Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341
www.illum.com.mt NRU 958 €1.50 IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 YOUR TRUSTED YOUR TRUSTED COMMERCIAL COMMERCIAL REAL ESTATE PARTNER REAL ESTATE PARTNER franksalt.com.mt/commercial | 7986 1083 INTERVISTA MA' PETER AGIUS PAĠNI 6 - 7 Id-Deputat Nazzjonalista minn Għawdex Alex Borg ħadha kontra l-kollega tiegħu deputat Nazzjonalista mis-Siġġiewi Karol Aqulina wara li dan attakka l-ispeaker Anġlu Farrugia u għajru li qed iservi l-interessi tal-Partit Laburista fil- parlament. Aquilina, li jiġi ħu Robert Aquilina u li huwa d-de facto kap tal-grupp Repubblika, uża kliem iebes fil-konfront ta' Farrugia. Il-Parlamentari Laburisti indunaw li dan l-attakk minn Karol Aquilina li kellu l-appoġġ ta' Bernard Grech ma kellux l-appoġġ ta' numru ta' deputati fosthom Karol Aquilina u Joe Giglio. Il-Partit Laburista ħa l-vantaġġ minn dan u qal li dan hu l-mument li jerġa' jqanqal mistoqsijiet serji dwar l-għaqda fil- PN u ressaq mozzjoni għal għada t-Tnejn. U dan wara ġimgħat ta' episodji li jħammru wiċċ il-PL. Aquilina argumenta li Farrugia, li kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qabel ma rebaħ l-elezzjoni Joseph Muscat fl-2013, ħa deċiżjonijiet li ma kinux konsistenti mal- irwol ta' Speaker u bid-deċiżjonijiet tiegħu vvantaġġja l-Partit Laburista. Aquilina kien qed jirreferi għad-drabi meta l-Oppożizzjoni talbet diskussjonijiet urġenti bħal fil-każ tat- traġedja ta' Jean Paul Sofia, il-każ tal-Vitals u Stewards, kif ukoll l-aħħar każ tas-serqa tad- droga mill-barracks tal-Forzi Armati. Fil-Parlament, il-Partit Laburista ressaq mozzjoni biex tagħti l-appoġġ lil Anġlu Farrugia imma din aktar kienet xprunata mill-fatt li jafu li l-azzjonijiet ta' Aquilina kienu qed idejqu deputati ewlenin u qed jarawha bħala opportunità biex jerġgħu jiħu l-ferita ta' għaqda jew nuqqas ta' għaqda fil-PN. Imma diriġent għoli tal-PN qal lil din il- gazzetta b'mod kunfidenzjali; "Karol mhux mill-ħelwin nett, imma fuq din għandu raġun. L-Ispeaker mhux qed jaqdi dmiru b'mod imparzjali. U Alex Borg dan jafu, imma qed ikun prima donna. Iħobb lilu nnifsu aktar milli jħobb il-Partit. Dan huwa l-mument li nkunu magħqudin u wara l-kap mhux moħħna biex nidhru sbieħ. Borg huwa ambizzjuż imma bħalissa mhux il-mument li tkun ambizzjuż!" Il-Labour jindunaw bil- qasma li hemm u jitolbu mozzjoni urġenti biex jikkundannaw il-PN Il-Gvern ma jagħtix ċifra ta' kemm kienu implimentati proposti mill- programm elettorali tiegħu Mistoqsi dwar proposti mill- programm elettorali f 'termini ta' persentaġġ, il- Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jgħid li l-Gvern, minn żmien għal żmien, jaġġorna lill- elettorat bix-xogħol imwettaq PAĠNA 2 Il-Manifest Elettorali li ġie mniedi fl- 2020 mill-Partit Laburista NAZZJONALISTI JEĦDUHA KONTRA KAROL AQUILINA WARA BATTIBEKK SERJU MAL-ISPEAKER Alex Borg (fuq nett) ħadha kontra l-kollega tiegħu deputat Nazzjonalista Karol Aqulina(fuq) wara li dan attakka l-ispeaker Anġlu Farrugia