MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Mal-bidu tal-ewwel xahar ta' kull sena ġdida, KRS Releasing, id-distributuri lokali tal-films, joħorġu l-lista tal-Aqwa Għaxar Films li l-aktar rawhom nies. Skont din il-lista, it-tendenza lokali ta' liema ġeneri ta' films huma għall-gosti tal-Maltin kważi taqbel perfettament ma xiex jippreferu l-udjenzi internazzjonali. Jidher biċ-ċar li l-films animati jew dawk animati b'persuni wkoll reali għandhom il-preferenza flimkien ma' dawk tas-supereroj, bi produzzjonijiet ta' avventuri divertenti u fantastiċi qrib warajhom. Film wieħed biss, It Ends With Us, hu differenti minn din it-tendenza. Insibu tliet films tal-kumpanija Disney f 'dawn l-10 attrazzjonijiet, tnejn minnhom animati u l-ieħor tas-supereroj. Ma nħossx li kienet l-ebda sorpriża li fl-ewwel post jinsab l-epiku Gladiator II wara s-suċċess ta' dak oriġinali tas-sena 2000, kif ukoll li parti minnu nħadmet f 'pajjiżna u fih ħadmu mijiet ta' extras,u dan kollu f 'inqas minn xahrejn wiri. Il-lista tal-Aqwa 10 Films fid- dħul tal-flus hi din: 1. Gladiator II – Direttur Ridley Scott u maħruġ minn Paramount Pictures. L-istorja hi ambjentata diversi snin wara l-inċidenti ta' Gladiator. Lucius (Paul Mescal) li kien xhud tal- mewt ta' Maximus (Russell Crowe) minn zijuh, ikollu jinżel fl-arena tal-Kolossew ta' Ruma bħala gladjatur biex jeħodha kontra t-tiranni Imperaturi li qed jaħkmu pajjiżu u jerġa' jġib lil Ruma fil-glorja demokratika ta' qabel. Jaħdmu wkoll Pedro Pascal, Connie Nielsen (Lucilla) u Denzel Washington. 2. Deadpool & Wolverine – Maħruġ minn Disney Studios u dirett minn Shawn Levi. Żewġ karattri supereroj tal-Marvel Studios jingħaqdu flimkien wara ħafna battibekki, azzjoni umoristika u anki kliem vulgari biex isalvaw l-univers tagħhom milli jinqered. Xogħol li daħħal $1.3 biljun. 3. Inside Out 2 – Dirett minn Kelsey Mann u maħruġ minn Disney Studio. Sequel tal-film tal-2015 fejn Riley li issa dieħel fl-irġulija jibda jesperjenza emozzjonijiet ġodda u aktar kumplessi. Film eċċellenti mimli vitalità u tassew ikkulurit tal- kumpanija Pixar. Għamel suċċess enormi u daħħal is-somma favoluża ta' $1.6 biljun. 4. Despicable Me 4 – Dirett minn Chris Renaud u mqassam minn Universal Pictures. F'dan ir-raba' attentat insibu lil Gru (vuċi ta' Steve Carell) ferħan bil- membru ġdid tal-familja, Gru Jr. li sikwit jittanta lil missieru. Meta Maxime Le Mal (vuċi ta' Will Ferrell) jaħrab mill-ħabs mimli vendetta għal Gru, is-sieħeb kriminal tiegħu ta' qabel, Gru u ibnu jippjanaw kif se jaffaċċjawh. 5. Wicked – Direttur Jon M. Chu u maħruġ minn Warner Bros. Is-sħaħar Glinda u Elphaba, ta' ġilda ħadra, kienu l-antagonisti prinċipali fil-klassiku Wizard Of Oz (1939). Hawn naraw x'ġara qabel meta jkunu ħbieb. Kif jiltaqgħu mas-Saħħar ta' Oz se jinfirdu u ħajjithom tinbidel radikalment. 6. Moana 2 – Film animat ieħor ta' Disney bid-diretturi jkunu David G. Derrick Jr., Dana Ledoux Miller u Jason Hand. Il-kuraġġuża ċkejkna Moana se tivvjaġġa fl-ibħra mbegħdin tal-Oċeanja fost perikli u avventuri li qatt ma rat bħalhom, meta tirċievi sejħa ta' għajjut minn antennati tagħha. Dan ix- xogħol qorob biex jilħaq il- biljun dollaru. 7. It Ends With Us – Dirett minn Justin Baldoni u mqassam minn Sony Pictures. Dramm romantiku dwar Lily Bloom (Blake Lively) li tmur Boston biex tiaħ negozju. Meta b'kumbinazzjoni tiltaqa' ma' Kyle Kincaid (id-direttur stess), kirurgu tas-sistema tan-nervi, u ssir tħobbu tibda tinnota li l-aspetti tiegħu jfakkruha biċ-ċar fir-relazzjoni tal-ġenituri tagħha stess. 8. Wonka – Film maħruġ minn Warner Bros. u dirett minn Paul King. Willy Wonka, il-karattru prinċipali tan-novella tal- 1964 ta' Roald Dahl, Charlie And e Chocolate Factory, wara żewġ films dwaru, hawn narawh bħala ġuvni ffissat fuq iċ-ċikkulata li jista' jbiddel id-dinja bil- ħolm tiegħu u d-delizzju ħelu li jippossedi. Jaħdmu Tomothe'e Chalamet, Calah Lane u Keegan-Michael Key. Dan kien ħareġ fi żmien il- Milied tal-2023. 9. Paddington In Peru – Imqassam ninn StudioCanal Ltd. u dirett minn Dougal Wilson. F'dan it-tielet attentat, l-ors gustuż Paddington jirċievi aħbar li l-maħbuba zitu sparixxiet mill-post fejn kienet irtirata u flimkien mal-familja Brown umana tiegħu jitilqu lejn il-ġungla tal-Perù biex isibuha. B'hekk jgħaddu minn ħafna avventuri fil- foresta Amazon, fosthom li jsibu teżor leġġendarju. 10. Dune, Part Two – Id-direttur hu Denis Villeneuve u maħruġ minn Warner Bros. Inkomplu bit-tieni parti tas- saga epika tal-kittieb Frank Herbert. Paul Atreides (Timothe'e Chalamet) mimli vendetta rrabjata kontra t-tradituri li qerdu l-familja tiegħu, jinsab f 'għażla diffiċli bejn Chan (Zendaya), l-imħabba ta' ħajtu u d-destin tal-univers li jinsab fih waqt li qed jipprova jevita futur terribbli. Fl-aħħar nett, ta' min isemmi li Gladiator II, Wicked, Moana 2 u Paddington In Peru għadhom qed jintwerew. 14 films IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum Carmel Bonnici L-akbar 10 attrazzjonijiet ċinematografiċi tal-2024 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 January 2025