MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J instema' u jidher irrabjat. L-atteġġjament ta' Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista huwa wieħed differenti milli nafuh. Qed ikun aħrax, iebes u dirett fil-kritika tiegħu. Bla kantunieri fil-kritika lejn ċerti personalitajiet li huma sinonomi mal- inkjesti maġisterjali, kif ukoll għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Id-deċiżjoni tiegħu li jiddefendi dawk il-ministri msemmija f 'inkjesti maġisterjali qed isir bi ħsieb. Jaf li jekk jagħmel hekk ikun qed jirbaħ l-appoġġ tal-Laburisti li f 'Robert Abela kienu qed jaraw persuna li f 'għajnejhom ma kienx qed jiddefendi l-Laburist. U apparti hekk, intenzjonalment, Abela jaf li meta jkun qed jattakka Jason Azzopardi, Robert Aquilina, ir- Repubblika u jpoġġihom fl-istess keffa tal-PN ikun qed jagħmel hekk bi skop. Abela jaf li Azzopardi u Aquilina ma jappellawx għal ħafna nies jew dak li niddeskrivu bħala votant tan-nofs, anke jekk dawn mhumiex kuntenti bil-Labour fil-gvern. Hija logħba perikoluża, qisha logħba li nistħajlu tar-Russian Roulette. Tista' tmur kif jixtieq Abela u tista' tmur kompletament kontra dak li jixtieq hu. Ħadd ma jaf jekk l-allegazzjonijiet li qed isiru humiex veri jew le. Il-ministri taħt il-lenti qed jiddikjaraw li mhux veru u huma attakki ivvintati. Wieħed irid jistenna biex naraw l-eżitu ta' dan kollu. Imma l-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir. Fl-istess nifs, Abela huwa determinat li jemenda l-proċedura li jseħħu l-inkjesti maġisterjali u li jintgħażlu l-esperti. Wara l-inkjesta ta' Gabriella Vella fil-każ tal-Vitals, inqalgħu rwiefen kbar. B'mod speċjali kif speċjalisti jew esperti mhux biss għamlu bagatella liri imma waslu għall-konklużjonijiet jew korrelazzjonijiet bejn allegazzjonijiet u azzjonijiet kriminali. Jista' jkun li hemm raġunijiet validi li jinbidlu xi affarijiet imma wieħed irid jara li l-ġustizzja tibqa' sseħħ u tidher li sseħħ. U bħal fil-każ tal- Vitals, jekk hemm min għamel azzjonijiet ta' abbuż jew korruzzjoni jeħel għal għemilu. Azzopardi u Aquilina jistgħu jkunu nies antipatki u ma jinżlux tajjeb ma' ċerti nies imma, minkejja kollox, f 'demokrazija ħielsa għandhom post. Għandu jkun hemm iċ-ċans u l-possibbiltà li kull min irid jiġġieled is-sewwa jkollu l-għodod għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħha mingħajr xkiel. Għalhekk, jekk se jsiru xi emendi, irid jiġi assigurat li kull min irid joħroġ għonqu biex jiġġieled il-ħażin ma jsibx ostakli żejda. Irridu nassiguraw li kulħadd ikollu d-drittijiet tiegħu jew tagħha mħarsa anke dawk li qed jiġu investigati u li ma nispiċċawx b'qorti li tkun f 'idejn in-nies fit-triq jew il-marmalja jew il- media. Min-naħa l-oħra ma nistgħux nissagrifikaw id-dritt li min irid jikxef is-sewwa magħruf jiġi mċaħħad minnu. Irridu nsibu l-bilanċ meħtieġ. Għalhekk naħsbu li f 'dan il-mument partikolari hemm bżonn li kulħadd jaħseb b'moħħu u mhux b'qalbu, fl- interess aħħari ta' pajjiż, li, minkejja kollox, għad għandu istituzzjonijiet li jaħdmu tajjeb u b'mod effettiv. Russian roulette

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 January 2025