MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 • illum PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-waqt ta' aspirazzjoni sabiex tagħraf aħjar dak li tħoss ġewwa fik fejn sejjer iwasslek. Għalhekk wettaq riflessjoni. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Taurus se jkun il-waqt ta' deċiżjoni fejn int issa taf fejn tixtieq tmur u taf liema hi d-direzzjoni tiegħek. Ghalhekk wettaqha b'għaqal. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Cancer se jkun il-waqt li tagħraf aktar is-sensittività tiegħek, aktar u aktar meta qed terġa' tesperjenza mħabba friska. Għalhekk analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Libra se jkun il- waqt li tagħraf int min int. Ma tistax timxi aktar fuq dak li jgħidulek l-oħrajn iżda issa trid tasal temmen fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Capricorn se jkun il-waqt għal dik il-motivazzjoni sabiex titkattar aktar enerġija fik, u b'hekk twettaq it-tkattir tiegħek lejn l-istabbiltà. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Pisces – Il-Ħut Mill-Ħadd 16 ta' Marzu sas-Sibt 21 ta' Marzu JAELLE BORG Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, naqas milli jagħti risposta ċara għall-mistoqsija parlamentari dwar kemm il-Gvern implimenta proposti mill-programm elettorali tiegħu f 'numri u persentaġġi. Minflok ma pprovda statistika konkreta, huwa għażel li jikkritika lill-Partit Nazzjonalista. Iwieġeb għall-mistoqsija tal-Kelliema tal- Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tat- Tfal, Graziella Attard Previ, Zrinzo Azzopardi qal li minbarra l-proposti li jħabbar ta' kuljum li qed jiġu implimentati, il-Gvern, minn żmien għal żmien, jaġġorna lill-elettorat bix-xogħol imwettaq fl- implimentazzjoni tal-programm elettorali li bih ġie elett. "Għall-kuntrarju ta' amministrazzjonijiet Nazzjonalista, illum il-Gvern jidher quddiem l-elettorat b'wiċċu minn quddiem u jagħtih rendikont ta' ħidmietu," żied fil-pront Zrinzo Azzopardi. Il-mistoqsija kienet tfittex li ssir taf eżatt kemm ġew implimentati proposti mill-programm elettorali f 'termini ta' numri u persentaġġ. Madanakollu, Zrinzo Azzopardi ma pprovda l-ebda ċifra jew indikatur ċar dwar dan. Minflok, il-Ministru insista li dan il-fatt huwa konferma ta' kemm il-Gvern huwa kontabbli u impenjat biex iwettaq dak li jwiegħed lill-elettorat. Minflok ma jipprovdi statistika konkreta, Zrinzo Azzopardi jagħżel li jikkritika lill-Partit Nazzjonalista Arrestati żewġt irġiel fin-Naxxar b'rabta m'attentat ta' serqa Karozza titlef il-kontroll u taħbat ġo ħajt f 'Raħal Ġdid Is-Sibt filgħodu l-Pulizija arrestat żewġt irġiel in- Naxxar, b'rabta ma' serqa fl-istess lokalità. L-irġiel, wieħed ta' 38 sena minn Santa Venera u iehor ta' 59 sena mix-Xagħra, qed jinżammu arrestati b'rabta ma' investigazzjonijiet oħra. Il-Pulizija qalu li din il-gazzetta li għall-ħabta tad- 9:15am, rċievew rapporti "ta' attentat ta' serqa." Aktar tard fi staqrrija, il-pulizija spjegaw li rċievew informazzjoni rigward żewġ min-nies li sgassaw bieb ta' dar u daħlu ġewwa fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar. Meta l-pulizija marret fuq il-post, nnutaw fl- akkwati żewġt irġiel li jaqblu mad-deskrizzjoni li rċevew. Mistoqsija dwar jekk l-investigazzjonijiet humiex marbuta mas-serje ta' ta' serq li qed issir fl-istess naħat ta' malta, fosthom San Ġwann, il-pulizija qalu "li għadu kmieni biex dan ikun ikkonfermat". L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin. Karozza elettrika tilfet il-kontroll u ħabtet ġo ħajt fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid. Il-puluzija qalu lill-ILLUM li l-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta' 63 sena. Għalkemm is-sewwieq ma kellux ġrieħi, il- passiġġiera, mara ta' 63 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha pendenti. Dan ivverifika wkoll li minkejja li l-karozza ma qabdietx in-nar, il-protezzjoni ċivili marru fuq il-post bħala prevenzjoni. Uffiċjali tal-pulizija baqgħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Stefan Zrinzo Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 March 2025