MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Cliff Zammit Stevens u Judith Kathleen Evans ixerrdu l-imħabba f 'kunċert fil-Furjana Il-Parroċċa San Publiju Floriana qed torganizza l-kunċert 'Spread the Love – Xerred l-Imħabba' bl-iskop ewlieni li nxerrdu l-imħabba, inżidu l-inklużjoni soċjali, f 'sena li kienet imxekkla min- nuqqas ta' paċi u mħabba u diżattenzjoni madwar id-dinja kollha. Peress li nemmnu li tagħti hija rċevuta, għandna wkoll l-intenzjoni li ngħaddu parti mill-profitti lil Puttinu Cares u lid-Dar tal-Providenza. Dan il-kunċert prestiġjuż se jittella' taħt id-Direzzjoni Mużikali ta' Jacob Portelli, l-arpaż renjużi Malti b'parteċipazzjoni tal-prestiġjuż Cordia String Quartet. B'isem derivat mil- Latin Cordia (qlub) u t-toni fonetiċi Maltin ta' Korda (stings), il-viżjoni tal-Cordia Quartet hija li toħloq għall-udjenza l-ambjent ta' konkordanza f 'armonija mużikali u fi ħdan l-erba' strumenti ta' string tal-kwartet. Il-vuċi grazzjuża tat-tenur Malti rinomat Cliff Zammit Stevens u l-vuċi melodjuża tas- soprano talentuża minn Wales Judith Kathleen Evans, li ġejja Malta esklussivament għal dan il-kunċert speċjali, għandhom jagħmlu d wieħedin l-esperjenza waħda memorabbli. Il-biljetti huma disponibbli minn: https://www. s h o w s h a p p e n i n g . c o m / S t . - Publius-Parish-Church/Spread- the-Love---Xerred-lImhabba, mill-Knisja Parrokkjali tal- Furjana, u dakinhar mal-bieb. ŻfinMalta se jippreżenta t-tielet edizzjoni tal-programm biennali tiegħu, ŻfinMade – Corporeality, li jlaqqa' sitt koreografi Maltin biex joħolqu sensiela ta' xogħlijiet ġodda interpretati mid-danzaturi tal-kumpanija. Din is-sena, it- tema ewlenija, 'our bodies in a digital world' (ġisimna f 'dinja diġitali), tistieden lill-artisti biex jesploraw ir-relazzjoni bejn il-ġisem uman u r-realtà diġitali li qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel. ŻfinMade se jiddebutta fit- Teatru Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta, bejn il-5 u t-8 ta' Diċembru 2024, fejn kull lejl se jiġu ppreżentati tliet xogħlijiet minn dawn il-koreografi Maltin: Florinda Camilleri, Valentina Cauchi, Tara Dalli, Pamela Kerr, Sandra Mifsud, u Sarah Vella. WANDERMUST 2 – Koreografija ta' Florinda Camilleri Ix-xogħol ta' Florinda jirrifletti fuq modi ġodda u aktar responsabbli kif nistgħu nirrelataw mal-ambjenti tagħna permezz ta' solidarjetà, kura, u kompassjoni. EXTENSION – Koreografija ta' Sarah Vella Extension tidħol fil-fond tal-emozzjonijiet, fejn id- danzaturi jesploraw l-essenza vera tagħhom. Dan ix-xogħol ifittex li jgħaqqad dak li jfisser li tkun uman fid-dinja moderna. Kompożizzjoni mużikali oriġinali ta' Benji Cachia. AI I AM – Koreografija ta' Valentina Cauchi Valentina tesplora l-kundizzjoni umana f 'dinja li qed tinbidel kontinwament, billi tikkontempla kif it-teknoloġija tiddetermina l-mod kif nimu l-inkarnazzjoni tagħna fil- kuntest diġitali. ILLUSIO – Koreografija ta' Sandra Mifsud Ix-xogħol jittratta l-vjaġġ tal- ħajja umana, mill-konċepiment sal-ħajja adulta, bħala għanja għall-ferħ u konnessjoni li spiss ikunu evanexxenti u kkumplikati mill-ħerqa kontinwa tagħna għall-kuntentizza. I AM LINKED, THEREFORE I AM – Koreografija ta' Pamela Kerr Pamela tesplora l-paradoss tal-ħajja f 'dinja doppja – bejn il- persona diġitali u l-awtentiku. Ix-xogħol jagħmel mistoqsija fundamentali: nistgħu qatt neħilsu minn din il-firda bejn id-dinja online u dik offline? FIAT FERRARI – Koreografija ta' Tara Dalli Xogħol li jitfa' dawl fuq il-veloċità bla waqfien tad-dinja tal-lum permezz ta' mistoqsijiet bħal ... fejn sejrin? Qatt se nasal? U jekk iva, x'inhu l-għan? ŻfinMade diġà ħoloq isem bħala spazju essenzjali għad- danzaturi u l-koreografi Maltin biex jiżviluppaw ix-xogħol tagħhom ma' ŻfinMalta. Din is-sena, l-appoġġ artistiku jinkludi d-disinjatur tad-dawl Dali Aguerbi, id-disinjatur tal-kostumi Holly Knowles, u d-dramaturgu Victor Jacono. Għal aktar informazzjoni u biljetti, żur kreattivita.org. ŻfinMade qed jiġi prodott f 'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv. ŻfinMade jirritorna bil-programm 'ŻfinMade – Corporeality'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 December 2024