Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din l-ewwel ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun ġimgħa ta' aktar għarfien, kemm dwar il-pożizzjoni tiegħek, kif ukoll lejn liema direzzjoni għandek tieħu. Wettaq riflessjoni profonda. Aquarius huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-ewwel ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Gemini se tkun ġimgħa fejn issa taf eżatt kif se twettaq it-tqassim tal-pjanijiet tiegħek allavolja taf li għandek ħafna miri quddiemek. Għalhekk agħraf emmen iżjed fik. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'din l-ewwel ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Leo se tkun ġimgħa ta' għarfien lejn dik il-kunfidenza fik innifsek fejn s'issa għandek ċans takkwista dak li vera tixtieq. Wettaq riflessjoni. Leo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-ewwel ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Libra se tkun ġimgħa li fiha int trid tagħraf aħjar minn issa dak li veru tixtieq tħoss ġewwa fik. Issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet ġodda. Libra huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa għal pawża sabiex grazzi għaliha tkun tista' tirrifletti, tagħraf u taħseb sew kif se taddatta lilek innifsek minn issa 'l quddiem. Analizza. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tal-ħdax-il żodjaku Aquarius (Iż-Żir) Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-partit ġdid ta' Cassola, Momentum, ma jeskludix koalizzjonijiet fil-futur ILENIA DEBONO Malta għandha partit politiku ieħor, hekk kif il-Partit Momentum, immexxi minn Arnold Cassola, beda uffiċjalment il-Ġimgħa. F'konferenza stampa, il-kumitat eżekuttiv tal-partit spjega kif il- pjanijiet sabiex jifforma l-partit kienu ilhom għaddejjin għal erba' snin, b'Arnold Cassola bħala wiċċ il- moviment. Is-Segretarju Ġenerali tal-partit m'eskludiex il-formazzjoni ta' koalizzjonijiet ma' partiti oħra żgħar, meta tkellem ma' ġurnalisti. Wara l-elezzjoni Ewroparlamentari tas-sena l-oħra, il-gruppi bdew il-kampanja tagħhom "Inkomplu Flimkien", li rriżulta f 'erba' vision circles. Dawn il-laqgħat informali ma' nies minn diversi sferi tas-soċjetà ffukaw fuq diskussjonijiet rigward it-trasparenza u d-demokrazija, l-infrastruttura u l-ippjanar, l-ekonomija, u l-edukazzjoni. Dawn il-'vision circles' kellhom l-għan li jservu ta' fondazzjoni għall- politika tal-partit. Waqt il-konferenza stampa, il- membri tal-kumitat ġew introdotti. Arnold Cassola huwa l-President tal-partit, waqt li Mark Camilleri Gambin qed iservi bħala s-Segretarju Ġenerali. Carmel Asciak huwa t-Teżorier tal-partit, flimkien ma' Katya Compagno, Matthew Agius, Sumaya Ben Saad, u Natasha Azzopardi li ħa jservu kollha bħala membri tal- kumitat. "Għax aħna partit ċentrist, ma jfissirx li m'għandniex valuri," qal Camilleri Gambin hekk kif spjega l-prinċipji li ħa jkun qed jimxi magħhom il-partit. Hu spjega dawn il-valuri: trasparenza u responsabbiltà, governanza tajba, saħħa fiżika u mentali, ġustizzja soċjali, edukazzjoni ta' kwalità, u l-konservazzjoni tal- wirt kulturali Malti. Camilleri Gambin stqarr ukoll li l-partit ħa jkun qed jimxi b'vot ta' kuxjenza f 'ċerti kwistjonijiet bħall- abort. IL-PARTIT MA JESKLUDIX KOALIZZJONIJIET Meta saret domanda rigward il-pjanijiet tal-partit rigward kollaborazzjonijiet ma' partiti żgħar oħra, Camilleri Gambin qal li Momentum lest li jikkollabora, hekk kif fetaħ opportunità għal koalizzjonijiet. Meta ġie mistoqsi ma' liema partit diġà kien hemm diskussjonijiet għaddejjin, l-ebda partit ma ġie msemmi, avolja Agius għamel referenza għall-istorja ta' Cassola mal-ADPD, il-partit li qabel hu kien imexxi. Meta l-partit ġie mistoqsi fuq iċ- ċans li għandhom sabiex kandidati minn tagħhom jiġu eletti, Agius qal li l-partit ħa jiffoka fuq il-100,000 votant li bħalissa mhux qed jużaw il- vot tagħhom. "Dan ikun possibbli jekk biżżejjed nies jafdaw u jemmnu li aħna validi. Aħna ħa nagħmlu l-almu tagħna sabiex nuru li l-ideat tagħna huma tajbin, b'hekk kieku nistgħu napplikaw l-esperjenza varja tagħna sabiex ngħinu lill-partit." Matthew Agius stqarr li l-partit qiegħed fil-proċess ta' tfittxija għal kandidati għall-elezzjoni, imma Cassola żgur ħa jkun fuq il-vot. Hu żied li l-partit ħa juża ċerti tattiċi u jikkontesta f 'tali distretti. Rigward il-finanzjament tal-partit, Camilleri Gambin qal li l-partit qiegħed jaċċetta donazzjonijiet mis- sit eletroniku tagħhom. Natasha Azzopardi appellat lill- publiku sabiex jissieħbu fil-vision circle tal-partit sabiex isiru jafu l-membri tal-partit u l-viżjoni tagħhom. B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fit-12 ta' Diċembru, 2024, Rikors numru 1100/2024, minn Catherine Mallia fejn talbet li tiġi ddikjarata miftuħa favur Catherine Mallia, bint id-decujus is- suċċessjoni ta' Onesimo Mallia, armel ta' Carmela Mallia née Psaila, bin il-mejtin Salvatore Mallia u Maria Concetta née Spiteri, imwieled il-Ħamrun, Malta, kien residenti s-Swieqi, Malta, u miet l-Imsida, Malta, fis-17 ta' Settembru 2024 ta' 88 sena u li kellu karta tal-identità numru 0178036M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 10 ta' Jannar, 2025 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali