Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960
Niġi għall-verżjoni ċinematografika li ħarġet fl-1957 mill-Kumpanija Warner Bros. bil-ħin ta' 101 min. Sid Sorkin (John Raitt, fl-uniku film li qatt ħadem), is-supretendent qalil tal-ħaddiema ta' Sleeptite Pajama Factory, aċċidentalment jimbotta membru tal-union tal-ħaddiema tal- fabbrika. Babe Williams (Doris Day), il-kap tal-kumitat tal-inġustizzji attraenti, tlaqqa' bord dwar dan il-każ u wara teħles lil Sid minn kull ħtija. Il-union qed tipproponi żieda ta' 7 ċenteżmi u nofs fis-siegħa fil-pagi tal-ħaddiema, imma Hasler (Ralph Dunne) ma jilqax it-talba tagħhom. Meta kull sena jorganizzaw ħarġa flimkien li jieħdu ħsiebha l-union, Sid u Babe jibdew jinħabbu. Wara li Hasler jirrua t-talba tagħhom, il- union tordna biex il-ħaddiema jieħdu x-xogħol bil-lajma. Sid jirnexxilu jwaqqaf din l-azzjoni, imma meta Babe tagħmel sabutaġġ fuq waħda mill-magni tal-ħjata li hi stess qed tuża u tikkawża l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku tal-post kollu, Sid ikun sfurzat ikeċċiha. Sid wara jiskopri li Hasler, il-kap strett, kienu allokawlu din iż-żieda għall-ħaddiema, imma hu kien qed jinvestihom fil-kont tiegħu tal-bank. Meta jkun imminaċċjat li se jikxfuh jaċċetta ż-żieda ta' 7 ċenteżmi u nofs għall-ħaddiema kollha. Fil- laqgħa kbira ta' vittorja li l-union torganizza, Sid u Babe jirranġaw id- differenzi tagħhom. e Pajama Game hi adattament kważi sħiħa ta' seħbitha, dik li għamlet tant suċċess fuq il-palk. Dan hu xogħol mużikali ferrieħi, leġġer, satira ta' battalja industrijali bejn il-ħaddiema u dawk li jimmaniġġjaw. Naturalment, ixaqleb ħafna aktar lejn il-ħaddiema, l-umoriżmu qatt ma jitħalla jiddomina, imma xorta hu inċisiv u li jirrendi tbissima. Id-direzzjoni tassew effiċjenti tad-Direttur Stanley Donen tagħti lill-film pass imħarrek, kif ukoll insibu xi sekwenzi fil- kanzunetti li verament jinvolvu lil min jismagħhom bil-galbu, maħdumin bi briju deċiżiv u anki immaġinazzjoni. Partikolarment, l-aktar li jissuperaw huma dik tat-titlu, Racing Round e Clock, esegwita mill-ħaddiema waqt li jduru mal-magni tagħhom, I'm Not At All In Love u Small Talk li fihom ħafna ritmu. Il-koreografija ta' Bob Fosse tassew timlieh b'enerġija li tasal fil-quċċata tagħha fis-sekwenza tal-ħarġa fil-kampanja tal-ħaddiema f 'Once A Year. Forsi l-aktar ħaġa li dan ix-xogħol hu nieqes minnu hija l-affaxxinazzjoni La l-mużika vivaċi u fraġli u lanqas il-liriċi u l-partijiet attraenti tal-atturi prinċipali ma jippussessaw din il-kwalità essenzjali, u t-ton ultraeleganti ta' din il- produzzjoni jservi biex jesaġeraw dan in-nuqqas. Bħala Babe, Doris Day hija pjaċevoli, John Raitt, attur ġdid divertenti għandu l-vuċi soda ta' Sid u Eddie Foy Jr. fil-parti ta' Hines huwa espert komiku u buffu sodisfaċenti. Ta' min isemmi wkoll l-arranġament vokali u orkestrali ta' Nelson Riddle. Buddy Bregman u Charles Henderson li jikkontribwixxu mhux ħażin ġo dan il-film tant divertenti li kważi jattirawk b'impatt totali. F'dan ix-xogħol mużikali fih jaħdmu wkoll Barbara Nichols u Reta Shaw. Il- bqija tal-kast huma magħżulin minn dawk stess li ħadmu fuq Broadway. Kanzunetti popolari oħrajn huma dawk miktuba minn Richard Adler u Jerry Ross, fosthom Hernando's Hideaway, Hey ere u ere Once Was A Man. Carol Haney li hija wkoll żeffiena tajba li tiddomina fi Steam Heat. Fl-aħħar nett, John Raitt li kien deher biss qabel f 'partiċelli fi tliet films tal-bidu tas-snin erbgħin, dan kien l-uniku rwol tiegħu bħala protagonist. Fuq Broadway kien famuż sewwa bħala baritonu. e Pajama Game huwa xogħol mużikali li toħroġ minnu sodisfatt ħafna u b'allegrija kbira fuqek. 14 films IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali "The Pajama Game" IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Doris Day fil-party prinċıpali ta' Babe Williams fil-film 'The Pajama Game' fl-1957