MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Films tal-biża' u t-twerwir F'dan il-ġeneru se nsibu numru konsiderevoli ta' films fosthom Saw X1, il-11-il wieħed ta' din is- sensiela. Nosferatu – Film tal-biża' ispirat minn fuq ix-xogħol klassiku mutu tal-1922, tad-direttur F. W. Murnau ta' żmien l-Espressjoniżmu Germaniż, dwar mara żagħżugħa. Ellen Hutter tkun itturmentata u pprovokata mentalment minn vampir antik, il-Konti Orlok li qed isus bla ħniena warajha. Fil-parti ta' Ellen insibu lil Lily Rose Depp, it-tifla ta' Johnny Depp. Wolf Man – Dan hu "reboot" (reġa' nħadem aktar elaborat) tal-film tal-1941. Familja li tgħix f 'razzett imwarrab fil-kampanja tkun attakkata minn annimal li ma jidhirx u kif jibda dieħel il-lejl il- missier jittrasforma ruħu f 'xi ħaġa li ma tintgħarafx. Produzzjonijiet oħra tal-orrur huma: Sinners, 28 Years Later, Presence, M3gan 2.0, I Know What You Did Last Summer, read: An Indian Tale, e Conjuring: Last Rites, e Black Phone 2, Saw X1, Predator Badlands u Five Nights At Freddy's 2. Films ta' azzjoni u avventuri Flight Risk – Pilota jittrasporta aġent tal-pulizija li qed jakkumpanja wieħed li ħarab mill-ġuri tiegħu. Meta jittajru fuq wesgħat imwarrba fl-Alaska, it- tensjoni tikber, ħadd ma jafda lil ħadd u dawk abbord mhumiex ta' karatrru kif kien maħsub. Dirett minn Mel Gibson, wieħed jista' jistenna andament splussiv. Babygirl – riller erotiku fejn CEO potenti tipperikola l-karriera tagħha u lill-familja meta tibda relazzjoni taħraq ma' raġel iżgħar minnha sewwa. Mickey 17 – Dan hu film tax- xjenza fittizja dwar raġel li jintbagħat fuq vjaġġ perikuluż biex iġib abitanti ġodda fuq pjaneta bis-silġ. Alto Knights – Dramm bijografiku tal-Maa li seħħ fis- snin ħamsin fejn il-gangster Vito Genovese jimbarka fuq gwerra mal-kriminal qawwi Frank Costello li kien irtirat. Il- protagonist hu Robert DeNiro. Produzzjonijiet oħra ta' din ix- xorta huma: Den Of ieves 2: Pantera, Levor's Trade, Novocaine, Ballerina, e Accountant 2 u e Amateur. Kummiedji, films romantiċi u oħrajn We Live In Time – Kummiedja romantika dwar koppja u r-relazzjonijiet tagħhom fuq medda ta' għaxar snin. Here – Ġenerazzjonijiet ta' koppji u familji li għexu fl-istess dar f 'seklu sħiħ u kif integraw fl- imħabba, waqt xi telfa duluruża ta' xi għażiż u kif jirreaġixxu fil- ħajja komuni ta' kuljum. Jaħdmu Tom Hanks, Robin Wright u Paul Bettany. Bridget Jones: Mad About the Boy – F'dan ir-raba' film dwar il- protagonista tal-ktieb ta' Helen Fielding, Bridget Jones issa armla, bil-għajnuna tal-familja u tal- ħbieb u anki ta' Daniel, il-maħbub tagħha ta' qabel, qed tipprova torganizza ħajjitha u qed tkun segwita minn wieħed ta' età iżgħar minnha sewwa. Kummiedja romantika oħra bis-soltu atturi Renee Zellweger u Hugh Grant. Karate Kid: Legends – Xogħol ieħor tal-arti marzjali bil- protagonist Daniel jasal Beijing u Mr. Han, dak li jħarrġu, qed jipprova jipperswadi lil Li Fong biex flimkien jittrenjawh għal kompetizzjoni missielta tal-arti marzjali. Bl-istess atturi ta' qabel bħal Ralph Macchio, Jaden Smith, Jackie Chan u Pat Morita. Se joħorġu wkoll e Naked Gun ibbażat fuq storja oriġinali bl-atturi Liam Neeson u Pamela Anderson li tieħu post Priscilla Presley, Freakier Friday kummiedja tal-kumpanija Disney u Downton Abbey 3 li hu sequel dirett ta' Downtown Abbey: A New Era. Nispiċċa dan l-artiklu billi nbassar li l-attenzjoni tas-sena 2025 se tkun prinċipalment fuq dawn iż-żewġ produzzjonijiet: Snow White – Wisq probabbli dan il-film tal-kumpanija Disney se jkun l-attrazzjoni speċjali ta' żmien il-Għid. Issa fantasija mużikali b'atturi reali. B'ħerqa nistennew sa żmien Milied ieħor għat-tielet film epiku tax- xjenza fittizja, Avatar: Fire and Ash li jkompli ma' Avatar: e Way Of Water. Hawn, il-kunflitt bejn l-indiġeni Na'vi l-abitanti ta' kulur blu u l-umani li jridu jħarbtu r-riżorsi tal-pjaneta tagħhom Pandora, se jkompli jiħrax. L-aspettattiva ċinematografika f 'din is-sena tidher li se tkun waħda ta' sodisfazzjon għal udjenzi ta' kull età. 14 films IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 • illum Carmel Bonnici Xi films li nistgħu naraw fl-2025 IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 January 2025