Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
illum • IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 Il-vjolenza kontra l-uffiċjali tonqos ... iżda fl- istess ħin jiżdied it-tgħajjir u t-theddid kontrihom SEAN FENECH Minkejja perċezzjonijiet ta' soċjetà li kulma jmur qed issir iktar vjolenti, jidher illi l-inċidenti ta' vjolenza fiżika fuq l-uffiċjali tal-pulizija qed tonqos. "Dawn il-figuri jikkonfermaw ukoll l-impatt pożittiv tal-introduzzjoni tal-bodycams," qal il-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fi tweġiba li ta għal mistoqsija parlamentari. Il-mistoqsija ġiet magħmula mill- Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ fejn staqsiet lill-Ministru biex jagħti n-numru ta' inċidenti ta' aggressjoni fuq il-pulizija mill- 2014 sal-ġurnata li tiġi mwieġba l-mistoqsija. Fit-tweġiba tiegħu, il- Ministru ta biss figuri li jkopru sal-2017, jiġifieri ma weġibx il-mistoqsija interament. Minkejja dan, l-in- formazzjoni li pprovda xorta turi xejra pożittiva fejn jidħol in-numru ta' drabi li ġew ag- grediti l-pulizija — kemm fiżikament, kemm verbalment, u kemm f 'modijiet oħrajn. IL-VILIFIKAZZJONI U L-VJOLENZA JONQSU Xejra pożittiva li ħarġet mill- informazzjoni hija li n-numru ta' drabi fejn persuni ħebbew għall-uffiċjali tal- pulizija naqas ġmielu: minn 110 darbiet fl-2017 għal 28 darba fl-2024. Barra minn hekk, in-numru ta' drabi fejn uffiċjali tal-pulizija esperjenzaw vilifikazzjoni — meta xi ħadd jipprova jċappas ir-reputazzjoni ta' ħaddieħor permezz tat-tkażbir — naqas sew ukoll. Fil-fatt, in-numru ta' istanzi ta' vilifikazzjoni naqas għal disa' darbiet fl- 2024 minn 30 darba fl-2017. Ta' min jgħid li din ix-xejra ma seħħitx mil-lum għal għada imma bdiet tonqos bil-mod il-mod tul is-snin. Fejn tidħol il-vilifikazzjoni, it-tnaqqis kien iktar bil-mod, fejn naqas b'għaxar każijiet mill-2017 għall-2018 għal total ta' 20 każ. Kiber it fl-2019 għal 22 każ biex imbagħad reġa' naqas it fl-2020 għal 18-il każ. Żdied b'każ wieħed fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2021, u reġa' naqas għal 16-il każ fl-2022. Fejn tidħol l-aggressjoni fiżika, it- tnaqqis kien iktar mgħaġġel għax minn 110 każijiet fl-2017 naqsu għal 94 każ fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2018. Fit-tliet snin ta' wara dawn komplew jonqsu fejn kien hemm 66 każ fl-2019, 48 każ fl-2020, u 31 każ fl-2021. In-numru ta' każijiet imbagħad kiber bi it fis-sentejn ta' wara, fejn kemm fl-2022, kif ukoll fl-2023 in-numru ta' każijiet telgħu għal 36. Iżda mbagħad reġgħu naqsu għal 28 fl-2024. REŻISTENZA KONTRA L-ARREST TONQOS BI FTIT Għalkemm skont l-informazzjoni mogħtija mill-Ministru, ir-rata ta' reżistenza kontra l-arrest hija bejn wieħed u ieħor l-istess f 'termini ta' statistika, realment in-numru ta' drabi li l-pulizija esperjenzaw dir-reżistenza naqas. Dan għaliex, skont iċ-ċifri mogħtija, kien hemm tnaqqis mhux ħażin mis-sena 2017 fejn ġew irrekordjati 30 darba ta' reżistenza. It-tnaqqis kien minimu fis-sentejn li ġew wara, fejn ġew irrekordjati 29 darba fl- 2018 u 27 darba fl-2019. Ovvjament, din iċ-ċifra naqset sew fl-2020, li kienet is-sena tal-COVID, fejn ġew irrekordjati biss 17-il inċident ta' reżistenza kontra l-arrest. Dan in-numru kiber f 'salt fl-2021 tant li l-pulizija esperjenzaw 28 każ ta' reżistenza. Fis-sena ta' wara mbagħad il-każijiet ta' reżistenza tnaqqsu sew, fejn kien hemm biss 14-il każ fl-2022. Dawn imbagħad żdiedu għal 20 fl-2023 u 19 fl-2024. IT-TGĦAJJIR U T-THEDDID JIŻDIED Iżda fejn jidħlu tgħajjir u theddid esperjenzati mill-pulizija, dawn ħadu xejra bil-kontra: żdiedu b'mod sinifikanti flok tnaqqsu. Fil-fatt, minn każ wieħed biss fl-2017, dawn telgħu għal 58 każ fl-2024. Dawn telgħu għal tliet każijiet fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2018. Iżda jidher li kien hemm qabża kbira li saret fis-sena tal-COVID, jiġifieri fl- 2020, fejn minn erba' każijiet fl-2019 ġew irrekordjati 34 każ. Minn dik is-sena 'l hawn, in-numru ta' każijiet ta' tgħajjir u theddid kontra uffiċjali tal-pulizija kompla jikber, fejn anka fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2021, kien hemm 43 każ. Fl-2022, in-numru kiber għal 45, waqt li mbagħad naqas bi it fl-2023 għal 41 każ. Iżda mbagħad, fl-2024, dan reġa' kiber ġmielu għal 58 każ. Byron Camilleri