MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Carlos Debattista u Lara Azzopardi magħżula biex imexxu l-Kumitat tal-Films u t-TV tal-MEIA Malta qed tkompli tissaħħaħ bħala ċentru tal- produzzjoni ċinematografika internazzjonali, b'mod partikolari wara s-suċċess kbir tal-film Gladiator II, li l-maġġoranza tax-xeni tiegħu ġew iffilmjati f 'pajjiżna. F'intervisti u videos maħruġin kemm mill-Malta Film Commission, kif ukoll minn VisitMalta, il-membri tal-cast u l-ekwipaġġ faħħru bil-qalb lill-Maltin u l-infrastruttura li ppermettiet il-produzzjoni ta' din l-epika ċinematografika. Lucy Fisher, waħda mill- produtturi ewlenin tal- film, faħħret ir-reżiljenza u d-dedikazzjoni tal-Maltin li ħadmu bħala extras, anke waqt il- klima tikwi tas-sajf Malti. "Kellna bżonn numru kbir ta' extras, ħafna minnhom Maltin. Minkejja s-sħana, kollha kienu fenomenali," qalet Fisher. Hi kompliet tgħid li l-esperjenza f 'Malta kienet waħda pożittiva grazzi għall-appoġġ tal-Malta Film Commission u tal-komunità lokali. Ridley Scott, id-direttur tal- film, għamel kummenti li laqtu ħafna lill-pubbliku lokali. "Inħobb l-atmosfera f 'Malta. Inħobb il- ħajja f 'Malta. Il-Maltin huma nies sbieħ. Malta hija vibranti." Scott, li diġà kien ħadem f 'Malta fl-ewwel "Gladiator" fl-2000, qal li dejjem isib ispirazzjoni ġdida meta jirritorna lejn il-gżejjer Maltin. L-atturi ewlenin tal-film ukoll ma naqsux milli jesprimu l-apprezzament tagħhom għal Malta. Paul Mescal, li interpreta lil Lucius, faħħar il- faċilitajiet ta' Malta li jippermettu produzzjonijiet kbar, waqt li Denzel Washington, li interpreta lil Macrinus, ma waqafx jirrimarka fuq l-eċċellenza tad- disinn tal-sets. Fred Hechinger, li interpreta l-parti tal-Imperatur Caracalla, iddeskriva s-sett Malti bħala "il-ħolma ta' kull attur," u rringrazzja lid-disinjaturi u l-artiġjani Maltin għall-ħidma tagħhom. Il-Produttur Eżekuttiv tal- film, Aidan Elliott, iddeskriva s-sett bħala "fenomenali," filwaqt li l-Produttur Michael Pruss enfasizza kif il-Maltin juru passjoni kbira għall-films. Għal Malta, din il-produzzjoni kienet, mhux biss opportunità ekonomika, iżda wkoll vetrina globali li tgħolli l-profil tal- pajjiż bħala destinazzjoni għall- industrija tal-films. B'suċċessi bħal "Gladiator II," Malta qed tkompli ttejjeb ir-reputazzjoni tagħha bħala "il-Hollywood tal-Mediterran." Minn Popeye fl-1980 sa Gladiator II fl-2024, il-gżejjer Maltin qegħdin jirnexxu f 'dan is-settur billi joffru esperjenza unika, kemm għall-cast u l-ekwipaġġ, kif ukoll għall-udjenzi madwar id-dinja. 'Reżiljenza u dedikazzjoni fenominali ': Produtturi u atturi ta' Gladiator II ifaħħru lil Malta Il-Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA) ħabbret il-ħatra ta' Carlos Debattista bħala Chair u Lara Azzopardi bħala Co- Chair tal-Kumitat Konsultattiv tal- Films u t-TV. "Il-kumitat issa qed iħares 'il quddiem biex jikkollabora ma' Carlos Debattista u Lara Azzopardi filwaqt li jkomplu jmexxu l-missjoni tiegħu. Il-ħidma tagħhom mistennija tħalli impatt dejjiemi fl-industrija tal-ispettaklu f 'Malta," qalet l-MEIA fi stqarrija għall- istampa l-Ġimgħa filgħodu. Carlos Debattista, kofundatur ta' Take//Two, huwa figura ewlenija fl- industrija tal-films f 'Malta sa mill-2006. Huwa magħruf għax-xogħlijiet tiegħu bħas-sitcom Deceduti, id-drammi Gizelle u L-Evanġelisti, kif ukoll il-film Limestone Cowboy. Barra minn hekk, id-drama televiżiva tiegħu Merjen kisbet suċċess fis-SUA u l-Kanada. Bħalissa, il-film tiegħu Castillo huwa s-sottomissjoni uffiċjali ta' Malta għall- Academy Awards tal-2025. Lara Azzopardi, li se tkun qed taqsam it-tmexxija ma' Debattista, iġġib magħha aktar minn tletin sena esperjenza fl-industrija tat-televiżjoni u l-media. Minn età żgħira, bdiet taħdem fir-radju u tippreżenta programmi għat- tfal, u minn hemm żviluppat karriera profonda fil-qasam tal-arti u l-media. "Debattista u Azzopardi għandhom l-intenzjoni li jimplimentaw strateġiji biex jippromovu l-iżvilupp professjonali, jiffaċilitaw l-esportazzjoni tal-produzzjonijiet lokali, u jenfasizzaw l-identità unika ta' Malta permezz tal- films," l-MEIA rrimarkat. Il-MEIA estendiet ukoll ir- ringrazzjamenti tagħha lil Abigail Mallia u Erica Muscat, li servew bħala Chair u Co-Chair rispettivament, għall- kontribut tagħhom lill-kumitat. Stabbilita fl-2020, l-MEIA hija għaqda mhux għall-profitt li tgħin biex tiddefendi d-drittijiet u tħeġġeġ it-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija kreattiva f 'Malta. Għall-2025, l-Għaqda qed tiffoka fuq l-indirizzar tal-isfidi ewlenin li jaffaċċjaw l-industriji kreattivi lokali. Carlos Debattista bħala Chair u Lara Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 January 2025