MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 07 'Ħa nibqgħu inkaljati mal-istess sistema, meta l-poplu qed jurina li se jibqa' d-dar?' MARIANNA CALLEJA X'KIENU L-AFFARIJIET LI SPIKKAW F'DAWN IT-TMIEN XHUR LI ILEK F'DIN IL-KARIGA? Min-nies t'hemm barra, din l-istennija, aktar bdejt inħossha. Kelli nissettja moħħi għal ħafna affarijiet. L-ewwel nett, kelli nissettja moħħi li hawnhekk kelli nagħmel dari. Ovvjament ridt nidra l-istaff t'hawnhekk. Kelli nidra wkoll l-attitudni tagħhom, waqt li tinbidel tiegħi wkoll. Fil-bidu kważi kważi kont naħtaom għaliex dawn kienu l-ħin kollu jaraw kif se jfissduni, u jien il-fsied, la trabbejt bih, u wisq aktar sibtu meta kbirt. Allura dik kienet, u tiskanta, qed insemmiha għax kien ġustament li kien jirrikjedi anke xi it ta' analiżi min-naħa tiegħi, fuq għaliex qed jiġri hekk, għaliex qed ninnervja kważi mix-xejn. Min-naħa l-oħra, kien hemm ukoll xi affarijiet li kellhom x'jaqsmu mar- residenza. Kont għedt li nixtieq li din tkun il-presidenza tan-nies, u n-nies ġew. Kull min kien jitlob anke biex jiltaqa', assoċjazzjonijiet, NGOs, bl-iskop soċjali, jiena għamilt ħilti kollha biex ma ngħid le lil ħadd. Minnhom kelli esperjenzi, ta' x'qed jaħsbu n-nies, ta' x'jixtiequ. Sew f 'oqsma partikolari, u wkoll b'mod ġenerali. Fil-fatt, inħoss li għalkemm illum għandna l-midja aktar mifruxa, in-nies jixtiequ jkunu aktar u aktar qrib lejn min qiegħed fit-tmexxija. Għalija huwa ta' sodisfazzjoni illi nara li l-mexxejja, jew min jipprospetta li jkun mexxej, idur man- nies. Biss, naħseb li hemm bżonn ninżlu fosthom, niħulhom aktar il-bibien, u nħallu lilhom jitkellmu. JISTA' JKUN LI MINĦABBA LI L-PRESIDENT MHUX FIGURA ELETTA, JARAW FIHA PERSUNA LI JISTGĦU JAFDAW AKTAR, GĦAX FIHA JSIBU AKTAR ONESTÀ U INTEGRITÀ? Jista' jkun, imma jien naħseb illi l-poplu, dak li jħoss, ma' kulħadd jgħidu, u ma kulħadd jgħidu l-istess. Jien li qed ngħid huwa li kien hemm ċertu għatx biex jiħu qalbhom u jitkellmu. Naħseb vallapena għal kull min irid, kull ċertu żmien, ipoġġi lilu nnifsu quddiem l-elettorat, li jiltaqa' aktar fil-qrib man-nies, u jħallu lilhom jitkellmu. Din nenfasizzaha ta! Iridu jħallu lilhom jitkellmu. HEMM IR-REALTÀ LI L-PRESIDENT U L-PRESIDENZA MHUX EŻEKUTTIVI. JIĠIFIERI JISTGĦU JIFHMU L-PROBLEMA, IMMA S-SOLUZZJONI MHUX F'IDEJHOM. DIK MA TIFFRUSTRAKX? Mhux kwistjoni ta' frustrazzjoni, għaliex l-irwol ta' president, kif inhu fl-ambitu tal-kostituzzjoni, nimu. Ma tantx jien tal-opinjoni, imma se noqgħod attenta kif nitkellem biex ma nkunx interpretata fuq ċerti affarijiet li jistgħu jiżviluppaw 'il quddiem, jew ikun hemm xi diskussjoni. Imma l-irwol tal-President, fis-sitwazzjoni kostituzzjonali tagħna, huwa rwol li jimxi wara l-kwinti. Jista' jeżerċita influwenza, minn wara l-kwinti, imma naħseb, u din nenfasizzaha meta jkun hemm ċerta stennija min-naħa tan-nies, li s-soluzzjonijiet mhumiex f 'idejn il-President. Imma iva, jista' minn wara l-kwinti jagħti ħjiel, ta' x'qed jinħass hemm barra. Imma le mhux f 'idejn il-President. Meta tiem x'inhu l-irwol tiegħek, m'għandek tħoss l-ebda frustrazzjoni. Jista' jkun xorta influwenti, u naħseb li hemm iktar lok, illi meta aħna, ċerti nies li qegħdin fuq quddiem ta' dan il- pajjiż, nimu u nidraw aktar lil xulxin. FID-DISKORS TIEGĦEK, TAL-MILIED, INTI WAQAFT U INDIRIZZAJT LILL- BARRANIN FIL-PAJJIŻ BL-INGLIŻ. BĦALA PRESIDENT, KIF TĦARES LEJN L-ARGUMENTI DWAR IL- POPOLAZZJONI ŻEJDA JEW LEJN IL-BARRANIN? Ma tistax tara l-argument waħdu. L-ewwel trid tara għaliex wasalna f 'din is-sitwazzjoni, u għaliex wasalna f 'din is- sitwazzjoni li f 'pajjiżna, anke bil-uħ tal- edukazzjoni, m'aħniex insibu tfal minn tagħna, li lesti jagħmlu ċerti xogħlijiet, u l-mod kif żviluppajna l-ekonomija. Ilhom żmien jgħidu illi din trid tkun indirizzata b'paripassu ma' mudell ekonomiku, li l-preżenti li għandna, jista' jkun, apposta se nkun kawta, irid jiġi modifikat. Din ma tistax taraha weħidha. Trid tara minn fejn ġiet, u għaliex, u jekk ma nagħtux kasha, u skont il-bżonn naġġusta, fiex se nispiċċaw. Anke pereżempju l-arċisqof, naħseb li kellu preokkupazzjoni minn taħt, meta semma t-twelid. Naħseb li kien hemm under tone illi anke l-etniċità tinżamm, meta tkellem. GĦALIEX ĦASSEJT IL-BŻONN LI SSEMMI L-LIĠI ELETTORALI BĦALA PUNT IMPORTANTI? Bir-rispett kollu, mhux issa ħassejt il- bżonn. Għalkemm din il-kelma 'bżonn' tiniehem li "issa wasal iż-żmien", imma mhux il-każ. Dan meta tkellimt fuqha l-ewwel darba fl-apert kien, jew fis-Sette Gunio tal-1996 jew tal-1998, u kienet ilha f 'moħħi qabel ... Imbagħad għandna dik il-biċċa xogħol, li fil-kostituzzjoni, pruvajna dejjem naslu għal rabta eqreb bejn il-voti mitfugħa u r-rappreżentanza f 'siġġijiet, illi sa ċertu punt, diġà qiegħda ħafna aħjar minn ta' pajjiżi oħra, jekk mhux waħda mill-aħjar, biex ma jintilfux voti. Imma qed ikollna voti li jintilfu. Din il-biċċa xogħol, nemmen li għandna nagħtuha spazju u nkunu aktar demokratiċi, jekk ikollna rabta aktar mill-qrib. Jekk naslu ngħidu li wasal iż-żmien, huwa għax il- poplu qed jurina, il-poplu wriena f 'Ġunju, li l-poplu lest jastjeni. Għaliex lest jastjeni? Għandna nies qed iħossuhom bla knisja? Mhux iħossuhom li jistgħu jidentifikaw mal-ebda partit politiku? Ħafna drabi min ikollok min jirraġuna kontra illi nagħmlu aktar uħ, jirraġuna minħabba l-governanza. Allura dik titfgħek fuq ħaġa oħra. Jekk qed ngħidu minħabba governanza, jekk aħna jkollna sistema elettorali b'tali mod li pereżempju fil- parlament ikun hemm it-tielet formazzjoni, jew anke r-raba', jiġifieri m'għandniex fiduċja li jkollna governanza, u jkunu kapaċi jiiehmu fuq tmexxija? Dawn huma affarijiet li trid tarahom. Mela aħna ħa nibqgħu inkaljati mal-istess sistema, meta l-poplu qed jurina li se jibqa' d-dar? U baqa' d-dar! Ma rridux naraw li l-poplu jkollu għażla ta' anke ħsibijiet? Is-sistema elettorali li għandna, anke fil- prattika, hija kważi impossibbli biex tara li jkollna t-tielet formazzjoni fil-parlament, speċjalment bil-mod ta' kif qegħdin u kif żviluppaw l-affarijiet f 'pajjiżna. Inutli nsemmu s-sittinijiet, kif meta b'dik is-sistema, kien hemm formazzjonijiet differenti, dik kienet storja oħra, sistema oħra. Is-soċjetà tagħna żviluppat, u din missejnieha b'idejna f 'Ġunju. Din hija silta mill-intervista li l-preżentatur Saviour Balzan kellu mal-Eċċellenza Tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono. Segwi l-intervista sħiħa fuq is-sit www.illum.com. mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 January 2025