MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 07 ... waqt waħda mis-sessjonijiet tat-talb ma' din il-mara, "qabdet titkellem ħażin u tobżoqli d-demm", iżda qal ukoll li xi ħaġa impressjonanti kienet li malli tlesta t-talb, id-demm sparixxa minn fuqu Magħluqa: L-Eżorċiżmu f 'Malta li xi drabi kienet tintefa' tgħajjat mal-art, bla raġuni ta' xejn. Wara li persuna resqithom għand Fr John, hu spjega kif l-ewwel ħaġa li jagħmel hu meta jara jekk hemmx xi tip ta' possessjoni minn xitan. Hu jsaqsi jekk qattx kien hemm xi diżgwit ma' xi familjari, biex b'hekk jara hemmx xi seħta. Minn dal-każ kien irriżulta li din kienet eżattament il-problema. Hawnekk huwa qalilna wkoll li jekk is-saħta ma tiġix imwaqqfa permezz ta' talb, din tista' tintiret għal madwar seba' ġenerazzjonijiet. Meta niddiskutu dan is-suġġett, wieħed bla dubju jaħseb fil-films li juru dan, u għalhekk ma stajtx ma nistaqsix jekk qattx kellu xi każ simili bħalma juru fuq it- televiżjoni. Hu jgħid li dawn f 'Malta mhumiex komuni ħafna iżda jirrakkonta kif darba kien ma' Fr Hugh Cremona, kienu qed jitolbu fuq raġel li kien ippossedut, u malli bdew it-talb, dan ir-raġel beda jissielet biex iqum u ried li jwaddab barmil lil Fr Hugh. IL-ĦIDMA TA' FR JOHN BĦALA EŻORĊISTA F'MALTA: IS-SAGRIFIĊĊJU, U R-REALTÀ Qabel ma jibda l-proċedura tal- eżorċiżmu, jgħid li l-ewwel ikun irid jisma' l-persuna titkellem fuq x'qed tħoss biex ikun jista' jiem għala l-persuna qed tħossha b'dan il-mod u jiem aħjar l-istorja tagħha. Apparti dan, Fr John jieħu ħin biex jipprepara ruħu, kemm spiritwalment, kif ukoll fiżikament, billi dejjem jagħmel ċert li jitlob. F'Malta, fejn il-fidi hija ħajja u t-tradizzjonijiet huma qawwija, il-kunċett tas-sataniżmu jista' jidher bħala wieħed imbiegħed. Imma kemm hu komuni dan il- fenomenu? Hemm żoni jew żmien partikolari fejn jingħad li jsiru dawn ir-ritwali? Fr John jaqsam il-fehma tiegħu dwar dan billi qal li dal-kunċett huwa komuni iktar milli wieħed jaħseb. Kompla billi żied li r-ritwali jsiru kull meta jkun hemm qamar kwinta, fil- Ġimgħa l-Kbira, f 'għeluq snin ċerti saċerdoti, kif ukoll b'mod speċjali fil-jum tal-ordinazzjoni. Dan ix-xogħol, li jista' jkun wieħed diffiċli u ta' responsabbiltà kbira, jħallih iħossu għajjien għaliex ikollu jagħti ħafna minn ħinu. Spjega kif qabel kien ġieli jagħmel sa nofsillejl jara n-nies, iżda llum il-ġurnata anke ħabba saħħtu – li milli qal kellu jgħaddi wkoll minn bypass – naqqas il-ħin u sar idum jara n-nies sat-tmienja ta' filgħaxija. Meta mistoqsi fuq kemm il-persuna bejn wieħed u ieħor għandu, hu sostna li bħalissa hemm erbgħin persuna fuq il-lista jistennew biex idaħħalhom għal appuntament, apparti dawk li jara ta' kuljum u dawk li ġieli jkollu jara b'urġenza. IL-PARIR TA' FR JOHN Fl-aħħar nett, Fr John jagħti parir finali lill-pubbliku. Hu jwissi li rridu nżommu bilanċ u noqogħdu attenti kif nitkellmu u kif inġibu ruħna. Żied jgħid ukoll li dejjem irridu noqogħdu attenti ma' min nagħmluha, kif ukoll qal li rridu nkunu konxji tal-infern imma ma nkunux skjavi tax- xitan. Hu spiċċa billi qal dawn il- kliem "Alla jtik id-dinjità filwaqt li x-xitan joħodhielek." L-eżorċiżmu mhux biss huwa proċess ta' ħruġ mill-ħażen, iżda wkoll wieħed ta' fidi, tama, u reżiljenza. Fr John, permezz tal- esperjenza tiegħu, jagħtina ħarsa lejn din il-ġlieda li, għalkemm misterjuża, hija waħda li tgħaqqad lil kulħadd – kemm jekk niakru fiha, kemm jekk le. Kemm huwa preżenti dan il-qasam f 'pajjiżna? X'inhuma l-veritajiet madwaru? Dan huwa suġġett li għadu jqanqal ħafna diskussjoni u jista' qatt ma jkollu tweġiba waħda. KITBA U INTERVISTA: JAELLE BORG Fr John Vella waqt l-intervista ma' Jaelle Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025