Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
intervista IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum 06 Metsola fuq il-politika ta' Robert SAVIOUR BALZAN: INTI BĦALISSA GĦADDEJJA MINN PERJODU, LI AĦNA BĦALA ĠURNALISTI NSIBUH EĊITANTI. EĊITANTI FIS-SENS GĦAX HEMM ĦAFNA FUQ XIEX TIKTEB. GWERRA FL-UKRAJNA, IL-GWERRA BIERDA MAL-AMERKA, L-ISFIDI TAL-EWROPA, IL-LVANT NOFSANI, IL-MIGRAZZJONI ... DAWN HUMA MUMENTI STORIĊI, IŻDA MUMENTI DIFFIĊLI, JIĠIFIERI HEMM L-ADRENALINA INĊERTAMENT, IMMA GĦALIK HUWA MUMENT TA' SFIDA? MUMENT LI QED ISSIB EĊITAMENT BIEX TKUN HAWN JEW MUMENT TA' BIŻA'? X'INHU S-SENTIMENT TIEGĦEK? Roberta Metsola: Naħseb meta ġejt f 'din id-dar, f 'dan il-Parlament, kważi tnax-il sena ilu, qas qatt ma kont nemmen, jew noħlom li xi darba kien ħa jkolli din ir-responsabbiltà. La dħalt fiha, it iżjed minn tliet snin ilu, xejn ma kien jgħaddili minn moħħi li it ġimgħat wara kienet ħa tfaqqa' gwerra. Dak iż-żmien kien żmien il-COVID. Konna qed ngħidu issa l-Ewropa ħa tibda fuq rotta ta' stabbiltà, ta' tisħiħ tal-ekonomija. Ħdimna ħafna fuq livell Ewropew. Ftit xhur wara, sfida oħra u llum tista' tgħid ma tgħaddix ġurnata qabel ma jkollok sfida ġdida. Nemmen li aħna bħala politiċi Maltin ... u hawnhekk nagħti krettu l-fatt illi aħna kif nagħmlu l-politika u kif jiena spiċċajt hawnekk qisha tagħtina biex naħdmu biex inkunu f 'pożizzjoni li nistgħu titfi nar hemm, titfi nar ieħor, kuljum b'dik il- ħaġa, u l-iktar ħaġa li jiena nipprova nżomm f 'moħħi – u din nagħmilha kull filgħaxija qabel ma norqod – ngħid illum jien kemm ilqajt l-isfidi jew imxejt ukoll fuq il-viżjoni li din l-istituzzjoni għandha timxi. Jekk waħda tegħleb lill-oħra ngħid għandi bżonn niffoka iżjed, għaliex jekk hemm xi ħaġa li jiena lili żżommni għaddejja huwa li inti tkun mexxej u mhux titmexxa. Dik hija xi ħaġa li jiena nemmen fil-politika, ngħixha kuljum. Mhix faċli li inti tmexxi istituzzjoni ta' kważi 8,000 ruħ, imma l-kostitwenza tiegħi, kemm Malta, kif ukoll hawnhekk, hija waħda li nieħu ħsiebha u naħdem fuqha għaliha kuljum. INTI SEMMEJT META DĦALT HAWN ĠEW LI OVVJAMENT KONT TAF GĦAL XIEX DIEĦLA. BĦALA PRESIDENZA, KONT TAF X'INHUMA L-ISFIDI TAL- UNJONI EWROPEA, TAL-PARLAMENT EWROPEW, U F'DAQQA WAĦDA JINQALGĦU DAWN L-ISFIDI ĠODDA; IL-GWERRA ... U DIN MHUX GWERRA 'L BOGĦOD MINNA, QIEGĦDA VIĊIN TAGĦNA, LI KELLHA IMPATT INKREDIBBLI FUQ L-EKONOMIJA, L-INFLAZZJONI, EĊĊ. IR-REALTÀ HIJA R-RAĠUNI IMPORTANTI GĦALFEJN IL-PROĠETTI SOĊJALI, IL- PROĠETTI AMBJENTALI, TANT HEMM AFFARIJIET LI JIKKONĊERNAW IX- XOGĦOL TAL-PARLAMENT EWROPEW U F'DAQQA WAĦDA MHUX SARU SEKONDARJI IMMA ĠEW DOMINATI MINN DISKUSSJONI DWAR DIN IR-REALTÀ ĠDIDA. MORNA LURA? INTFAJNA LURA? JIĠIFIERI ANKE L-FATT, L-ESPANSJONI TAL-UNJONI EWROPEA, MEMBRI ĠODDA, L-ISSUES TAL-MIGRAZZJONI, IL-MEDITTERRAN ... F'DAQQA WAĦDA GĦANDNA DIN L-ISFIDA KBIRA. MORNA LURA? INTFAJT LURA? INTI SEMMEJT LI TKUN TRID TKUN IFFUKATA, TISTA' TKUN IFFUKATA FUQ AFFARIJIET OĦRA? Naħseb li m'għandix għażla, jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li forsi minn dawn il-kriżijiet kollha tista' tieħu bħala xaqq ta' dawl huwa li l-Unjoni Ewropea llum għandha, tista' tgħid għandek triq waħda u trid tikber, trid issalva, trid tibqa' magħquda. Dawn l-isfidi jagħtuk in-neċessità li tieħu deċiżjonijiet b'ħafna aktar pass mgħaġġel. Jiġifieri llum, f 'dan il-Parlament, il-mod u l-pass li bih nieħdu d-deċiżjonijiet huwa ħafna iżjed mgħaġġel minn kif kien qabel. Jiġifieri jiena meta writt din l-istituzzjoni, ridt istituzzjoni li ddum ħafna. L-average age hija ħafna ikbar. Iżjed għandek l-instint li ma tagħmilx xi ħaġa milli tagħmilha u jekk hemm xi ħaġa li jien dejjem emmint huwa li bħal kull ħaġa oħra, u nistgħu nitkellmu fuq il-politika Maltija, f 'dan ir- rigward jew tinbidel jew ma tinbidilx. Jekk ma taddattax, jekk inti tistrieħ dejjem fuq it-templates tal-passat, istituzzjoni bħal din, Parlament bħal dan ma jistax isalva. Issa f 'Ġunju li għadda, iċ-ċittadin Malti u Għawdxi bħal kull ċittadin Ewropew qalilna li għandu bżonn rotta differenti fuq kif għandna nissalvagwardjaw l-industrija, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tas-sigurtà, fil-qasam ta' kif għandna nipproteġu lilna nfusna. Fuq dan kollu, id-deċiżjonijiet li aħna nieħdu rridu nitgħabbew b'responsabbiltà u nirrispondu għal dak li saqsewna. Jiġifieri kuljum aħna nqumu b'sett ta' requests. Issa tista' tkun membru tal-Parlament Ewropew u ma tagħmel xejn imma tista' tkun membru tal-Parlament Ewropew, jew fil-każ tiegħi politikanta li jiena tgħabbejt bid-deċiżjoni u r-responsabbiltà tal-Maltin u Għawdxin, li kuljum inti ssarraf dik il-fiduċja f 'deċiżjonijiet li tkun ċara fuqhom jiġifieri tiddefendihom. Jekk inħares lejn il-politika Maltija, speċjalment lejn il-Gvern Malti u r-regoli li xi kultant jinqalbu, xi kultant skont xi tkun qalet Roberta Metsola biex tagħmel eżattament l-oppost, dik għalija assolutament ma naqbilx magħha. Jekk jiena ħa nieħu deċiżjoni, ħa neħodha, ħa ngħid għalfejn neħodha, forsi jkun hemm min ma jaqbilx miegħi, imma għall-inqas jaf jien fejn qiegħda. Dik hija xi ħaġa li nagħmilha kuljum anke f 'din il- pożizzjoni. FHIMT X'INTI TGĦID. DWAR IL- POLITIKA LOKALI NIĠU GĦALIHA AKTAR TARD, IMMA ĦA NERĠA' NAGĦMEL MISTOQSIJA QASIRA. JIEN LI QED NGĦID HUWA LI BĦALISSA GĦANDNA SFIDI KBAR. ID-DIFIŻA HIJA DISKUSSJONI KBIRA BĦALISSA FL-EWROPA, IMMA LI QED NIPPROVA NGĦIDLEK HUWA L-PROĠETTI L-OĦRA LI TANT HEMM BŻONN, IL-POSTIJIET FL-EWROPA LI HEMM PROBLEMI KBAR TA' QGĦAD, IL- LVANT TAL-ĠERMANJA, PARTIJIET MINN SPANJA EĊĊ. DAWN MHUX ĦA JKUNU TA' PRIJORITÀ? Naħseb iktar żdied ix-xogħol, jiġifieri jekk ħa nitkellmu dwar il-faqar, jekk ħa nitkellmu dwar in-nuqqas jew it-tnaqqis fl- aċċess għas-saħħa, jekk aħna qed nitkellmu dwar l-intelliġenza artifiċjali, kif ħa tbiddel id-dinja minn kif nafuha, jekk ħa nitkellmu fuq l-edukazzjoni, kif irridu nbiddlu kompletament kif nedukaw lit-tfal tagħna, jekk inħarsu lejn il-postijiet tax-xogħol li int dak li qed tistudja llum u x'se tagħmel, se jinbidel kompletament. It-target ambjentali aħna qed naraw issa l-industrija, il-businesses, pajjiżi bħal tagħna, jistgħu jilħquhom u jekk ma jistgħux kif se nassiguraw li aħna ma nitgħaffġux bħala pajjiż? Dan kollu jibqa' prijorità tagħna. Li nista' ngħidlek ukoll imma li fejn qabel forsi kien hemm aktar pajjiżi li jgħidulek jien ħa mmur għal rasi, pereżempju meta r-Russja invadiet lill-Ukrajna, l-ewwel ħaġa li tkellimna hija minn fejn ħa nġibu l-gass, jiġifieri l-elettriku f 'pajjiżna kif se jiġi ġġenerat. Kien hemm pajjiżi li kellhom jeqilbu minn ġurnata għal oħra. Illum il-filosofija hija differenti u anke t-tmexxijiet eletti huma differenti għaliex huma mhux biss politiċi bl-ideoloġija tagħhom imma huma wkoll crisis managers. Jiġifieri kif inti tkun tista' tlaħħaq ma' kriżi wara kriżi kuljum turi jekk intix leader jew follower, issa tista' tara kull Prim Ministru u tilħaq il-ġudizzju tiegħek imma jiġifieri hemm differenza kbira bejn dawk li jagħrfu li jridu jieħdu deċiżjonijiet diffiċli jew bejn dawk li jgħidu ħa nipposponiha, ħa jeħodha ta' warajja. INTI FID-DISKORSI TIEGĦEK, GĦALL- INQAS DAK LI RAJT JIEN, KONT ĊARA ĦAFNA FUQ IL-BŻONN LI L-EWROPA TKUN KAPAĊI JKOLLHA STRUTTURA TA' DIFIŻA FID-DAWL TA' DAK LI NTQAL JEW INKELLA L-MESSAĠĠI ĊARI JEW INQAS ĊARI MIN-NAĦA L-OĦRA TAL-ATLANTIKU. QED NITKELLEM GĦAL OVVJAMENT L-AMERKA. INTI KONT ĊARA. GĦANDNA BŻONN NARAW X'INHUMA L-BŻONNIJIET TAL-EWROPA U NIEĦDU DEĊIŻJONIJIET U DAWN, QED NITKELLEM FUQ ID-DIFIŻA, FUQ AFFARIJIET MARBUTIN MAD-DIFIŻA. KEMM TAĦSEB LI HEMM CONSENSUS DWAR DAN? U KEMM TAĦSEB LI L-EWROPA ĦA TKUN KAPAĊI TQUM GĦALL-OKKAŻJONI? KIEN HEMM KRITIKA FUQ IL-FATT LI L-EWROPA BAQGĦET LURA F'DAK LI GĦANDU X'JAQSAM MAT-TEKNOLOĠIJA, MAL- INDUSTRIJA. IL-MISTOQSIJA TIEGĦI ... L-EWROPA KAPAĊI TQUM GĦALL- OKKAŻJONI? L-Ewropa m'għandhiex għażla. Jekk tħares lura għal dak li għaddejna minnu, mill- 80's 'l hawn jiġifieri dawk id-decades ta' peace dividend, jiġifieri li inti kellek il-paċi fl-Unjoni Ewropea li stajt tibqa' għaddej, L-ewwel parti minn intervista twila li għamel Saviour Balzan lil Roberta Metsola meta ltaqa maghha fl-uffiċċju tagħha fi Brussels