Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037
analiżi IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 04 Il-partiti u l-mexxejja f 'qagħda delikata: MARIANNA CALLEJA Din is-sena ġabet ċertu tibdil fix-xenarju politiku Malti li, ejja nammettu magħna nfusna, mhux eżattament konna qegħdin nistennew. Anzi li kieku mhux għal tliet jew erba' avvenimenti turbolenti u importanti din is-sena, kien se jkollok nies li jargumentaw li l-Partit Nazzjonalista fis- Sondaġġi se jdum ma jiċċaqlaq. Dan kien rifless fis-sondaġġi tal-MaltaToday. Għaldaqstant, xi ħaġa waħa li ma nbidlitx tant hija li l-appoġġ għaż-żewġ partiti ewlenin, il-Partit Laburista (PL) u l-Partit Nazzjonalista (PN), jidher li baqa' jaffaċċja tnaqqis progressiv, b'żieda fl-għażla ta' astensjoni jew appoġġ għal partiti ż-żgħar. Dan jikkonferma l-biża' tal-politikanti, li l-bidla fil-prijoritajiet tal-elettorat Malti, partikolarment fost iż-żgħażagħ u l-votanti tal-klassi medja, inbidlu. Din hija r-raġuni għaliex il-Partit Nazzjonalista ffoka fuq tema friska, ikkulurita mmirata għal 'Malta Żagħżugħa', filwaqt li l-Partit Laburista dawwar il-prijoritajiet finanzjarji tiegħu lejn il-klassi l-medja. QAGĦDA ĠENERALI TAL-PARTITI Minn Jannar sa Novembru 2024, il-PN wera progress konsistenti fl-appoġġ, b'żieda minn 41% għal 46.3%. Imma dan mhux dejjem wera nuqqas ta' sodisfazzjon fil- konfront tal-PL. Fil-fatt il-PL għadu jżomm fuq quddiem jew viċin tal-PN, anke fl-aħħar tnejn fejn iżżerżaq it 'l isfel. Pereżempju, fl-aħħar sondaġġ, il-PL kien qed jirreġistra 45.3%, meta l-PN kien madwar 46.3%. Allura, għalkemm niżel taħt il-PN, xorta baqa' ma' koxxtu. Intant, filwaqt li l-PN qed jagħmel progress, u dan importanti ma nixhduhx, ir- riżultati juru wkoll li ż-żewġ partiti qed jitilfu l-votanti. Dawn il-votanti narawhom itellgħu rashom fl-astensjonijiet jew anke partit żgħar. Il-partiti ż-żgħar, inkluż l-ADPD, irreġistraw żieda sinifikanti f 'ċerti sondaġġi. L-appoġġ għall-partiti ż-żgħar wasal sa 11.1% fi Frar 2024, l-ogħla li qatt kien din is-sena, li jista' jfisser iż-żieda tal-interess f 'alternattivi politiċi. FIDUĊJA FIL-MEXXEJJA Il-Prim Ministru Robert Abela baqa' b'marġni komdu fuq Bernard Grech fil- fiduċja personali, għalkemm il-vantaġġ tiegħu naqas xi drabi matul is-sena. L-inqas li kellhom fiduċja f 'Robert Abela n-nies huwa fis-sondaġġ li seħħ f 'nofs Mejju tal-2024, b'36.5%. Dan kien is-sondaġġ li seħħ ġimgħa jew tnejn wara li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat ġie mressaq ma' numru ta' nies oħra mixli bi frodi, fost akkużi oħra, fil-każ Vitals. L-ogħla rata ta' fiduċja Abela ġabha propju xahrejn qabel, f 'Marzu, b'45.9% iwieġbu li huwa l-aktar mexxej li jafdaw. Min-naħa l-oħra Bernard Grech, minkejja baxxa, żamm konsistenza fil-fiduċja. Qatt ma qabeż t-30% imma qatt ma ġab inqas minn 15%. L-iktar li ġab kien f 'Settembru, b'26.6%. L-inqas li ġab kien fi Frar tal-2024, b'16.7%. L-istess sondaġġ ta' Frar ra l-ogħla fiduċja fl-ebda mexxej, bi 42.2% jgħidu li l-ebda mexxej ma jafdaw. Dan huwa allarmanti għal kull partit politiku peress li turi nuqqas ta' konnessjoni bejn l-elettorat u t-tmexxija. Fil-każ tal-PN, dan jista' jkun partikolarment problematiku, peress li l-votanti ilhom jesprimu dubji fil- kapaċità ta' Grech li jmexxi. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta' Abela, in-numru juruk indikazzjoni ta' meta l-faxxa ta' Joseph Muscat tkun qed tqarreb lejn Abela jew tiġri 'l bogħod minnu. L-ASTENSJONI U L-ISTRATEĠIJA TAL- PARTITI Astensjoni għolja tibqa' l-akbar sfida għall- partiti ewlenin, b'żgħażagħ u votanti tal- klassi medja fl-aktar riskju li jastjenu. Skont is-sondaġġi, il-PL tilef proporzjon sinifikanti tal-votanti tiegħu mill-2022, b'aktar minn 30% jiddikjaraw l-intenzjoni li ma jivvutawx. Dan l-aspett huwa aktar preżenti f 'żoni bħal Għawdex u r-reġjun tal-Lvant, fejn l-astensjoni laħqet 43% (l-ogħla). L-akbar sfida għall-PN hija l-inabbiltà li jattira dawn il-votanti frustrati tal-PL jew il-ġenerazzjoni żagħżugħa, fejn il-PL xorta qed imexxi b'punti sinifikanti. Dan iħalli lill- partiti ż-żgħar u movimenti indipendenti f 'pożizzjoni unika biex iġibu huma minflok bidla fil-mappa politika. IL-PRESTAZZJONI TAL-GVERN FL- AĦĦAR SENA L-indikatur tal-prestazzjoni tal-gvern żammet medja ta' 2.8 minn 5. Iż-żewġ punti ta' sodisfazzjon fit-tmexxija aktar min- nofs telenka l-grad għoli tan-nuqqas ta' sodisfazzjon fost iċ-ċittadini. Dan jista' jkun marbut mal-iskandli li rebħu l-attenzjoni tan-nies dis-sena, fosthom, l-isptarijiet, ta' Transport Malta, ta' Amanda Muscat, u aktar. Jista' jkun wkoll li ċ-ċittadini qed jipprovaw juru li hawn nuqqas ta' politika ċara biex jiġi indirizzat l-għoli tal-ħajja, iż-żieda fil- popolazzjoni, il-problemi żgħar imma kbar fl-effett bħal qtugħ fid-dawl, problemi bid-dranaġġ u t-traffiku. Filwaqt li dawn il-kwistjonijiet huma sfidi għal Abela, fl- aħħar snin il-PN ma rnexxilux jikkapitalizza biżżejjed fiduċja fuqhom biex jagħmel avvanzi sinifikanti. F'din l-analiżi, il-kordinatur editorjali tal-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aqwa u l-agħar numri li ġabu l-mexxejja u l-partiti fis-sondaġġi tal-aħħar sena. Titkellem ukoll dwar dawk l-avvenimenti importanti li jaf affettwaw il-fiduċja tan-nies fl-istess perjodu. Il-partiti politiċi fl-aħħar 10 sondaġġi tal-MaltaToday