MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 kultura IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Wirja storika tal-presepji Maltin fil-Parlament Ewropew Din il-ġimgħa nfetħet l-akbar wirja ta' presepji Maltin fil- qalba tal-Parlament Ewropew fi Brussell. Din l-inizjattiva ġiet organizzata u ospitata mill-MEP Malti Alex Agius Saliba, li ddeskriva l-wirja bħala "ħolma li saret realtà." Il-wirja, li tiffoka fuq il-wirt kulturali ta' Malta fuq livell internazzjonali, tinkludi aktar minn 25 presepju maħdum b'dettalji straordinarji. Fosthom hemm żewġ xogħlijiet kbar li jirrappreżentaw lil Birgu u lil Marsa. "Din mhix sempliċement wirja," qal Agius Saliba, "imma ċelebrazzjoni tal-kultura tagħna u xhieda tat-talent straordinarju tal-artisti u l-ħaddiema Maltin." Huwa żied jgħid li wara xhur ta' preparazzjoni, huwa ta' sodisfazzjon kbir li l-presepji Maltin qed jiġu apprezzati fil- qalba tal-Ewropa. Il-proġett sar possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni ta' diversi entitajiet lokali, fosthom il- Ministeru għall-Kultura, il- Ministeru għal Għawdex, Għaqda Presepisti Għajnsielem, Natività Fil-Birgu, u Ħidma tal- Presepji. Wieħed mill-aktar presepji li jispikka huwa dak f 'għamla naturali li jirrappreżenta lil Birgu, li jiġbor fi ħdanu s-seħer storiku u l-legat artistiku ta' Malta. Presepju ieħor prominenti huwa dak minn Marsa, interpretazzjoni moderna li turi l-innovazzjoni u l-viżjoni kreattiva tal-artisti Maltin. Il-wirja rċeviet ukoll kliem ta' tifħir minn MEP David Casa, li rrimarka, "Jien u Alex ma naqblux fuq ħafna affarijiet. Imma rrid nifraħlu tal- inizjattiva tiegħu biex tella' wirja impressjonanti tan-Natività Fil- Birgu fil-Parlament Ewropew." Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Alex Agius Saliba kiteb: "Sodisfazzjon doppju bl-esebizzjoni tal-presepisti Maltin fil-Parlament Ewropew. Sodisfazzjon tara lil dawn id- dilettanti jesponu ħidmiethom u iktar minn hekk li tara prodott Malti jiġi apprezzat fuq livell Ewropew." Dan l-artiklu jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is- suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill- informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 December 2024