MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, l-istess Taurus se jkun il-waqt ta' riflessjoni sabiex tkun tista' tirrifletti aktar fil-fond il-pass li se tkun qed tieħu. Agħraf b'għaqal biss. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Gemini se jkun il-waqt għal dik il-motivazzjoni sabiex titkattar aktar enerġija fik u b'hekk twettaq it-tkattir tiegħek lejn l-istabbiltà. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tagħraf int min int. Ma tistax timxi aktar fuq dak li jgħidulek l-oħrajn iżda issa trid tasal temmen aktar fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Scorpio se jkun il-waqt biex tkun determinat ħalli tagħraf biżżejjed liema hi l-aħjar deċiżjoni li se tkun qed twettaq. Irrifletti sew. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Capricorn se jkun il- waqt ta' kuraġġ li għandek bżonn. F'dan il-mument trid timtela b'aktar kuraġġ sabiex ħajtek tkompli għaddejja. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' €7 GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għaż-żodjaku ta' Taurus – It-Tawr Mill-Ħadd 4 ta' Mejju sas-Sibt 10 ta' Mejju Il-Papa ġdid hu simbolu IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan il-mument ta' għażla, immarkat minn talb u dixxerniment, kien ukoll mument profetiku. Għalkemm il-votazzjoni hija sigrieta, l-osservaturi kienu qed janalizzaw l-oriġini tal-kardinali favoriti, l-età tagħhom, u l-viżjoni tagħhom għall-futur tal-Knisja. Din l-għażla kienet sfida: il- Kardinali se jkollhom isibu bilanċ bejn kontinwità fid-duttrina u ħtieġa għal rispons konkret għal sfidi bħall-migrazzjoni, il-kriżi ambjentali u l-inklużjoni soċjali. Il-Knisja llum hija globali b'mod bla preċedent. Il- maġġoranza tal-Kattoliċi m'għadhomx fl-Ewropa iżda fl- Amerika Latina, fl-Afrika u fl- Asja. Din il-bidla demografika wasslet għal pressjoni biex il- Papa l-ġdid jirrifletti aktar id- diversità u l-ħtiġijiet tal-Global South. F'dawn ir-reġjuni, il-fidi qed tikber, minkejja l-isfidi ta' faqar u kunflitt. Għal ħafna, il-konklavi kienu opportunità għall-Knisja li tħaddan aktar lil dawn il- komunitajiet. Papa Franġisku, sa mill-bidu tal-pontifikat tiegħu, ħadem biex jagħmel il-Kulleġġ tal-Kardinali aktar inklussiv u rappreżentattiv. Sal-2024, hu ħatar 133 kardinal elettur, ħafna minnhom minn pajjiżi fejn qabel ma kienx hemm rappreżentanza fil-Konklavi. Ezattament il-kardinali tal-Papa Frangisku jigu minn wieħed u sebgħin pajjiż. Ħafna minn dawn jiġu minn reġjuni marġinalizzati jew minn komunitajiet żgħar, u kellhom esperjenza pastorali qawwija aktar milli "karrieristi" fil-Kurja Rumana. Il-Konklavi tal-2025 se ikollu 135 kardinal elettur minn 71 pajjiż. Dawn huma maqsumin hekk: 53 kardinal mill-Ewropa, 23 kardinal mill-Asja, 18- il kardinal mill-Afrika, 16-il kardinal mill-Amerka ta' Fuq, 17- il kardinal mill-Amerika t'Isfel, 4 kardinali mill-Amerka Ċentrali u 4 kardinali mill-Oċeanja. Din il-kompożizzjoni globali tirrifletti l-ħsieb tal-Papa li jagħti vuċi lill-Knisja universali. Madankollu, djoċesijiet storikament influwenti bħall- Arċidjoċesijiet ta' Milan, Venezja, Parigi u Köln mhumiex se jkunu rappreżentati minħabba li l-Papa Frangisku ma kkreax lil- Arċisfqijiet rispettivi ta' dawn id- djoċesijiet kardinali. Dan kien sinjal ċar li l-piż storiku tal-Ewropa fil-Knisja qed jonqos, u li qed isir aktar spazju Il-Kardinal Għawdxi Mario Grech mal-Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 May 2025