Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 ILENIA DEBONO "Darren Carabott qed juri kemm hu politiku cheap, bħall- kap tiegħu," qalet Norma Saliba, kelliema tal-Partit Laburista fi stqarrija. Din l-istqarrija ħarġet wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ ritratti ta' dak li jallega li hija d-difiża tal-ajru tal- Forzi Armati ta' Malta fi stat ta' abbandun, imsadda u mitluqa. Hija stramba kif kritika indirizzata lejn Byron Camilleri, il-Ministru responsabbli għall- armata waslet biex, minflok ikun hemm dikjarazzjoni mill-Gvern stess, kien hemm rispons minn Norma Saliba, il-kelliema tal-PL u Eks Kap tal-PBS. Ipokresija u inkonsistenza min- naħa ta' Robert Abela "Il-Gvern ma għamel xejn biex jinvesti fid-difiża tal-ajru. Jidher ukoll li sistemi oħra tal- artillerija, li sa it ilu kienu għadhom operattivi u li fuqhom il-membri tal-Forzi Armati kienu jitħarrġu regolarment, issa waqgħu kompletament fi stat ta' abbandun," kien qal id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott meta ħarġet l-istqarrija tal-PN. Hekk kif fi Brussell id- diskussjoni hi jekk għandux jiżdied l-infiq fuq id-difiża jew le, Carabott qal li l-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela qed ikun inkonsistenti fil-politika ta' difiża, imma wkoll kontradittorju fuq kif din ħa tapplika għad-difiża nazzjonali. Hu qal li għalkemm Abela u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qed jippruvaw jaħbu l-verità, fatti juru li l-infiq tal- Gvern fuq id-difiża ta' Malta żdied dawn l-aħħar 12-il sena. "Fuq livell tal-Unjoni Ewropea, fi Brussell, Abela saħansitra qabel u vvota biex jiżdiedu l-fondi għad-difiża u għas-sigurtà tal- Ewropa, fid-dawl ta' żviluppi internazzjonali," żied jgħid Carabott. Carabott kompla jgħid li l-PN jaqbel li l-investiment fl-AFM għandu jkompli jiġi msaħħaħ, meta wieħed jikkunsidra li dan l-investiment serju huwa mmirat lejn is-suldati u d-difiża ta' pajjiżna. "Wieħed issa jiem għalfejn Byron Camilleri staħa jagħti rendikont fil-Parlament tan-nefqa fuq id-difiża għall-attakki mill- ajru," hu qal. Il-PN isostni li l-Gvern qatt ma kellu pjan għad-difiża mill-ajru, anqas wieħed bażiku b'suldati mħarrġa. Għal darb'oħra Byron Camilleri u Robert Abela qed ifallu lill-Maltin, għax qed ifallu fl- investiment fid-difiża u s-sigurtà ta' pajjiżna li jissarraf f 'serħan il- moħħ. "Dan in-nuqqas ta' investiment qed iwassal ukoll għal konsegwenzi serji u irreparabbli fuq pajjiżna – kif ġara bis-serqa tad-droga mill-bażi militari tal-Armata it tal-ġimgħat ilu, liema droga, li anke l-ammont tagħha m'aħniex ċerti minnu, għadna ma nafux fejn qiegħda. U bħalma bqajna ma nafux fejn qegħdin iż-żewġ Marokkini li ħarbu minn ajruplan, ġrew tul il-mitjar u sal-lum għadhom ma nstabux. Żewġ fallimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Byron Camilleri." Norma Saliba min-naħa tagħha qalet, "Il-Gvern Laburista, daqskemm investa fil-faċilitajiet, investa fil-ħaddiema li jafu sew kif illum għandhom għodda li ma kellhomx qabel. U dak li jgħodd għall-armata jgħodd għall-forzi dixxiplinati kollha." Dwar kritika fuq id-difiża tirrispondi Norma Saliba u mhux il-Gvern Norma Saliba, kelliema tal-Partit Laburista