Carmel Cacopardo
11
editorjal
IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 • illum
ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt
I
l-kummenti fuq id-difiża, bir-ritratti
tal-bofors mitluqin u minsija, m'għandhomx
ikunu r-raġuni biex ikollna diskussjoni mat-
ura fuq id-difiża. Għandna bżonn diskussjo-
ni serja fuq id-difiża u ċertament għandha tibda
billi nistaqsu kif nixtiequ u naħsbu x'se nirrispon-
du għal ċerti jew potenzjal ta' tħeddid. Il-bofors
jaħdmu jew ma jaħdmux it li xejn jistgħu jik-
kontribwixxu għal difiża moderna fis-sena 2025.
Jekk il-Partit Nazzjonalista ried iqajjem jew
iqanqal diskussjoni dwar id-difiiża seta' jagħmel
dan b'kont konkret u strutturat. Ċertament
il-problema ewlenija hija li rridu nistaqsu kif
se naġixxu bħala pajjiż. S'issa d-difiża kienet
dipendenti fuq il-buona volontà ta' pajjiżi ġirien u
anke donazzjonijiet minn pajjiżi ġirien. Ma kien
hemm ebda ħsieb fuq il-prijoritajiet u t-tip ta'
theddid li jista' jinqala'. Irridu naraw jekk aħniex
lesti nonfqu aktar fuq id-difiża billi jkollna mqar
il-kapaċità naġixxu f 'sitwazzjonijiet uniċi. U jekk
hemmx bżonn li ninvestu f 'oqsma li huma aktar
sofistikati.
Jidher li din id-diskussjoni hija assenti
għalkollox. U wisq aktar redikolata minn
stqarrijiet mill-kelliema taż-żewġ partiti l-kbar.
Dan l-episodju wkoll jikxef it-taħwid li hemm fil-
Gvern. Minflok ma kien hemm risposta meqjusa
min-naħa tal-Gvern biex jiddefendi jew jirribatti
l-kritika li qed issirlu, taqbeż il-kelliema tal-PL
Norma Saliba u tirrispondi hi … bl-istess ton
tas-soltu.
Wasal iż-żmien li nimu d-differenza bejn stat
u partit.
Imma lura għas-suġġett tad-difiża. Dan
l-editorjal jisħaq li wasal iż-żmien li jkollna
strateġija nazzjonali u viżjoni għad-difiża fuq kull
livell u għal kull eventwalità. Biex nagħmlu dan
jeħtieġ nuru maturità kbira u interess komuni.
Id-dibattitu dwar id-difiża f 'Malta