MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum 06 Wara l-Bibien Magħluqa: L-eżorċiżmu huwa suġġett li jqanqal kurżità u xi drabi biża' f 'dawk li jisimgħu bih. Minkejja li l-Maltin huma nies ta' fidi, it huma dawk li tassew jafu x'inhu l-eżorċiżmu u kif isir. Hemm temi li bħal donnu jibqgħu jiġu mitkellma b'leħen baxx – jekk mhux evitati għalkollox, u l-eżorċiżmu huwa wieħed minn dawn. F'pajjiżna dan il-kunċett jaf jidher bħala wieħed ta' barra minn hawn, imħawwad mal-ġrajjiet tal-films. Imma x'inhu l-eżorċiżmu fil-verità? U x'inhu l-irwol ta' eżorċista f 'Malta llum? Din mhix xi ħaġa li nisimgħu ħafna dwarha – imma għaliex? Għax m'hemmx każijiet, jew għax huwa xi ħaġa li aħna, bħala soċjetà, inħossu aktar komdi li nżommu moħbija? Fr John Vella, eżorċista magħruf f 'Malta, tkellem mal-gazzetta ILLUM u rrakkonta l-esperjenza tiegħu. Fr John twieled il-Marsa fl- 1958. Bħalissa huwa assenjat mal- Fraternità tal-Patrijiet Minuri Kapuċċini fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Lourdes, San Ġwann. Huwa studja b'suċċess għal- liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali Klinika fl-Istituto Internazionale di Teologia Pastorale Sanitaria, Camillianium, affiljat mal- Università Teresianum f 'Ruma. Il-Kummissjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu għażlitu bħala Eżorċista Awżiljarju approvat mill-Arċisqof Joseph Mercieca, fl-2003. Huwa ġie maħtur bħala Eżorċista fl-1 ta' Lulju 2005. IL-VJAĠĠ SPIRITWALI TA' FR JOHN Fr John huwa wieħed minn sitt eżorċisti f 'Malta, u l-vjaġġ tiegħu fuq din il-missjoni beda b'mod li jfakkarna li l-fidi mhijiex sempliċi kif tidher. Huwa jirrakkonta kif kien iltaqa' ma' persuna li bdew jiġru warajh is-satanisti. Hu spjega kif dan ir-raġel kien jipprattika sport fejn dan li kien jittħarrġu kien satanist u b'hekk beda jipprova jiġbdu miegħu. Minn dan il-każ, Fr John beda l-kuntatti tiegħu mal-Kummissjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu. Huwa kompla jispjega kif is- satanisti jiltaqgħu b'mod speċjali fil-Ġimgħa l-Kbira billi jiċċelebraw il-quddiesa s-sewda (il-black mass) u jagħmlu festa kbira għaliex huma jimxu fuq il-filosofija ta' Nietzsche li tgħid li Alla miet, u minħabba dan huma ma jaċċettawx il-jum tal- Irxoxt. Għalihom din il-ġurnata hija daqqa ta' ħarta. Fr John semma wkoll l-iktar żewġ spirti ħziena komuni, li huma Jezebel, li hija l-ispirtu tal-aggressivià u Asmodeus li huwa l-ispirtu tas- sesswalità. Maż-żmien skopra wkoll kif jitlob fuq persuni li jkunu missew man-New Age. Din hija firxa ta' prattiċi u għarfien spiritwali jew reliġjuż li tkabbret b'rata rapida fis- soċjetà tal-Punent matul l-ewwel snin tas-sittinijiet. Il-kostruzzjoni tagħha hija eklettika ħafna u mhux sistematika, li tagħmilha diffiċli li tingħata definizzjoni eżatta. Għalkemm ħafna akkademiċi jikkunsidrawha bħala moviment reliġjuż, l-aderenti tagħha tipikament jarawha bħala spiritwali jew bħala unifikazzjoni tal-Mind-Body-Spirit. Din il-prattika, l-eżorċist qalilna li tista' tiaħ iċ-chakras li huma s-seba' punti prinċipali fil-ġisem li jistgħu jiġu attakkati minn kull spirtu ħażin, sakemm dawn ma jingħalqux bit-talb. Dawn il-punti huma: il-moħħ, it-tielet għajn (bejn l-għajnejn), il-gerżuma, il-qalb, l-istonku, iż-żaqq u ċ-ċirkonferenza tar-riproduzzjoni. Fr John jgħid li biex dawn jingħalqu hu jgħid lil persuna li jkun qed jagħmel it-talb fuqha biex tpoġġi idha fuq dawn il-punti, u hu jpoġġi jdejh fuq id il-persuna, u jitolbu flimkien. Spjegalna kif dan huwa l-process ta' ħelsien minn spirti li jkunu daħlu f 'dawn is-seba' punti fil-ġisem. KAŻIJIET U ESPERJENZI PROFONDI Iżda x'jiġri meta Fr John jiltaqa' ma' każ li jħalli marka fuqu? Hemm każijiet li jistgħu jkunu diffiċli biex jintemmu, jew li jħallu effett profond fuq il-ħajja spiritwali u emozzjonali tiegħu? Hu qal li ma tantx iħobb iħalli dawn il-każijiet jaffettwawh b'mod emozzjonali għax jemmen li persuna ma tistax teħel f 'punt fil-passat imma trid tibqa' dejjem għaddej. Iżda semma xi każijiet li baqa' jiakar, fosthom, każ ta' mara fejn din ma setgħetx tinħeles minħabba li ma bdietx tikkopera miegħu, u wisq anqas il-familja tagħha. Irrakkonta kif kellhom ikellmu lill-Arċisqof ta' dak iż-żmien u dan ġab eżorċist Ingliż. Semma wkoll kif waqt waħda mis-sessjoni tat-talb ma' din il-mara, "qabdet titkellem ħażin u tobżoqli d-demm", iżda qal ukoll li xi ħaġa impressjonanti kienet li malli tlesta t-talb, id- demm sparixxa minn fuqu. Każ ieħor li semma kien dwar mara oħra. Din kienet inkwetata fuq it-tifla tagħha minħabba l-fatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025