Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390
13 arti u kultura IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Inawgurata l-ewwel esebizzjoni ta' artist Malti fil-MICAS F'Jannar, il-palk storiku tat-Teatru Manoel se jilqa' l-kunċert tal-opra L'Alpino, xogħol drammatiku ta' Carlo Diacono li jdur madwar it- temi ta' kuraġġ u mħabba. Din l-opra, li tgħaqqad tradizzjonijiet Maltin u Taljani, tgħarraf il- vjaġġ erojku ta' suldat Taljan mit- tim Alpini li jaffaċċja muntanji perikolużi, battalji ħarxa u telfa personali, filwaqt li turi l-kuraġġ u r-reżiljenza ta' dawn it-truppi. Il-mużika ta' Diacono, magħrufa għas-sbuħija melodika tagħha, hija taħlita raffinata ta' elementi operistiċi tradizzjonali u orkestrazzjoni innovattiva li tirrappreżenta, kemm il-kobor tal-Alpi Taljani, kif ukoll l-intensità emozzjonali tal-esperjenzi tas-suldati Alpini. Din il-produzzjoni se titwettaq mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Michael Laus, f 'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency. Fil-kast se jipparteċipaw l-artisti magħrufa Miriam Cauchi Nicola Said, Alan Sciberras, Louis Andrew Cassar u Noel Galea. Ma' dawn, se jingħaqad il-Goldberg Ensemble, li flimkien se joħolqu esperjenza mużikali emozzjonali u memorabbli. L'Alpino se tittella' fuq il-main stage tat-Teatru Manoel nhar il-Ħamis, 15 ta' Jannar 2025, u hija miuħa għal udjenzi minn ħames snin 'il fuq. Il-palk tat-Teatru Manoel, magħruf għall-akustika unika u s-sbuħija barokka tiegħu, se jservi bħala l-isfond ideali għal din il-produzzjoni li tgħaqqad melodiji emozzjonali u stejjer tal-qlubija umana. Il-biljetti għall-kunċert jistgħu jinkisbu permezz tas-sit elettroniku uffiċjali tat-Teatru Manoel. L-istorja ta' kuraġġ u mħabba, L'Alpino, fuq il-Palk tat-Teatru Manoel L-esebizzjoni 'Figure in Rods' tal-artist mibki Ray Pitrè, se tifforma parti mill- kollezzjoni permanenti tal-MICAS. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici inawgura l-ewwel esebizzjoni ta' artist Malti fl-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta' Malta (MICAS), bl-iskultura tal-artist mibki Ray Pitrè. Waqt l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti wkoll il-familjari tal-artist Ray Pitrè li miet fl- aħħar tal-2024. L-esebizzjoni tal-aħħar xogħol tiegħu 'Figure In Rods' issa tifforma parti mill- kollezzjoni permanenti tal-MICAS. "Ninsabu f 'mument sinifikanti fil-vjaġġ kulturali ta' pajjiżna, hekk kif infakkru l-wirt ta' Raymond Pitrè u nsaħħu l-impenn tagħna li npoġġu l-arti Maltija fuq il-palk internazzjonali permezz ta' MICAS, il- mużew il-ġdid tagħna ddedikat għall-arti kontemporanja. It-telfa riċenti ta' Ray Pitrè tfakkarna fit-talent straordinarju li għamlitu sinonimu ma' identità artistika unika, mill- bidu tax-xogħol pijunier tiegħu fis-snin sittin, fejn esplora diversi espressjonijiet u beda joħloq xogħol profond anke minn materjali abbandunati mis-soċjetà," qal il-Ministru Bonnici. Il-Ministru Bonnici kompla li bil-kapulavur finali tiegħu 'Figure In Rods', issa installata b'mod permanenti f 'MICAS, Pitrè inkarna l-ispirtu innovattiv u l-eċċellenza artistika li jixirqilhom għarfien internazzjonali. Punt ieħor importanti tal-inawgurazzjoni kien l-iżvilupp tal-programm ambizzjuż ta' MICAS, li dwaru l-Ministru Bonnici qal li kien se jiżgura li ġenerazzjonijiet kurrenti u futuri ta' artisti Maltin isibu l-appoġġ, ir-rikonoxximent u l-pjattaforma internazzjonali li jixirqilhom. L-esebizzjoni ġiet introdotta miċ- Chairperson Eżekuttiv tal-MICAS, Phyllis Muscat, kif ukoll mid-Direttur Artistiku tal- MICAS, Edith Devaney, u l-istoriku tal-arti l-Prof. Joseph Paul Cassar. Muscat qalet, "Huwa ta' unur għalina li nsiru l-kustodji tax-xogħol finali ta' Ray Pitrè, f 'dan l-istadju bikri tal-missjoni tal-MICAS biex iġib l-arti kontemporanja internazzjonali f 'Malta, iżda wkoll li nuru l-arti kontemporanja Maltija lill-bqija tad-dinja. Bit-tqegħid permanenti ta' 'Figure in Rods', MICAS jiċċelebra l-legat artistiku ta' wieħed mill-ien artisti ta' Malta, u jissottolinja l-missjoni tagħna li nġibu l-arti u l-artisti Maltin fi djalogu ma' komunità artistika internazzjonali". Għal aktar dettalji żur: https://micas.art/