l-instabbiltà finanzjarja tiegħu dak iż-żmien, possibbilment bħala mezz biex jiġu ssalvagwardjati minn użu ħażin relatat mad-dipendenza tiegħu. Il-Maġistrat osservat li filwaqt li l-akkużata ammettiet li rċeviet il-flus, ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni li tissostanzja talbiet ta' ftehim ta' self formali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 December 2024