MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 162 multa tal-Awtorità tal-Ippjanar laħqu l-massimu u għadhom pendenti SEAN FENECH Hemm 162 kontravenzjoni maħruġin mill-Awtorità tal-Ippjanar li tant kemm ilhom għaddejjin li laħqu l-valur massimu tagħhom. Barra minn hekk, jidher li dawn il-każijiet għadhom attivi, jiġifieri l-multi fuq dawn il-każijiet għadhom qed jinħarġu mill- istess awtorità u l-illegalitajiet għadhom għaddejjin. Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari magħmula lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar u l-Artijiet Stanley Zammit. Fit-tweġiba tiegħu, Camilleri poġġa lista ta' illegalitajiet għadhom għaddejjin fuq il- mejda tal-Kamra fejn dil-gazzetta skopriet li hemm 162 illegalità mhux ikkoreġuta. AWTORITÀ BLA SINSLA? JEW MIŻURA INEFFETTIVA? Il-lista li ta Camilleri fil-Parlament tqajjem dubji serji dwar l-effettività tas- sistema kurrenti tal-immultar. Dan għaliex jidher li hemm numru ta' illegalitajiet li ilhom għaddejjin numru ta' snin mhux ħażin, bi wħud minnhom ilhom mhux ikkoreġuti iktar minn 20 sena. Fil-fatt, fil-lista hemm imniżżel każ li ilu mhux ikkoreġut mill-1997 — l-eqdem każ imniżżel fil-lista u li għadu għaddej mingħajr applikazzjoni għas-sanzjonar. Każijiet oħrajn li ilhom għaddejjin iktar minn 20 sena jinkludu illegalitajiet mis- sena 2000, mill-2002, mill-2004, u mill- 2005. Hemm ukoll każ li ilu għaddej mill- 2006, ħames każijiet ilhom mill-2008, erba' każijiet ilhom mill-2009, u erba' każijiet li ilhom mill-2010. Minn dil-informazzjoni, il-mistoqsijiet faċilment jinbtu: kemm huma effettivi l-multi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġu indirizzati dawn l-illegalitajiet? U l-awtorità għandha biżżejjed setgħa biex tindirizza dawn l-illegalitajiet? U hemm biżżejjed rieda politika biex dawn l-illegalitajiet fl-aħħar jiġu kkoreġuti? IL-MINISTRU JEVITA LI JAGĦTI TWEĠIBA DIRETTA Meta mistoqsi dwar x'azzjoni beħsiebha tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar biex tikkoreġi dawn l-illegalitajiet, Camilleri kien evażiv u ħarab milli jagħti tweġiba diretta. Fil-fatt, dwar l-illegalitajiet jew kontravenzjonijiet li xorta baqgħu mhux ikkoreġuti, Zammit staqsa "x'inhi l-azzjoni ulterjuri min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar li għadha pendenti?" It-tweġiba ta' Camilleri kienet sempliċement li "l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni diretta biex tneħħi illegalitajiet skont il-prijorità ta' każijiet pendenti." Camilleri ma ta l-ebda indikazzjoni x'inhi l-prijoritizzazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u b'hekk ma nistgħux inkunu nafu eżattament xi pjanijiet hemm biex jiġu indirizzati dawn il-każijiet pendenti. "Hemm numru ta' illegalitajiet li ilhom għaddejjin iktar minn 20 sena."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025