MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum Deputat Parlamentari Laburista ROSIANNE CUTAJAR "Biss irridu nammettu li meta nħoloq iċ-childcare, inħoloq biex naqdu l-bżonnijiet ekonomici ta' pajjiżna" Id-dritt li nrabbu lil uliedna F tit taż-żmien ilu għamilt intervent parlamentari fejn sħaqt li għandna nagħtu lill-ommijiet ġodda għajnuna finanzjarja jekk jagħżlu li jrabbu lit-tarbija tagħhom flok jibagħtuha ċ-child- care. Ir-rispons li rċevejt kien massiv. Mijiet ta' rakkonti u esperjenzi marbuta mat-trobbija li jixprunawk tkompli tqajjem din id-diskussjoni. Irrid nibda billi nippreċiża li m'għandi xejn kontra ċ-childcares, ibda biex jien stess nibgħat lit-tifla tiegħi għal numru ta' sigħat fil- ġimgħa. Jgħinni nlaħħaq mal-affarijiet kollha tiegħi u fl-istess ħin it-tifla titgħallem u vera tieħu pjaċir. Ix-xogħol u d-dedikazzjoni li nara huma kbar u minn qalbi nirringrazzjahom. Biss irridu nammettu li meta nħoloq iċ-childcare, inħoloq biex naqdu l-bżonnijiet ekonomiċi ta' pajjiżna. Ir- riżultati kienu bla preċedent hekk kif eluf ta' nisa rritornaw fid-dinja tax-xogħol u dawk in-nisa li saru ommijiet għall- ewwel darba baqgħu jaħdmu wkoll. Iżda qatt ma waqafna nistaqsu għal mument kemm hi kiefra għal dik l-omm li tħalli tarbija ġo childcare f 'età tenera ta' 4 xhur ma' nies li ma tafx? Qatt ħsibna fuq l-impatt psikolġiku fuq dik il-mara li għadha kemm welldet tarbija li filwaqt li qed tirkupra fiżikament u mentalment trid taġġusta għal ħajja ġdida mimlija sfidi u responsabbiltajiet? F'Malta, il-leave tal-maternità hu ta' 18-il ġimgħa biss, perjodu qasir immens meta wieħed jagħmel paragun ma' pajjiżi oħrajn li wħud minnhom jagħtu saħansitra sena maternity leave jew aktar. Riżultat ta' dan, f 'Malta ħafna nisa jagħżlu li jieħdu unpaid leave biex iqattgħu iżjed żmien ma' wliedhom, deċiżjoni li ġġib magħha ħafna sagrifiċċji. Sfortunatament, nisa oħrajn m'għandhomx dan il- lussu għax il-piżijiet finanzjarji tal-familja tagħhom ikunu kbar wisq u allura jirritornaw għax- xogħol minnufih. Ommijiet oħrajn jippruvaw jieħdu unpaid leave imma l-employers tagħhom ma japprovawx it-talba tagħhom u jkunu kostretti jidħlu għax-xogħol, għax jew hekk jew jispiċċaw mingħajr impjieg! Xi ħaġa li tiaħlek għajnejk dwar il-bżonn li min iħaddem ikun sensittiv għall-isfidi familjari tal-ħaddiema u l-benesseri tagħhom. L-isfidi ma jiqfux hawn. Waħda mill-akbar ugigħ ta' ras għal dawk il-ġenituri li jaħdmu hi meta l-ulied jkunu ma jifilħux. F'diversi pajjiżi jeżisti leave speċjali li jagħmel il-ħajja tal-ġenituri aktar faċli billi jgħinhom jilħqu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-bżonnijiet u l-impenji familjari. Il-vaganzi tas-sajf ipoġġu wkoll sfidi kbar fuq il-ġenituri hekk kif trid tara x'se tagħmel bit-tfal f 'dawk is-sigħat ta' wara li jispiċċaw minn Skola Sajf. Mhux kulħadd ixxurtjat li għandu s-sapport tan-nanniet, u ħafna min- nanniet tal-lum huma wkoll iżjed kbar fl-età ġaladarba n-nisa qed isiru ommijiet ta' età akbar. Dawn l-isfidi illi semmejt kollha jikkontribwixxu flimkien ma' fatturi oħrajn biex ir- rata ta' fertilità f 'pajjżna tkun baxxa. Il-leave tal-maternità, paternità u l-parental leave mhux s-soluzzjoni ta' kollox iżda huma ħoloq importanti minn katina. Ħolqa oħra importanti hi l-flessibbiltà tal-ġenituri fuq il-post tax-xogħol, xi ħaġa li rridu naħdmu ħafna fuqha. Minkejja li d-dinja miexja b'rata mgħaġġla lejn remote working u saħansitra f 'ċertu pajjiżi jaħdmu b'sistema ta' 4 day week, f 'Malta din tal-ewwel għadha eċċezzjoni u mhux in-norma. Dan jgħodd mhux biss għall-kumpaniji u intrapriżi privati iżda wkoll għal ħaddiema tal-Gvern. Niem li għal dawk il-kumpaniji żgħar dan hu diffiċli, imma kumpaniji kbar fil-privat jaffordjaw jagħmluha u ma jagħmluhiex sakemm mhux inċentivati jew obbligati jagħmluha. Id-diskussjoni trid tibda bis-serjetà u trid tiġi segwita b'azzjonijiet konkreti u fl- immedjat fil-baġit għas-sena d-dieħla. Diġà qegħdin tard iżda, kif jgħidu, aħjar tard milli qatt. Għal snin twal, bħala gvern, iffukajna fuq riformi importanti li jaffettwaw gruppi ta' nies jew niċeċ partikolari tas-soċjetà, iżd'issa jeħtieġ li niddedikaw l-enerġija kollha tagħna fuq riformi li jolqtu lill-familji tagħna fil-laħam il-ħaj. Ejja nagħmlu mill-ġdid it-trobbija tat-tfal esperjenza sabiħa u ta' sodisfazzjon u mhux ġirja kontra l-ħin u frustrazzjoni. Ejja nagħtu lura d-dritt u l-privileġġ li nrabbu lil uliedna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 January 2025