MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 • illum CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se jkun il-waqt li tagħraf sew kif se tqassam aħjar il-ħin fil- bżonnijiet tiegħek. Għalhekk issa huwa l-waqt li tagħraf sew il-bżonnijiet tiegħek. Iż-żodjaku b'aspett pożittiv ġej minn Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tanalizza aktar il-qagħda ta' madwarek fejn trid tagħraf li hemm żbilanċ sabiex b'hekk toħloq bilanċ adegwat lejn il-miri tiegħek. Iż-żodjaku b'aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Gemini se jkun il-waqt li toħroġ mill-inċertezza li qed taħkmek. B'hekk tibda tiffoka aktar lejn it-tkattir meħtieġ. Iż-żodjaku b'aspett pożittiv ġej minn Sagittarius. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Libra se jkun il-waqt li ssib biżżejjed ħin għall-eżerċizzju. Dan taf li huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel. Għalhekk sib il-ħin adattat. Iż-żodjaku b'aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tanalizza sew l-esperjenzi tal-imħabba sabiex b'hekk telimina dak li jista' jkun ta' tfixkil. Irrifletti. Iż-żodjaku b'aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju: Il-Qamar Kwinta għaż- żodjaku ta' Capricorn Mill-Ħadd 12 ta' Jannar sas-Sibt 18 ta' Jannar Wara l-Baġit żdied bis-saħħa l-bejgħ mill-ħwienet Statistika maħruġa mill-Eurostat tindika li f 'Novembru, propju wara li tħabbru l-miżuri tal-Baġit, kien hemm żieda qawwija ferm fil-bejgħ mill-ħwienet f 'pajjiżna. Fil-fatt din iż-żieda kienet 3.3% akbar milli kienet fl-istess xahar sena qabel. Ta' min jinnota li mentri r-rata ta' tkabbir tal-bejgħ mill- ħwienet fiż-żona ewro naqset minn 2.1% f 'Ottubru għal 1.2% f 'Novembru, f 'pajjiżna, ir-rata żdiedet minn 2.7% għal 3.3%. Dan ifisser li kkumparat mal- medja taż-żona ewro, it-tkabbir fil-bejgħ mill-ħwienet kien kważi tliet darbiet aktar. F'numru ta' pajjiżi Ewropej, f 'Novembru, il-bejgħ mhux talli żdied imma talli naqas. Fost dawn hemm il-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Is-Slovenja u l-Finlandja. Dawn il-pajjiżi huma milqutin minn miżuri ta' awsterità mħaddna mill-gvernijiet ta' pajjiżhom minħabba qagħda ekonomika ħażina. Mentri meta mqabbel mal- perjodu eżatt wara l-pandemija, il-ħwienet f 'Malta għandhom bejgħ ta' 17% aktar, il-bejgħ madwar iż-żona ewro għadu staġnat fi kważi l-istess livell ta' erba' snin ilu. L-agħar sitwazzjoni hija fil-Belġju bil-bejgħ huwa 12% anqas minn dak fl-2021. Anke fl- akbar ekonomija Ewropea, il-Ġermanja, il-bejgħ għadu 2% anqas milli kien erba' snin ilu, bil-pajjiż f 'sitwazzjoni ta' riċessjoni. Intant l-istħarriġ li jsir ta' kull xahar mill-Kummisjoni Ewropea fost il-konsumaturi madwar l-Unjoni jindika li f 'Malta s-sentiment fost il- familji huwa aħjar mill-medja storika, u ferm aqwa mill- medja Ewropea. Il-maġġoranza tal-familji intervistati sostnew li jemmnu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se titjieb fix-xhur li ġejjin. Tant hu hekk li ħafna bassru li sejrin jonfqu aktar fix-xhur li ġejjin u, minkejja dan, xorta qed jistennew żieda fit-tfaddil tagħhom fix-xhur li ġejjin. Ta' min ifakkar li f 'Novembru, id-depositi tal-familji Maltin u Għawdxin laħaq livell rekord ġdid tant li qabeż it-€18-il miljun ewro. F'sena waħda kien hemm żieda fid-depositi daqskemm kien hemm bejn l-2008 u l-2013.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 January 2025