MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries huwa mument li fih trid tagħraf tanalizza liema direzzjoni hi l-aktar vantaġġuża għalik. Għalhekk wettaq din id-direzzjoni ideali. Aries huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Gemini huwa mument dwar kif se tkompli ssaħħaħ id-dehra tiegħek. Kompli bil- pjan li qbadt għax ir-riżultat se jkun miksub żgur. Gemini huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Virgo se jwasslek aktar lejn ir-realtà. Għalkemm xi kultant tipprova taħrab mir-realtà, issa dan m'għandux jibqa' jseħħ, iżda għandek timtela b'ħeġġa għal dak li tħoss. Virgo huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Sagittarius se jkun mument li taħtaf aktar dawk l-opportunitjiet li forsi ma kontx qed tagħti wisq attenzjoni, opportunitajiet li jistgħu jsarrfu f 'aktar stabbiltà fil-ħajja tiegħek. Analizza. Sagittarius huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Aquarius se jagħtik iċ-ċans sabiex bir-ritmu tiegħek tkun tista' tanalizza aħjar kemm il-karriera tiegħek qed titkattar. Għalhekk agħraf kun dejjem iffokat. Aquarius huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-bidu tal-ewwel żodjaku Mill-Ħadd 23 ta' Marzu sas-Sibt 29 ta' Marzu ILENIA DEBONO Bernice Bonello, kelliema tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u Spazji Miuħa, staqsiet lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici kemm intefqu flus mill- Malta Enterprise għar-riklamar waqt Il-Malta Eurovision Song Festival. Għat-tieni darba, il- Ministru ta tweġiba ambigwa. "Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hija waħda kummerċjalment sensittiva," wieġeb il-Ministru fit- 12 ta' Frar meta saret l-ewwel darba din il-mistoqsija. Fis-seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa, Bonello reġgħet għamlet l-istess mistoqsija fejn imbagħad il-Ministru għamel referenza għall-ewwel tweġiba tiegħu. Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern Laburista rriuta li jagħti d-dettalji kollha rigward infiq tal- Eurovision Song Contest. Is-sena l-oħra, meta saret pubblika l-ispiża totali tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-ESC, l-ispiża kienet t'iżjed minn €650,000 u din kienet rikjesta mingħand id-Daphne Caruana Galizia Foundation. Din ir-rikjesta kienet saret wara akkużi li fondi pubbliċi intużaw sabiex jagħtu spinta lill- probabbilitajiet ta' Destiny fuq siti tal-logħob tal- azzard. Riżultat ta' dan, Desinty dehret il-favorita li tirbaħ fuq bosta minn dawn is-siti. Owen Bonnici ma jgħidx kemm il-Malta Enterprise nefqet fuq riklamar waqt il-Eurovision Ftit inqas minn 3,000 student qed jibbenefikaw minn Skema 9 SEAN FENECH Hemm 2,877 student li qed jibbenefikaw minn Skema 9, skont il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima. Dan ifisser li hemm "8.24% tal-istudenti li qed jibbenefikaw minn din l-iskema," qal Grima fil- Parlament. Huwa kien qed iwieġeb lill- Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ. Attard Previ staqsietu dwar kemm hemm studenti li qed jibbenefikaw minn Skema 9 u x'persentaġġ dawn jippreżentaw meta mqabbla mal-istudenti kollha. Skema 9 bdiet fis-sena skolastika bejn l-2016-2017 bħala inizjattiva tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex tgħin lil tfal fil-bżonn. L-iskema tkopri numru ta' għotjiet, inklużi vawċer għall- uniformi, lunch kuljum, pakkett ta' stationary, u għażla t'attività ekstrakurrikulari li jinkludu FES Skolasajf, FES Klabb 3-16, SportMalta programm tas-sajf jew programm tax-xitwa. Biex tkun eleġibbli għal dil- iskema, trid taqa' taħt wieħed minn dawn il-kriterji: • benefiċjarji tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) li għandhom żewġt itfal jew aktar bejn it-3 u s-16- il sena (dawn jiddependu biss fuq benefiċċji mhux kontributorji), jew • familji ta' tifel wieħed jew tifla waħda li jiddependu fuq benefiċċji mhux kontributorji, jew • familji b'żewġt itfal jew aktar li kull sena jaqilgħu paga minima nazzjonali jew inqas, jew • familji li jibbenefikaw mill-benefiċċju mogħti mill-Aġenzija tal-Welfare tal-Persuni li Jfittxu Ażil (AWAS) ŻIEDA FIN-NUMRU TA' STUDENTI LI JIBBENEFIKAW MILL-ISKEMA MIS-SENA SKOLASTIKA L-OĦRA Skont statistika li ta Grima f 'seduta parlamentari oħra, jidher li n-numru ta' studenti li qed jibbenefikaw minn dil- iskema huwa ogħla min-numru tas-sena skolastika ta' qabel iżda xorta inqas min-numru rekord li kien fis-sena skolastika 2021/2022. Dan kien meta ġie mistoqsi mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar dwar in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn dil-iskema fl-aħħar ħames snin skolastiċi, jiġifieri mill-2020 sal- 2025. Jidher li n-numru ta' studenti huwa bejn wieħed u ieħor konsistenti kull sena, b'differenzi żgħar biss minn sena għal oħra. L-ogħla numru kien fis-sena skolastika 2021/2022 fejn kien hemm kważi 3,000 student jibbenefikaw minn dil-iskema. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025