Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
analiżi IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum 04 ILENIA DEBONO L-Ingliżi ħadu lil Malta f 'idejhom fil-5 ta' Settembru tal-1800 fejn il-Franċiżi ċedew lill-Ingliżi formalment. F'iżjed minn seklu, Malta u l-Maltin raw ħafna ostakli fil-ġlieda għall-ħelsien, speċjalment b'qasma bejn il-Maltin stess fuq bosta kwistjonijiet bħal-lingwa u l-integrazzjoni mal-Imperu Ingliż. Malta saret kolonja Ingliża b'mod uffiċjali fl-1813, meta l-Ingliżi tawna l-ewwel kostituzzjoni miktuba. Din kienet akka bħala kostituzzjoni, kemm affermat il- pożizzjoni ta' Malta bħala kolonja u ħatret Gvernatur f 'Malta, li kien omas Maitland. Matul is-snin, il-Maltin baqgħu jiġġieldu għal kostituzzjonijiet aħjar b'iżjed rappreżentanza eletta Maltija u kontroll fuq affarijiet lokali. Fl-1878, l-Imperu Ingliż iddeċieda li jibda l-proċess sabiex jagħmel lil Malta iżjed viċin l-Ingliżi milli lejn it-Taljani, u dan il-proċess tnieda mill-aspett tal- lingwa. Hekk kif il-kuruna Ingliża ddeċidiet li l-Ingliż jintuża fl- edukazzjoni, u l-amministrazzjoni u l-qrati għandhom jieħdu prijorità iżjed bit-Taljan, il-poplu Malti beda jinqasam u jiġġieled ma' ħutu minflok mal-ħakkiema. Kienet il-kwistjoni tal-lingwa fejn għall-ewwel darba Malta rat il- partiti politiċi. Sigismondo Savona, uffiċjal tal-militar irtirat li studja bħala għalliem l-Ingilterra, kien minn tal-ewwel li qabel mar-riformi Ingliżi u kien hu li mexxa l-Partit Riformista. Dan il-Partit kien magħmul minn nies li saru sinjuri żgħar bis-saħħa tal-Ingliżi, bħal nies li jaħdmu fil-portijiet, u kien jemmen li l-Ingliż huwa utli iżjed mit-Taljan sabiex il-Maltin jimxu 'l quddiem. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm Fortunato Mizzi, avukat Għawdxi li studja l-Italja u żżewweġ Taljana. Bla dubju, dan kien iżjed jaffilja ruħu mal-kultura u l-lingwa Taljana. Mizzi dawwar il-kwistjoni tal-lingwa f 'waħda politika, hekk kif hu wera li jekk it- Taljan jiġi abbandunat, Malta ssir iddominata totalment mill-Ingliżi u b'hekk joħonqu l-libertajiet tal- Maltin. Huwa, flimkien mal-partit tiegħu Partito Anti-Riformista, uża t-Taljan sabiex jiġġieled għall- emanċipazzjoni kostituzzjonali. Wara iżjed minn 100 sena ta' petizzjonijiet u dimostrazzjonijiet, fejn erba' min-nies kellhom jitilfu ħajjithom fl-irvelli tas- Sette Giugno, il-Maltin ingħataw l-ewwel self-government. Din kienet kisba importanti għal Malta, avolja din il-kostituzzjoni waqgħet fl-1949. Is-seklu 20 kien wieħed kiefer għall-Ewropa kollha b'żewġ gwerer. Malta kellha rwol prominenti, avolja indirett, fiż-żewġ gwerer bħala kolonja Ingliża. Fl-Ewwel Gwerra Dinija, Malta ngħatat it- titlu tal-Infermiera tal-Mediterran hekk kif laqgħet suldati feruti u morda mill-gwerra f 'postijiet bħal Fort Chambray u Bighi. Malta kellha rwol iżjed attiv fit-Tieni Gwerra Dinija, li riżultat t'hekk irċeviet il-George Cross mingħand ir-Re Ġorġ 6, li llum jinstab fuq il- bandiera Maltija. Il-Malta Labour Party, taħt it- tmexxija ta' Duminku Mintoff, kellu aġenda li ried jintegra lil Malta fir-Renju Unit bħall-Iskozja, l-unika kolonja li wasslet daqshekk viċin għal dan. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ried li Malta ssir dominju tar-Renju Unit, bħall- Kanada. Din il-kwistjoni damet għaddejja mill-1955 sal-1958, fejn il-Prim Ministru Mintoff waqqaf il-ehim tal-integrazzjoni li kien qed jitfassal, hekk kif hu qal li l-Gvern Ingliż ma żammx mal- wegħdi li għamel lill-poplu Malti sabiex jonqos il-qgħad, fost oħrajn. Ġorġ Borg Olivier, il-Prim Ministru ta' Malta Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, għamel talba uffiċjali fl-1962 sabiex Malta issir indipendenti. Imbagħad, Malta ngħatat l-indipendenza fil-21 ta' Settembru tal-1964 fejn saret demokrazija parlamentari bir- Reġina Eliżabetta II bħala s-sovrana ta' Malta bi gvernatur jaħdem f 'isimha u l-Prim Ministru jieħu ħsieb affarijiet lokali. Kien fit-13 ta' Diċembru tal-1974 fejn ir-Reġina ma baqgħetx is- sovrana ta' Malta, u nħatar l-ewwel President ta' Malta, Sir Anthony Mamo u b'hekk Malta saret Repubblika. L-aħħar truppi Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta' Marzu tal- 1979 hekk kif il-bażi militari Ingliża ngħalqet. Il-Prim Ministru Duminku Mintoff, flimkien mas- Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union, ikkommemoraw dan l-avveniment storiku fejn għall- ewwel darba ma kien hawn l-ebda bażi militari barranija f 'Malta billi xegħel it-torċa tal-ħelsien fuq il- monument tal-Ħelsien. Il-bandiera Maltija telgħet minflok dik Ingliża mad-daqq tal-Innu Malti u għajjat ta' ferħ tal- Maltin ħielsa. Minn ħakma Ingliża sal-ħelsien L-ISTORJA TA' KIF MALTA SPIĊĊAT ĦIELSA AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021-2027) Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jħabbar it-tnedija ta' sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Oġġettiv Speċifiku 1.1– It-tisħiħ ekonomiku, soċjali u ambjentali t'attivitajiet sostenibbli tas-sajd. Din is-sejħa se tkun miftuħa għalsajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA u MFB u se tiffoka b'mod speċifiku fuq investimenti abbord bastimenti tas-sajd mingħajr ma tikber is-sajda filwaqt li titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fil-kwalità tal-qabda tal-ħut. Il-miri tas-sejħa huma:: 1. It-titjib tas-saħħa, is-sigurità u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd; 2. L-effetti tat-tibdil tal-klima u it-titjib tal-enerġija effiċjenti tal-bastimenti tas-sajd; 3. It-titjib tal-valur miżjud jew tal-kwalità tal-qabda tal-ħut billi s-sajjieda jitħallew jagħmlu investiment abbord ħalli tittejjeb il-kwalità tal-prodott tas-sajd; 4. L-investimenti mmirati lejn it-titjib tal-ġestjoni tal-katini ta' tkessiħ u l-immaniġġjar jew il-ħażna abbord li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi; 5. It-tagħmir li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu; 6. It-tagħmir li jelimina r-rimi ta'ħut billi jiġi evitat u jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa ta' ħażniet kummerċjali. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi elettronikament fuq id-database tal-Fondi Strutturali fuq is- sit sfd.gov.mt/application sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2025, it-30 ta' Settembru 2025, il-31 ta' Diċembru 2025, il-31 ta' Marzu 2026, it-30 ta' Ġunju 2026 u t-30 ta' Settembru 2026 f'nofsinhar. Biex tissottometti il-proposti tal-proġetti mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, wieħed jista' jikseb il-formola tal-applikazzjoni onlajn fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/emfaf-call-investments-on-board- fishing-vessels/. Kwalunkwe mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. Tliet sessjonijiet ta' informazzjoni se jittellgħu f'dawn id-dati msemmija: 1. It-Tnejn 7 t'April – Marasxlokk, Pompei Hall fl-4.00 p.m. 2. L-Erbgħa 9 t'April – Għawdex, Xewkija, Experimental Farm fl-10.00 a.m. 3. It-Tnejn 14 t'April – San Pawl il-Baħar, Assisi Hall, Triq San Franġisk fl-4.00 p.m. Wieħed jista' jirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi jaċċessa l-QR Code hawn taħt: Il-Monument ta' Jum il-Ħelsien fil-Birgu