MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 07 Robert Abela u x-xogħol tagħha kien hemm pajjiżi li naqqsu ħafna fl-ispejjeż tad-difiża u llum qed jagħrfu li m'għandhomx għażla ħlief li jżidu ħafna dawk l-ispejjeż. Għalfejn? Għax l-amministrazzjoni Amerikana, togħġobni jew ma togħġobnix, hija waħda differenti ħafna minn ta' qabel. Jiġifieri issa għandek amministrazzjoni li hija waħda ta' bringsmanship, waħda ta' high risk brings high reward u aħna rridu nadattaw. Mhux billi nippritkaw, mhux billi ngħidu isma' ara x'għamlu. Fl-aħħar mill- aħħar il-poplu Amerikan għażel benezzjoni b'riżultat ċar lil din l-amministrazzjoni. Issa aħna x'se nagħmlu? Għandna żewġ għażliet. Jew li nkomplu nitqabdu bejnietna, jew li nkomplu nwaħħlu f 'xulxin, jew ħa ngħidu isma' aħna għandna għażla li nistgħu nkomplu għaddejjin mingħajr ma nkunu ċerti li jekk l-affarijiet imorru għall- agħar dak li għandna f 'investiment fis-sigurtà ... u meta nitkellmu fuq id-difiża mhux qed nitkellmu biss fuq equipment militari. Qed nitkellmu dwar cyber security. Qed nitkellmu dwar kemm ikollna satelliti fl-ispazju biex aħna jkollna infrastruttura li taħdem. Qed nitkellmu dwar investiment fl-agrikultura biex ikollok food security, pereżempju fl-Unjoni Ewropea. Qed nitkellem dwar infrastruttura bejn pajjiżi u oħra, pereżempju bejn il-Ġermanja u Franza f 'termini ta' railways. Ħafna affarijiet li kull meta tgħaqqadhom flimkien u tħares illum lejn ix-xenarju quddiemek, tgħid, l-Ewropa ma nefqitx biżżejjed, jew l-Ewropa żgur li jekk xi ħaġa se ssir, ħażina ma tistax, standing on its own two feet illum. Issa x'ħa nagħmlu? Minflok nitqabdu, ngħidu x'nistgħu nsibu bħala soluzzjoni? Unanimità hemm, jiġifieri, jekk tħares lejn id- diskussjonijiet bejn il-prim ministri kollha, jekk tħalli f 'ċertu punt, fir- rigward tal-Ukrajna, il-pożizzjoni tal-gvern tal-Ungerija, jiġifieri Orban, il-bqija, inkluż Malta, biex inkun ċara, hemm unanimità bejniethom li inti għandek iżżid l-ispejjeż fid-difiża. Spjegaha kif trid id-difiża, imma inti meta tidħol fil- Kunsill, tara li kull prim ministru, inkluż il-Prim Ministru Malti jgħid iva bilfors irridu nonfqu fuq id- difiża. Issa r-retroxena nafuha u hu dieħel jgħid ara jien ta, mhu ħa nonfoq xejn. Imbagħad jidħol u jgħid iva għal kollox, jinżel Malta u jgħid 'aw jien ma nfaqt xejn ta, lanqas ċenteżmu wieħed. Imbagħad għandu petrol boat li tiswa 50 miljun ewro, naraw li l-ispiża tad-difiża lokali f 'għaxar snin irduppjat. Nista' ntik eżempju wara eżempju, jiġifieri deċiżjoni, proposta tal-gvern li aħna nissieħbu fil-Parlament Reassambley tan- Nato pereżempju li saret, u tad- daħq li d-diskussjoni fil-Parlament Malti kienet ta' 69 sekonda, jiġifieri it aktar minn minuta, dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb fil- Parlament Reassambley tan-Nato. Din ma ngħiduhiex, imma alla jbierek imbagħad kull nhar ta' Ħadd quddiem xi każin partikolari tal- Partit Laburista, il-Prim Ministru jinfexx f 'attakk sempliċement għax Roberta Metsola tkun qalet li, li ninvestu fis-sigurtà tagħna hija xi ħaġa tajba. ĦA NĦALLU DIN IL-BIĊĊA. MHUX SE NEVITAHA. ĦA NIĠI GĦALIHA DIN IL- KWISTJONI TA' MALTA, IMMA QABEL, GĦAX NIXTIEQ IKOLLI KONVERŻAZZJONI IKTAR MILLI DISKUSSJONI U INTERVISTA, KONVERŻAZZJONI LI NIFHMU EŻATTAMENT. IL- BIŻA', IT-THEDIDA REALI MIR- RUSSJA, HIJA ESAĠERATA? HIJA MMANIPULATA MILL- MEDIA? HIJA MMANIPULATA MILL-POLITIĊI JEW HIJA REALI? GĦAX DAN KOLLU, HUWA BBAŻAT FUQ IL-FATT LI AĦNA QED NILTAQGĦU MA' SFIDA REALI TA' RUSSJA MMEXXIJA MINN PERSUNA LI JIDHER LI M'GĦANDUX L-ISTESS ĦSIEB RAZZJONALI BĦAL MIN QIEGĦED FUQ IL- PUNENT. VERA JEW LE? QED NIMMAĠINAW? QIEGĦDA MMANIPULATA? JEW HIJA REALTÀ DIN? Ħa nfakkrek. Tliet snin ilu, meta fl-ewwel ġranet tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, u importanti li ngħiduha, li inti għandek pajjiż li invada lill-ieħor. Din mhux gwerra bejn pajjiż u ieħor. Din pajjiż li invada lill-ieħor. U dak iż-żmien konna għedna dak li għadna nistgħu nibqgħu ngħidu llum. Li inti, jekk ħa tinvadi pajjiż, hux b'mod illegali, b'mod mhux provokat, u b'mod mhux iġġustifikat, fl-Unjoni Ewropea, dika mhix aċċettabbli. Inti għandek pajjiżi li huma ġirien tar-Russja, li kienu ilhom jgħidulna 'l fuq minn ħmistax-il sena, isma' meta jkollok ehim mar-Russja, dak il-pajjiż ma jsegwihx il-ehim. Jiġifieri jekk tħares lura inti għandek kważi 25 eżempju ta' meta kien hemm, pereżempju, arranġament jew ehim li sar ma' dak il-pajjiż li nkiser 25 darba. Fil-bidu tal-gwerra, kien hemm min qal isma' fi tlett ijiem l-Ukrajna se tgħid isma' I surrender. Sal- lum għadhom qed jiġġieldu. Jien u int morna flimkien l-Ukrajna, u tiakar li kien hemm is-sireni fid-9 ta' Mejju għaliex kien hemm attakk dak il-ħin meta konna hemmhekk. Tiakar ukoll li kien hemm min qal dan mhux veru. Hemm ukoll gwerra ta' propoganda u informazzjoni kbira f 'ċerti pajjiżi fejn il-propoganda Russa qed tgħid isma' din mhux vera, l-Ukrajna m'għandha qatt teżisti, l-Ewropa m'għandhiex teżisti, irridu niġġieldu l-Amerka eċċ. Jiġifieri din qatt ma telqet, qatt ma sparixxiet. Jiġifieri għalhekk aħna ngħidu pajjiżi ovvjament li huma viċin u qed jitkellmu dwar li qed jgħid isma' aħna l-miżuri li rridu nieħdu jridu jkunu tista' tgħid bilanċjati mat-theddida li hemm. U għalhekk hemm diskussjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej għaliex din il- gwerra hija fuq il-kontinent tagħna, Għalhekk hemm id-deċiżjonijiet tal-gvernijiet differenti li jibagħtu lis-suldati tagħhom biex jaraw kif se jgħinu u inkluż Malta issa, għax sirna nafu lbieraħ fuq kwistjoni, fuq domanda ta' Darren Carabott li Malta wkoll bagħtet fizzjal. Jiġifieri meta nitkellmu fil-kuntest tan-newtralità, ħa nitkellmu dwar l-investiment tad-difiża. Għalija huwa tajjeb li inti għandek l-armata tiegħek li qed tittrennja u li tista' tittrennja lil ħaddieħor, imma tarmihomx lil dawk l-elfejn suldat Malti kif għamel il-Prim Ministru. MA KIEN ILLI NDAĦĦAL MILL-EWWEL L-ARGUMENT MALTI IMMA MA NISTGĦUX NEVITAW OVVJAMENT DID- DISKUSSJONI. INTI ĠEJT IKKRITIKATA U MGĦAJRA WARMONGER, JIĠIFIERI XI ĦADD LI QISEK TABBRAĊĊJA L-GWERRA. U JIENA ĦA NIPPROVA NIFHEM. ISSA QED NITKELLMU QUDDIEM UDJENZA MALTIJA. IL- MALTIN TAĦSEB LI QED JIFHMU L-ARGUMENTI TIEGĦEK? QED JIFHMU T-THEDDIDA REALI U L-IRWOL TAGĦNA FEJN GĦANDNA NKUNU? GĦAX JIEN OVVJAMENT NISTA' NESPRIMI L-OPINJONI TIEGĦI, IMMA MHUX F'POSTI LI NESPRIMI L-OPINJONI TIEGĦI. Naħseb li hu żgur, u huwa ċar iktar mill-kristall, huwa li l-unika persuna Maltija li qatt ivvutat fuq livell Ewropew biex tiżdied l-ispiża fuq id-difiża kien Robert Abela f 'Kunsill Ewropew wara ieħor. L-uniku persuna Maltija li qatt poġġiet fid-dubju n-newtralità ta' Malta kien Robert Abela, hawnhekk it metri 'l bogħod minn fejn qegħdin aħna. Fit-3 ta' Frar – u ħa nikkwotah għax tajjeb li nikkwotaw issa la qed jkollna konverżazzjoni. "Nemmen li l-qari tal-kostituzzjoni tagħna fejn jitħabbed dwar in- newtralità u non alignment huwa wieħed riġidu u partikolari. Naħseb li din tkun diskussjoni interessanti li jien nixtieq nieħu 'l quddiem mal- poplu tagħna." Issa fuq is-Super ONE din ma tarahiex. Kull nhar ta' Ħadd fost il-ħafna għajjat quddiem il-każini tal-Labour ma tarahiex, imma naħseb li dak li ġara huwa li eżatti kif qal hekk il-Prim Ministru, dan qajjem panik fost il-militanti Laburisti u qaluli isma' għid xi ħaġa oħra. ID-DISKORS TIEGĦU ĠIMGĦA WARA ĠIMGĦA MBAGĦAD KIEN DIFFERENTI. Ġurnata wara ġurnata, jiġifieri jekk tgħidli spjegali x'qed jgħid illum, ngħidlek ħa naraw għax sakemm joħroġ dal-programm min jaf kemm-il darba ħa jbiddel il-verżjoni tiegħu. Jiġifieri aħna qegħdin f 'sitwazzjoni fejn jekk naqblu fuq xi ħaġa, jiġifieri jekk inti temmen li trid tappoġġa lill- Forzi Armati tiegħek, jekk inti se tixtri petrol boat ta' 50 miljun ewro mill-fondi tal-Ewropa biex tgħin lis-sajjieda tiegħek, jekk inti taqbel li pereżempju jekk inti għandek dar, bħalissa, jumejn ilu kont Malta u kulħadd qed jitkellem dwar grupp ta' nies li qed jidħlu fid-djar, jiġifieri hemm ħafna serq, in-nies qed jibżgħu jħallu t-tfal tagħhom, iħallu d-dar vojta u qed jinvestu f 'kamera u security u hekk. Jiġifieri l-argument ta' Robert Abela, fil-konfront ta' dak kollu li ngħid jien huwa le, le, tonfoqx fuq kameras ta għaliex jekk inti se tpoġġi l-kamera fuq il-faċċata tad- djar trid tmur għall-gwerra. Jiġifieri jiena nħalli l-ġudizzju lejn kull min qed jara kif qed jitkellem il-Prim Ministru, lejn kif għandu fissazzjoni kif meta ngħid xi ħaġa jien irid jgħid kompletament l-oppost, meta fil-fatt naqblu, hemm bżonn, li hija xi ħaġa tajba li aħna ngħinu lis- suldati tagħna, li ma narmuhomx. Għandek elfejn familja li tgħidlek li l-commander, ic-chief tagħna remiena. Jekk aħna rridu ninvestu fis-cyber security, jekk aħna rridu nassiguraw li s-sistemi tagħna huma siguri, mhux ovvja li rridu ninvestu! Jiġifieri dak ifisser li jiena favur il-gwerra? F'ġieħ il-Bambin! INTI GĦIDTHA – U ĦA NIKKWOTALEK – INTI QED TGĦID FISSAZZJONI FUQ DAK LI QED TGĦID ROBERTA METSOLA. JIĠIFIERI INTI QED TGĦID LI R-REAZZJONI TIEGĦU HIJA MINĦABBA FIK? DAK LI QED TGĦID? Inti x'taħseb? Iaħ is-Super ONE kuljum. Ħadd wara Ħadd, gidba wara oħra. Issa jiena jekk tħares ukoll, għax dan ilu, billboards, ilhom snin, u b'idejja miksijin bid- demm u qas naf x'għamlu. Jiġifieri l-impatt ma nħassx. Jiġifieri jew jiena, jekk tara r-riżultat, in-numri, jiena nissoponi li għandu n-numri li għandi jiena li l-argument tiegħu mhuwiex qed jaħdem, li n-nies ta' madwaru qed jinkwetaw daqskemm fuq il-fatt li huwa dgħajjef u li mhuwiex konsistenti u allura jipprova jattakka. Jiena ma naħsibx li qed taħdem. Inħalli lin nies jiġġudikaw. Naħseb jien, ir-risposta li taw f 'Ġunju li għadda kien wieħed ċar wara xhur ta' attakki sfrenati. Jien inkompli nagħmel dak li nagħmel u nagħmlu b'idejja fuq il-kuxjenza u ngħid jien illum qed niddefendi? Qed naħdem għall-poplu Malti u Għawdxi li fdani b'din ir-responsabbiltà? Jiena nemmen li iva, qed nagħmel li nista' nagħmel għalihom u li nirrispondi għal dak li jixtiequ mingħandi. It-tieni parti tidher fil-ħarġa li jmiss tal-gazzetta Illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 April 2025