Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa fejn trid tibda taħseb sew lejn it-tibdil pożittiv li bħalissa qed twettaq. Dan għandu jkun ta' aktar motivazzjoni lejn dak li hemm riesaq lejk. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf kemm qed tkun f 'pożizzjoni tajba fil-ħidma li bdejt it ta' ġimgħat ilu, hekk li għandek tkun iffukat lejn it-tkattir. Iż- żodjaku li se joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Taurus. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li trid tkompli tagħraf aħjar il-proposta offruta. Taqbadx tgħaġġel iżda wettaq riflessjoni profonda. Agħraf b'għaqal. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li tagħraf l-aħjar tibdil li hemm bżonn jitwettaq. Taf li fejn int verament tixtieq tasal hemm bżonn ċertu tibdil. Għalhekk tibżax, iżda wettaq dak li hu meħtieġ. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa li tagħraf id-direzzjoni formali tiegħek. Issa wasalt f 'dak il-mument li ma tistax tibqa' f 'salib it-toroq iżda trid tagħraf dik il- vera direzzjoni ideali għalik. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon It-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries – Il-Kibx Mill-Ħadd 30 ta' Marzu sas-Sibt 5 ta' April SEAN FENECH It-turisti li qagħdu Malta tul Jannar tal-2025 żdiedu bi 12.6% meta mqabblin ma' Jannar tas- sena l-oħra, skont statistika ġdida maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. B'kollox, 194,157 turist żaru Malta f 'Jannar. 182,177 minn dawn, jew 93.83% tat-total, ġew Malta għal vaganza, filwaqt li l-bqija, li jammontaw għal 8,495 u li jirrappreżentaw 6.17% tat-total, ġew Malta għal raġunijiet ta' xogħol. It-total tal-iljieli li qattgħu Malta t-turisti jammontaw għal iktar minn 1.1 miljun, li jirrappreżenta żieda ta' 11.4% mis-sena l-oħra 'l hawn. Iżda t-tul medju mqattgħin mit-turisti kien ta' 5.8 iljieli, li huwa tnaqqis ċkejken ta' 1.7% mis-sena l-oħra 'l hawn u tnaqqis ta' 23.7% meta mqabbel mal-2023. Dan juri li minkejja hawn iktar turisti jżuru l-gżejjer Maltin, it-tendenza hi li jqattgħu inqas żmien hawnhekk. It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna jammontaw għal 91,240, jew 47% tat-turisti kollha. Dawn iċ- ċifri jinkludi kemm lit-turisti li raqdu f 'Għawdex u Kemmuna, u kemm dawk li żaru għal ġurnata. Il-maġġoranza tat-turisti qattgħu l-iljieli tagħhom f 'Malta fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni mikrija, bħala eżempju lukandi. Dawn it-turisti jirrappreżentaw 85.1% tat-total. Il-bqija tat-turisti qattgħu l-iljieli tagħhom f 'akkomodazzjoni mhix mikrija. Bħala nefqa totali, it-turisti nefqu mal-€142.6 miljun, li turi żieda ta' 29.4% meta mqabbel max- xahar tas-sena l-oħra. Min-naħa l-oħra, l-infiq medju kull lejl jammonta għal €126.3, li hija żieda ta' 16.2% minn Jannar tas-sena l-oħra. ETAJIET U NAZZJONALITAJIET TAT-TURISTI Jidher illi l-akbar għadd taʼ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena, li b'kollox irrappreżentaw 39.4% tat-total. Warajhom kien hemm dawk fl-età taʼ bejn il-45 u l-64 sena li jirrappreżentaw 34.4% tat-turisti kollha. Il-faxxa tal-età li jmiss kienet ta' bejn iż-0 u l-24 sena, li rrappreżentaw 17.5% tat-turisti kollha, filwaqt li l-bqija tat-turisti kienu tal-faxxa tal-età ta' 65 sena u iktar. L-istatistika turi wkoll li kien hemm żieda f 'turisti minn kull faxxa tal-età ħlief għal dawk ta' bejn iż-0 u l-24 sena, fejn dawn naqsu b'7.1%. Fejn jidħlu nazzjonalitajiet, joħroġ li residenti mill-Polonja, mir-Renju Unit, u mill-Italja kienu jammontaw għal 46.4% tat-turisti. Interessanti ngħidu li kien hemm żieda ta' 51.8% fin-numru ta' Pollakki li żaru l-pajjiż mis-sena l-oħra 'l hawn. IKTAR TURISTI LI ŻARU GĦALL-EWWEL DARBA IŻDA INQAS TURISTI LI REĠGĦU ŻARU LIL MALTA IKTAR MINN DARBA FIS- SENA Kien hemm żieda ta' 14% ta' turisti li żaru l-pajjiż għall-ewwel darba, kif ukoll żieda medja ta' 8.4% ta' turisti li jerġgħu jżuru l-pajjiż għal darb'oħra. Minn dawn kien hemm żieda ta' 19.8% ta' turisti li jżuru Malta darba fis-sena jew inqas. Iżda mbagħad kien hemm tnaqqis ta' 17.3% ta' turisti li jerġgħu lura Malta iktar minn darba fis-sena. Żieda ta' 12.6% fin-numru ta' turisti f 'Jannar tal-2025 imqabbel mas-sena l-oħra L-għadd sħiħ tat-turisti f 'Malta f 'Jannar 2025 kien stmat li jilħaq il-194,157. L-għadd kollu tal-iljieli mqattgħin jgħodd għal 1,128,652.