MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 • illum SEAN FENECH Minkejja li b'kollox qed joperaw 129 uffiċjal tal-komunità bejn Malta u Għawdex, skont il-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, jidher illi l-uffiċjali mhumiex imqassmin sew bejn il- lokalitajiet. "Il-Pulizija tal-Komunità jkopru l-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex," Camilleri qal waqt li kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju Graziella Galea fil-Parlament. Skont il-figuri li ppreżenta fil- Parlament il-Ministru, jidher illi f 'ċerti lokalitajiet li għandhom popolazzjoni sinifikanti, in-numru ta' uffiċjali mhumiex biżżejjed. Pereżempju, jidher li hemm biss tliet uffiċjali għal Tas-Sliema kollha, lokalità li, skont l-aħħar ċensiment li ħareġ fl-2021, għandha kważi 20,000 resident. In-naħat tal-Imsida, Il-Gżira u Ta' Xbiex, li flimkien għandhom it iktar minn 25,000 resident, iridu jaqsmu erba' uffiċjali tal-komunità. Birkirkara, waħda mill-iktar lokalitajiet ippopolati bi kważi 26,000 resident skont l-aħħar ċensiment, għandha biss tliet uffiċjali b'kollox. Ħal Qormi, li għandu mat-18,000 resident, għandu wkoll biss tliet uffiċjali b'kollox. San Ġwann, li għandu it iktar minn 14,000 resident, għandu biss żewġ uffiċjali. U Għawdex, li għandha mal-40,000 resident, għandha biss 12-il uffiċjal għall-gżira kollha. Dan il-fatt huwa iktar ta' tħassib meta tikkunsidra li numru sostanzjali ta' lokalitajiet għandhom l-għases tal- pulizija magħluqin. Fil-fatt, f 'konferenza stampa iktar kmieni dis-sena, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is- Sigurtà u r-Riformi Darren Carabott qal li l-għases ta' Ħaż-Żebbuġ, Il- Mellieħa, Is-Swieqi, Pembroke, Ħal Għargħur, Il-Gżira, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ir-Rabat, Ħad-Dingli, L-Imdina, Il-Kalkara, L-Isla, Il-Birgu, Ix-Xgħajra, Il-Fgura, Ħal Luqa, Ħal Tarxien, L-Imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Il-Qrendi, u L-Imġarr huma magħluqin. Carabott qal ukoll li l-Għawdxin iridu jmorru r-Rabat jew l-Imġarr biex jinqdew, u "xi kultant Marsalforn meta uffiċjal tal-komunità jista' juża l-għassa bħala uffiċċju." Meta Camilleri ġie mistoqsi dwar il-progress fuq l-għases tal-pulizija minn Carabott, il-Ministru ma tax indikazzjoni tal-progress fuq l-għases kollha iżda fuq numru żgħir ta' għases. Skont il-Ministru, l-għases tal- Ħamrun u l-Imsida għandhom ikunu lesti sal-2026, u l-għassa tar- Rabat għandha tinfetaħ f 'Marzu jew f 'April ta' dis-sena. Meta kien mistoqsi dwar għases oħrajn, il-Ministru qal illi dawk il- lokalitajiet, bħall-Gżira, il-Mellieħa, u San Pawl il-Baħar, huma moqdijin biżżejjed bis-servizz tal-pulizija tal- komunità. Nuqqas ta' uffiċjali tal-komunità f 'żoni ppopolati 12-il uffiċjal biss għal Għawdex kollu, tliet uffiċjali għal Tas-Sliema u erba' mitluba jinqasmu bejn l-Imsida, il-Gżira, u Ta' Xbiex "Minn tim tal-community policing li beda b'erba' Pulizija fl-2019 fil- Mellieħa, għal 129 uffiċjal li llum iterrqu t-toroq Maltin u Għawdxin" – Il-Ministru Byron Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 March 2025