Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Gozo Arts Weekend 2025 tiċċelebra l-arti u l-kreattività Għawdxija Id-Dnub tal-Magħżulin, dramm ġdid bil-Malti miktub minn Adrian Buckle u Trevor Żahra, se jiaħ l-istaġun tat-teatru 2025 b'rakkont mill-ġdid ta' narrattiva Biblika magħrufa. Il-produzzjoni, li se tittella' fit-Teatru tal-Kampus, il- Belt Valletta, mill-31 ta' Jannar sad-9 ta' Frar, tirrakkonta l-istorja ta' David u Ġonatan fil-kuntest ta' oppressjoni, biża', u paranojja taħt ir-renju ta' Sawlu. "Din hija storja dwar is-saħħa tal-imħabba li tegħleb il-mibegħda u tgħaqqad lill-bnedmin anki fl-aktar ċirkostanzi diffiċli," qal id-Direttur Tyrone Grima. Il-kast jinkludi lil Peter Galea bħala Sawlu, Miguel Formosa bħala Ġonatan, u Benjamin Abela bħala David, fost atturi oħra. Mużika oriġinali minn Alex Vella Gregory u disinji minn Romualdo Moretti u Michela Manduca se jżidu ma' din l-esperjenza teatrali immersiva. Għall-udjenzi ta' nhar il-Ġimgħa, il-31 ta' Jannar u s-7 ta' Frar, se jkun hemm lezzjoni u diskussjoni minn Rev. Prof. Josef Mario Briffa SJ dwar l-istorja ta' David u Ġonatan fil-kuntest storiku u kulturali tagħha. Bil-biljetti diġà għall-bejgħ online, dan id-dramm għandu jattira lil dawk li jfittxu stejjer ta' kuraġġ u reżiljenza. Id-Dnub tal-Magħżulin: L-istorja ta' David u Ġonatan, bħalma qatt ma rajnieha Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, għal sena oħra, qed jerġa' jorganizza l-Gozo Arts Weekend, li se jittella' bejn l-24 u s-26 ta' Jannar 2025 f 'diversi postijiet madwar il-gżira. Din is-sena, l-attenzjoni se ddur fuq l-artist u l-iskultur rinomat Għawdxi, Michael Camilleri Cauchi. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, stqarr li matul il-Gozo Arts Weekend il-pubbliku lokali u internazzjonali jista' jgawdi programm varjat b'rabta max- xogħlijiet ta' Camilleri Cauchi, artist li m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. L-edizzjoni ta' din is-sena se tlaqqagħna mat-talenti ta' Camilleri Cauchi, tant li permezz tal-iskultura, hu se jpaxxi l-għajn u jwassal il-messaġġ tiegħu. Il-Gozo Arts Weekend għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni kulturali u turistika, u din is-sena, il-programm se jinkludi għadd ta' attivitajiet u esebizzjonijiet li se joffru lill-viżitaturi opportunità unika biex jiskopru u japprezzaw ix-xogħlijiet tal-iskultur Michael Camilleri Cauchi. Barra minn hekk il-viżitaturi se jingħataw l-opportunità sabiex jiltaqgħu mal-artist. "Din iċ-ċelebrazzjoni tirrifletti l-impenn tagħna li nsaħħu l-arti bħala parti essenzjali mill-identità u mill- offerta turistika ta' Għawdex. Nistiednu lil kulħadd jingħaqad magħna biex niċċelebraw it-talenti Għawdxin u l-lingwaġġ universali tal-arti," temm jgħid il-Ministru Camilleri. Għal aktar dettalji wieħed jista' jżur is-sit ta' Events in Gozo.