MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'Ecce Homo' – Mixja Biblika mat-toroq ta' Birkirkara u Dramm tal-Passjoni FM eatre Productions jippreżentaw il-fenomenu globali, ir-rock opera Jesus Christ Superstar fuq il-palk ta' Dar il-Mediterran bejn il-11 u t-13 ta' April. B'mużika ta' Andrew Lloyd Webber u lirika ta' Tim Rice, din il- produzzjoni elettrifikanti hija taħlita splussiva ta' teatru u rock li ilha tittella' madwar id-dinja għal aktar minn 50 sena. Imfaħħra bħala "must-see" minn The Telegraph, "pure electricity" minn BroadwayWorld, u "musical theatre at its most electrifying" minn The Stage, il-musical jiffoka fuq l-aħħar ġranet ta' Ġesù mill-perspettiva ta' wieħed mid- dixxipli tiegħu, Ġuda. It-temi ta' fidi, fama, tradiment u rivoluzzjoni huma minsuġa ma' mużika rock li tagħti enerġija qawwija u fl-istess ħin, tqanqal emozzjoni profonda. Taħt id-direzzjoni ta' Chris Gatt din il-verżjoni kontemporanja se tagħti interpretazzjoni friska u tassew eċitanti għal dan il-musical tant maħbub waqt li tibqa' leali lejn l-istorja u l-mużika tagħha. Fil-kast lokali, Francesco Nicodeme se jaħdem il-parti ta' Ġesù, flimkien ma' Sean Borg fil-parti ta' Ġuda, u Sarah Mercieca bħala Marija Maddalena. Magħhom jingħaqdu kast ta' atturi-kantanti brillanti li jinkludu lil Raphael Pace, Joseph Zammit, Sean Kamati, Ryan Grech, Jake Curti, u Albert Buttigieg. Taħt id-direzzjoni mużikali ta' Kris Spiteri, din il- produzzjoni fiha kollezzjoni ta' kanzunetti indimentikabbli bħal "Gethsemane," "I Don't Know How to Love Him," u "Superstar," b'korjografija dinamika ta' Sandra Mifsud u Douglas Comley. Għal biljetti u aktar informazzjoni żur: www. showshappening.com Il-musical ikoniku, Jesus Christ Superstar, se jittella' f 'Dar il-Mediterran f 'April li ġej Is-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own u l-Kummissjoni TEAK, fi ħdanha sejra torganizza mixja Biblika u dramm tal-Passjoni fit-toroq ta' Birkirkara nhar is- Sibt 12 t'April fl-okkażjoni taż- żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fl-4.30 pm nassistu għall-ħruġ tal-parata Rumana minn biswit il-Knisja l-Qadima sa ħdejn is- sede tas-Soċjetà fi Triq il-Wied. Fil-5.00 pm imbagħad toħroġ il- mixja Biblika li fiha jieħdu sehem aktar minn 300 persunaġġ, il- Banda Duke of Connaught's Own taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli, il-Qawra Scout Group u l-Legio x Fretenses. Din il-mixja tgħaddi minn Triq il-Wied, Triq in-Naxxar, Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq il-Kbira, Pjazza Sant'Elena, Triq Santu Rokku sa Triq il- Wied. Takkumpanja din il-mixja l-istatwa ta' Kristu Redentur. Wara, għall-ħabta tat-8.15 pm jibda Dramm tal-Passjoni bl- isem ta' 'Ecce Homo'. Dramm bi tmien episodji miktub minn Sandro Galan u direzzjoni ta' Stephen Cutajar u Joelyne Scerri. F'dan id-dramm jieħdu sehem madwar 55 attur. It-temi ta' fidi, fama, tradiment u rivoluzzjoni huma minsuġa ma' mużika rock li tagħti enerġija qawwija u fl-istess ħin, tqanqal emozzjoni profonda Il-mixja ħa tgħaddi minn Triq il-Wied, Triq in-Naxxar, Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq il-Kbira, Pjazza Sant'Elena, Triq Santu Rokku sa Triq il-Wied

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025