MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 • illum Pajjiżna għandu bżonn gvern li ma jkunx aljenat bl-iskandli u li jista' jiffoka fuq is-soluzzjonijiet M alta, illum, qed tħabbat wiċċha ma' sfidi bla preċedent li jirriżultaw minn Gvern li huwa kompletament aljenat. Il-Gvern Laburista, mifxul jipprova jgħatti skandlu wara l-ieħor, ma jistax jiffoka fuq il-problemi li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdx- in. Kull skandlu ġdid, minn kuntratti dubjużi sa nuqqasijiet fis-sistemi bażiċi tal-pajjiż, qed ikompli jnaqqar il-kapaċità tal-Gvern li jieħu deċiżjonijiet konkreti għall-ġid tan-nies. Dan in-nuqqas ta' viżjoni u tmexxija qed jaffettwa kull aspett tal-ħajja tagħna, u huwa ċar li l-pajjiż għandu bżonn bidla serja fit-tmexxija. F'din il-kriżi ta' tmexxija, il-Partit Nazzjonalista qed joħroġ b'soluzzjonijiet konkreti u viżjoni ċara biex jirranġa d-danni u jagħti direzzjoni ġdida lill-pajjiż. Il-PN mhux biss għandu pjan, iżda huwa determinat li jerġa' jpoġġi lill-familji Maltin u Għawdxin fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali. Nuqqas ta' ppjanar li jiswa għali F'dawn l-aħħar snin, il- Gvern ta' Robert Abela u Clyde Caruana bbaża l-mudell ekonomiku Malti fuq il- kwantità minflok fuq il-kwalità. L-importazzjoni ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi spiċċat problema minflok soluzzjoni. L-għoli tal-ħajja qed jiżdied, u l-ħaddiema u l-familji qed isibuha diffiċli jlaħħqu mal- ispejjeż dejjem jiżdiedu. Fis- sajf li għadda kellna blackouts ripetuti f 'nofs mewġa ta' sħana u t-tniġġis tad-dranaġġ fil-bajjiet, bħall-Balluta, li huma sinjali ċari ta' infrastruttura dgħajfa u nuqqas ta' ppjanar effettiv. Is-sitwazzjoni fil-qasam tas- saħħa hija xhieda oħra tal-istess problema. Minkejja l-wegħdiet tal-Gvern Laburista fl-2013 li jneħħi l-listi ta' stennija, illum dawn huma itwal minn qatt qabel. Flus tal-poplu ntefqu fuq skandli bħal dak tal-Vitals minflok fuq investiment f 'sistema tas-saħħa robusta u effiċjenti. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel wegħda ċara: mhux biss se jsewwi l-iżbalji tal-passat, iżda wkoll se jniedi viżjoni għal Malta mibnija fuq ippjanar strateġiku u ġustizzja soċjali. Dawn huma biss parti żgħira mis-soluzzjonijiet li għandu l-PN għal diversi oqsma: Mudell ekonomiku u soċjali, u l-popolazzjoni - Nittrasformaw il-mudell ekonomiku biex ikun ibbażat fuq il-kwalità u mhux fuq il- kwantità. - Insaħħu s-setturi ekonomiċi eżistenti (miġjuba minn amministrazzjonijiet preċedenti tal-PN) u ninvestu f 'setturi ġodda li mhumiex labour-intensive, biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni ta' ħaddiema barranin. - Noħolqu Fond ta' Trasformazzjoni Ekonomika biex nixprunaw u nkattru s-setturi ġodda u nsaħħu setturi eżistenti, billi noffru programmi ta' finanzjament konformi mal- kriterji tal-ESG. Ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja - Il-COLA m'għandhiex tkun taxxabbli biex tħalli aktar flus fil-but tal-ħaddiema. - Tax credits lil min iħaddem, biex dawn ma jkunux sfurzati jgħollu l-prezzijiet bħala riżultat tal-COLA. - Jinħoloq Fond Nazzjonali biex nappoġġjaw lill-industriji li jimpurtaw jew jesportaw, sabiex jibbilanċjaw l-ispejjeż li jikkontribwixxu għall-għoli tal-ħajja. - Naraw li jkun hawn mudell ekonomiku u soċjali ġdid b'setturi ġodda, immirati lejn xogħlijiet ta' kwalità li jħallsu aktar lill-ħaddiema. Trasport u traffiku - Nimplimentaw sistema ta' trasport tal-massa effiċjenti u sostenibbli. - Ninċentivaw l-użu ta' trasport alternattiv, bħar-roti u vetturi elettriċi. - Intejbu l-infrastruttura għal min juża trasport alternattiv. - Naraw li x-xogħlijiet fit- toroq isiru b'mod ippjanat u kkoordinat biex jiġu evitati konġestjonijiet. - Ninċentivaw lil dawk li jirrinunzjaw għall-karozza tagħhom għal numru ta' snin biex jużaw trasport alternattiv. Ambjent, infrastruttura u kwalità tal-ħajja - Nagħmlu l-ambjent dritt fundamentali għall-Maltin u l-Għawdxin. Kulħadd għandu dritt jgħix f 'ambjent nadif, san u sostenibbli. - Naraw li jsir aġġornament infrastrutturali biex il-pajjiz ikollu infrastruttura li tiflaħ għar-realtajiet tal-lum - Inżidu l-investiment fl- enerġija nadifa u f 'sistemi li jassiguraw kwalità ta' ħajja ogħla. Gvern li jippjana għall- ġejjieni Bħalma fil-passat il-PN ippjana għas-sħubija fl-UE u għat-tisħiħ tal-ekonomija, gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech se jkun gvern li jippjana għal futur sostenibbli. Il-ħtieġa ta' ppjanar olistiku hija ċara, u dan jista' jinkiseb biss b'viżjoni u tmexxija serja. Din hi d-differenza ċara bejn il-partiti: Partit Laburista li huwa mifxul jipprova jgħatti l-iskandli li ħoloq hu stess u Partit Nazzjonalista li għandu soluzzjonijiet ċari għall- problemi li qed jaffaċċjaw il- familji Maltin u Għawdxin. Malta għandha bżonn gvern li jara lil hinn mill- preżent u li jkun kapaċi jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi għall- ġid ta' kulħadd. Il-PN huwa l-partit li jista' jġib din il- bidla, billi jressaq futur mibni fuq ippjanar, kompetenza, u ġustizzja soċjali. Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista MICHAEL PICCININO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 January 2025