Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341
13 arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Tixtieq issir voluntier fl-Arkivju Prinċipali? Il-Għaqda Teatrali Dwal Ġodda se tippreżenta l-produzzjoni Ma- ra bħala preambolu għall-Ġimgħa Mqaddsa, fl-ispazju teatrali ta' Ħal Għargħur bejn id-9 u t-12 ta' April, u fit-13 ta' April wara l-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-produzzjoni, li tkompli tradizzjoni teatrali b'50 produzzjoni matul 55 sena, toffri riflessjoni fuq il- messaġġ tan-Nazzarenu, l-imħabba u s-salvazzjoni, iżda wkoll l-ironija u d-dubji li jitfaċċaw fil-bniedem tal- lum. L-istorja ta' Ma-ra tindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-kelma u l-għemil tan-Nazzarenu, iżda b'mod partikolari it-tħassib tal-ġurnalisti li, b'kif ħafna jissuġġerixxu, jimbuttawhom biex ifittxu jekk il- messaġġ tiegħu għadux relevanti fis- soċjetà tal-lum. Kif jgħidu l-organizzaturi, l-ironija fil-kliem u l-azzjonijiet tal-Nazzarenu jiddominaw il-produzzjoni. Il-kwistjoni qiegħda: "Min hu n-Nazzarenu?" jew "X'għadu relevanti fil-ħajja tagħna?" Il- ġurnalisti fiż-żmien modern jidħlu f 'konfrontazzjoni ma' persuna misterjuża li ssejjaħ għall-armonija u l-għejxien f 'koerenza bejn il-Maltin. Id-dħul huwa b'xejn, u l-udjenza hija mistiedna tibbukkja post minn qabel. 'Ma-ra' – Il-ħajja u l-ironija tan-Nazzarenu L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għadu kemm ħareġ mill-ġdid is-sejħa għall-voluntiera fl-Arkivju Prinċipali tiegħu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il- Belt Valletta. Il-voluntiera se jkunu jistgħu jgħinu fid-diversi proġetti tal-Uffiċċju partikolarment fid- diġitalizzazzjoni tal-volumi fl-Arkivju Prinċipali. Permezz ta' dan il-volontarjat, l-Uffiċċju tan-Nutar tal- Gvern qed jagħti ruħ ġdida lill-Arkivju Prinċipali tiegħu billi jagħmlu dejjem aktar aċċessibbli b'mezzi elettroniċi online. Fuq kollox, din id-diġitalizzazzjoni tgħin ukoll biex il-volumi fl-Arkivju Prinċipali jinżammu preservati aħjar, bosta minnhom b'dokumenti li jmorru lura sas- Seklu 15! Jekk tixtieq tkun parti minn din l-esperjenza ġdida u tingħaqad ma' persuni oħrajn li bħalek għandhom l-istess passjoni għall-wirt dokumentat, u tista' toffri it ħin prezzjuż minn tiegħek filgħodu, waranofsinhar u anke filgħaxija, issa huwa l-waqt tiegħek. Anke it sigħat jagħmlu differenza kbira. Is-sejħa tagħlaq fil-31 ta' Marzu u se jingħata taħriġ adegwat lill-voluntiera kollha. Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern permezz ta' email lil notarial. archives@gov.mt jew inkella billi wieħed jaċċessa s-sejħa għall-voluntiera fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tan- Nutar tal-Gvern https://ntg.gov.mt/.