Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390
analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 05 Prim Ministru ... fejn żelaq, u fejn irnexxa dawk li ntlaqtu b'mod sekondarju. Malta kienet waħda mill-pajjiżi li laħqet l-immunizzazzjoni malajr, grazzi għal kampanji kontinwi dwar il-vaċċin, u l-kontroll totali tal- pazjenti attivi fl-Isptar Mater Dei u l-imwiet. Dan ħalla riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra l-infezzjoni. Bil-programm ta' appoġġ ekonomiku, il-Gvern serraħ ras il-ħaddiem li se jibqa' xogħol jistennieh, u n-negozji kienu protetti. Ma kinux it li ddubitaw fil- vouchers, fl-iskemi, u l-frażi famuża, "rota ekonomika tkompli għaddejja". Iżda kienu huma li żammew tama tnemnem fi żmien iswed. 2) Irkupru ekonomiku Minkejja l-isfidi globali u l-pandemija, l-ekonomija ta' Malta baqgħet b'saħħitha, u l-gvern ta' Abela għamel sforzi biex l-industriji b'saħħithom bħat-teknoloġija, finanzjarja u l-logħob, iżommu kollox għaddej waqt li wħud kienu fil-limbu. Barra minn hekk, il-qagħad baqa' baxx, b'Malta tkun fost l-iżjed pajjiżi b'qagħad l-aktar baxx fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu baqa' għaddej waqt li l-amministrazzjoni ta' Abela attirat investiment ġdid f 'setturi li kienu għadhom niċeċ fil-pajjiż, bħal gaming, films, u finanzi diġitali. Il-gvern implimenta strateġiji biex jerġa' jqajjem is-settur turistiku ta' Malta, wieħed mill- aktar milquta mill-pandemija. Inċentivi bħal titjiriet b'xejn, sussidji għal avvenimenti, u kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni għenu lill- industrija tirkupra malajr. Sal-2023, il-wasliet tat-turisti kienu kważi reġgħu lura għal-livelli ta' qabel il- pandemija, bi qligħ rekord f 'setturi relatati bħall-ospitalità u t-turiżmu kulturali. 3) Ġustizzja, u governanza Il-mewt ta' ġurnalista kienet twissija li l-ebda Gvern ma seta' jinjora. Il-Gvern ta' Abela ra bidliet kbar fis-sistema ġudizzjarja. Nerġgħu nsemmu l-proċess tal- ħatra tal-membri tal-ġudikatura. F'dan il-każ il-Gvern neħħa l-irwol dirett tal-Prim Ministru u poġġa r-responsabbiltà f 'idejn Kumitat tal- Ħatriet Ġudizzjarji indipendenti. Din ir-riforma indirizzat tħassib dwar is-separazzjoni tas-setgħat u kienet parti mill-isforzi biex tibda tikber il-fiduċja fl-istituzzjonijiet ta' Malta wara l-kriżijiet politiċi tal- 2019. Il-Gvern ta' Abela ra wkoll riformi kbar kontroversjali. Fl-14 ta' Diċembru 2021, il-Parlament Malti ddekriminalizza l-użu rikreattiv tal-kannabis għall-pussess u l-użu personali għal dawk li għandhom 18-il sena 'l fuq, u sar l-ewwel pajjiż tal-UE li għamel dan. Il-gvern ta' Abela kabbar il- politika progressiva ta' Malta dwar l-ugwaljanza u l-inklużjoni, partikolarment għall-ħaddiema u l-familji. Riforma waħda notevoli kienet l-introduzzjoni tad-drittijiet tal-IVF fl-2022. 4) Infrastruttura urbana Saru numru ta' investimenti fl- infrastruttura matul iż-żmien ta' Abela fil-kariga ta' prim ministru. Proġetti ewlenin tat-toroq tejbu l-influss tat-traffiku u naqqsu l-ħinijiet tal-vjaġġ speċjalment fiż- żoni bħall-Marsa, Santa Luċija, l-Imrieħel, Ħ'Attard u r-Rabat. Minkejja l-kritika ambjentali, proġetti bħal ta' Aldo Moro, fil- Marsa, u s-Central Link, f 'Ħ'Attard, raw inqas piż fuq toroq arterjali. Il-gvern ta' Abela ffoka wkoll fuq l-akkomodazzjoni affordabbli, nieda proġetti u skemi ta' sussidju għall-kera biex jappoġġjaw familji bi dħul baxx u gruppi vulnerabbli. 5) Politika soċjali u inklużjoni Il-poltika li ttejjeb il-kwalità tal- ħajja u l-inklużjoni ta' numru ta' faxex tas-soċjetà kienet waħda mill- highlights ta' Robert Abela bħala Prim Ministru. Mill-2020 'l hawn, baqgħet tikber l-inizjattiva l-iskema ta' childcare b'xejn, biex b'hekk aktar ġenituri bbenefikaw minnha. Sal-2022, aktar minn 8,000 tifel u tifla ġew irreġistrati fil-programm, li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fid-dinja tax- xogħol, speċjalment għan-nisa. Bi tweġiba għad-Direttiva tal-UE dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, il-gvern ta' Abela introduċa riformi li taw xahrejn ta' leave tal- ġenituri mħallas għal kull ġenitur, li bdew f 'Awwissu 2022. Dan flimkien ma' żidiet fl-allowances tat-tfal u inċentivi fiskali biex itaffu l-piż finanzjarju fuq il-familji. U l-istilla tal-mandat tiegħu sa issa; Malta żammet il-klassifika fl-ewwel post tal-ILGA-Europe Rainbow Index. Taħt Abela, bi sforzi ulterjuri li saru fl-2021 biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħad- diskriminazzjoni fl-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol, Malta rat aktar għarfien u l-inklussività fi ħdan is- soċjetà għal membru LGBTIQ+.