Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583
13 arti u kultura IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Prof. Yosanne Vella b'taħdita dwar Malta taħt il-Franċiżi "Is-Surmast" se tkun qed tittella' mill-4 sas-6 ta' April, 2025, u fiha se jieħu sehem Charles Sammut bir-rwol tat-titlu tal- play. Fix-xahar ta' April, it-Teatru Manoel se jippreżenta "Is-Surmast" ta' Trevor Żahra fi prestazzjoni speċjali li se tkun qed timmarka 30 sena mindu l-play ittellgħet għall-ewwel darba fit-teatru nazzjonali Malti. Taħt id-direzzjoni ta' Joseph Galea u b'Charles Sammut fir-rwol prinċipali, dan id-dramm-kummiedja bil-Malti żgur li se jkun qed jinżel għasel ma' udjenzi ta' etajiet varji. L-iskript tal-play "Is-Surmast" huwa bbażat fuq ir-rumanz ta' Żahra bl-istess isem, u jiffoka fuq il-karattru ta' Carmelo Ciantar: Surmast eċċentriku u maħbub ta' skola primarja, li kien lest jinjora l-istruzzjonijiet tas-superjuri tiegħu sabiex iħalli l-iskola timxi bl-istess mod kif imexxi d-dar tiegħu, ibbażata fuq il- kapriċċi personali tiegħu u fil-passi ta' Santa Filomena. L-affarijiet kienu mexjin ħarir, kemm f 'daru, kif ukoll l-iskola, sakemm ħabiba antika tal-familja ġiet lura mill-Ingilterra u qelbet kollox ta' taħt fuq għal Carmelo. Il-produzzjoni ta' din il-play qed tittella' minn kast lokali b'saħħtu li jinkludi lil Charles Sammut fir-rwol prinċipali, lil Mario Spiteri (Snitz), Andre Mangion, Ryan Mark Debattista, Antonella Galea Loffreda, Marceline Galea, Anthony Ellul, Claudia Mizzi, u Emanuel Cassar, kif ukoll numru ta' atturi żgħar fir-rwol ta' studenti tal-iskola. Il-mużika oriġinali hija l-kompożizzjoni ta' Albert Garzia. Trevor Żahra huwa meqjus bħala l-iktar kittieb prolifiku Malti. Fl-2020, Żahra ġie mogħti r-rikonoxximent prestiġjuż mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal- Lifetime Achievement fil-Letteratura. Il-premju jfakkar u jiċċelebra l-karriera twila ta' Żahra u l-kontribuzzjonijiet importanti fil-letteratura lokali, bil- pubblikazzjoni ta' iżjed minn 130 ktieb għat-tfal, l-adolexxenti u l-adulti. Żahra huwa l-iktar awtur li ġie ppremjat fil- Premju Nazzjonali tal-Ktieb f 'Malta, wara li rċieva l-premju 20 darba – 19-il darba bħala awtur u darba bħala illustratur. "Is-Surmast" se tittella' t-Teatru Manoel mill-Ġimgħa 4 ta' April, sal- Ħadd 6 ta' April. Il-play tibda fis-19:30 ta' filgħaxija. Il-Ħadd waranofsinhar, il-play tibda fit-15:30, b'rappreżentazzjoni oħra fis-19.30. Il-prezzijiet tal-biljetti jvarjaw minn €10 sa €30, u jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit: https://teatrumanoel.mt/event/ is-surmast/. Dawk interessati jistgħu wkoll iżuru l-Box Office tat-Teatru Manoel fi Triq it- Teatru l-Antik, il-Belt Valletta, jew billi jċemplu fuq in-numru: (+356) 21246389. Il-Box Office huwa miftuħ mit-Tnejn sal- Ġimgħa mill-10:00 sal-17:00 u nhar ta' Sibt mill-10:00 sas-13:00. Il-play maħbuba ta' Trevor Żahra 'Is-Surmast' se tittella' fit-Teatru Manoel tletin sena wara li ttellgħet għall-ewwel darba fuq il-palk Biex tikkommemora l-pubblika- zzjoni tal-verżjoni bil-qoxra iebsa u illustrata tal-ktieb tagħha, Once upon a time 1798, 1799, 1800 – For- gotten stories of the French period in Malta, l-Ambaxxata Franċiża stiednet lill-Prof. Yosanne Vella biex tagħti taħdita dwar il-ħajja ta' kuljum f 'Malta taħt il-ħakma Franċiża fit-27 ta' Marzu 2025 fis- 6:30 pm fil-Librerija Nazzjonali ta' Malta. Jekk tixtiequ tirreġistraw għat- taħdita, kemm aċċessaw dil-ħolqa: https://cutt.ly/History-Lectures Astratt Oġġetti misruqa, proċeduri biex wieħed jitlaq miż-żona assedjata, kunvent mibdul f 'orfanatrofju... Bl-użu ta' arkivji li qatt ma ġew ippubblikati qabel, Vella tikxef numru ta' stejjer ġodda dwar l-abitanti lokali u xi każijiet sorprendenti li spiċċaw fuq l-iskrivanija tal-Ġeneral Vaubois. Iffirmar tal-kotba flimkien mal- pubblikatur tagħha Midsea Books Vella se tkun qed tiffirma l-ktieb tagħha, li tkunu tistgħu tixtruh wara t-taħdita bis-saħħa tal-pubblikatur tagħha, Midsea Books. F'dan il-ktieb, Vella tidħol fil-kontroversja akkademika dwar l-istorjografija tal-perjodu Franċiż, it-tmexxija qasira tal-'Governo di Malta' (Il-Gvern ta' Malta), il-movimenti minn u lejn il-Belt Valletta, il-ħafna villani u opportunisti li ħalqu kemm kaos, kif ukoll atti erojċi u qalbiena. Bijografija tal-lettriċi Yosanne Vella hija professur fl- Università ta' Malta u l-kordinatriċi tal- Istorja u l-Istudji Soċjali fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. Hija espert rikonoxxut fil-pedagoġija tal-istorja, u editjat kotba, kemm f 'Malta, kif ukoll fir-Renju Unit. Hija kitbet ukoll diversi artikli dwar l-istorja tan-nisa Maltin. Hija l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Għalliema tal- Istorja ta' Malta u kienet Viċi President tas-Soċjetà Storika ta' Malta sal-2019. It-Teatru Manoel se jippreżenta 'Is-Surmast' ta' Trevor Żahra fi prestazzjoni speċjali li se tkun qed timmarka 30 sena mindu l-play ittellgħet għall-ewwel darba fit-teatru nazzjonali Malti Vella tikxef numru ta' stejjer ġodda dwar l-abitanti lokali u xi każijiet sorprendenti li spiċċaw fuq l-iskrivanija tal-Ġeneral Vaubois