Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024
Din il-proposta hija sejħa lil kull min jaħdem biex jemmen li jista' jkollu aktar minn dan il-pajjiż, li jista' jgħix aħjar u li għandu dritt jitħallas b'mod ġust għall-ħin tiegħu opinjoni IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 • illum 08 I mmaġina li tkun tista' taħdem sigħat żejda jew part-time u dak li taq- la' jibqa' kollu tiegħek. Mal-Partit Nazzjonalista dan ikun realtà. Dan hu l-pjan ċar u konkret tal-Partit Nazzjonalista biex jgħin lill-ħaddiem Malti u Għawdxi jerġa' jieħu n-nifs f 'din il-klima fejn ta' kuljum il-ħajja qed issir dejjem aktar diffiċli. F'Jum il-Ħaddiem, il-Kap tal- Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech ħabbar miżura kuraġġuża u meqjusa li se tħalli impatt dirett u pożittiv fuq eluf ta' ħaddiema u familji. Il-miżura hi sempliċi imma b'saħħitha: ebda taxxa fuq l-ewwel €10,000 li wieħed jaqla' minn sahra jew xogħol part-time. Fid-dawl tas-sitwazzjoni kerha li toħroġ mill-istatistika tal-Gvern stess, fejn qed jiżdiedu n-nies fil-periklu tal-faqar, fejn kull ġurnata hija battalja ġdida biex iżżomm il-livell tal-għejxien, fejn il- kera qed tiżdied, il-prezzijiet tal-ikel jogħlew u fejn il-familji jkollhom jiżnu x'inhuma l-bżonnijiet u s-servizzi essenzjali, din hija miżura li tagħti direzzjoni ġdida, realistika u konkreta. Miżura li b'mod immedjat il-familji jistgħu jibbenefikaw minnha. Din mhix xi wegħda fil-vojt, imma miżura mniżżla bħala parti minn pjan ekonomiku u soċjali b'saħħtu. Jekk illum hemm ħaddiema li jkollhom jagħmlu part-time jew jagħmlu sigħat ta' sahra, dan ikun għaliex m'għandhomx għażla oħra. Jekk hemm żgħażagħ li jixtiequ jaħdmu iżjed biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom, aħna ngħinuhom, aħna nippremjaw il-bżulija tagħhom. Illum, taħdem part-time u tħallas 10% fuq dak li taqla' sa €10,000. Min hu self-employed part-time jħallas ukoll 10% fuq dak li jaqla' sa €12,000. U jekk tagħmel overtime, tħallas 15% fuq l-istess ammont. Imma għal ħafna dan ifisser li mill- ftit li jkunu qed jaqilgħu biex ilaħħqu, il-Gvern jieħu l-ewwel biċċa hu. Il-proposta tal-PN tbiddel dan kollu. Bi tneħħija totali tat-taxxa fuq is-sahra u xogħol part-time sa €10,000 fis-sena, aktar flus jibqgħu fil-bwiet tan-nies. Din hija politika li permezz tagħha lin-nies qed ngħidulhom "nafu kemm qed taħdem, u se ngħinuk." Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti dan ir-rikonoxximent lill-ħaddiema ta' kull kulur u kull settur, mhux biss bi kliem sabiħ imma b'liġijiet u pjan konkret. Dan se jagħti spinta wkoll lin-negozji. Ħafna minnhom isibuha diffiċli biex isibu min jaħdem overtime. Ħafna ħaddiema jagħżlu xogħol part-time, għax jaqblilhom minħabba r-rata ta' taxxa iktar baxxa. Billi l-PN qed jipproponi li l-overtime u l-part-time jiġu intaxxati bl-istess mod, jiġifieri xejn, qed joħloq l-ekwilibriju meħtieġ biex ir-rota terġa' ddur b'mod ġust. B'hekk inkunu nistgħu nibnu Malta aktar ġusta u soċjali. Il-benefiċċji ta' din il- miżura huma prattiċi u immedjati: ninvestu madwar €30 miljun fis-sena iżjed fil- bwiet tal-ħaddiem. Dan huwa investiment dirett fil-familji tagħna, fl-ekonomija reali u f 'nies li llum qed jagħmlu żewġ u tliet xogħlijiet biex ilaħħqu. Aktar flus fil-bwiet tan-nies ifissru aktar moviment fl- ekonomija, aktar konsum u indirettament iktar dħul ieħor miċ-ċirkolazzjoni ekonomika. Dan mhux proġett iżolat. Il-miżura tifforma parti minn pjan akbar tal-PN biex iwieġeb għall-isfida reali tal-għoli tal- ħajja. Fosthom hemm it-tneħħija tat-taxxa fuq iż-żieda tal- għoli tal-ħajja (il-COLA), fond nazzjonali biex tittaffa l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni, u krediti ta' taxxa għall-intrapriżi biex ma jgħaddux żidiet fuq il- konsumaturi. L-effett huwa ċar: l-ekonomija ssir aktar ġusta u b'saħħitha u l-ħaddiem jerġa' jara li d-dinja tax-xogħol tiswa. Ma nibqgħux naraw sitwazzjoni fejn in- nies jaħdmu iktar u xorta ma jlaħħqux. Din hija politika li tagħtik ħajja b'dinjità. Il-Partit Nazzjonalista qed iressaq miżuri li jindikaw serjetà, kompassjoni u fehma reali tal-ħajja tan-nies. Għalhekk, din il-proposta hija sejħa lil kull min jaħdem biex jemmen li jista' jkollu aktar minn dan il-pajjiż, li jista' jgħix aħjar u li għandu dritt jitħallas b'mod ġust għall-ħin tiegħu. Din hija l-Malta li rridu. Malta li tagħti valur lil kull ħaddiem. Malta li tiftaħ it-triq biex il-familji jgħixu b'aktar stabbiltà. Malta li tgħid grazzi mhux biss b'ċapċipa imma b'paga li verament tagħmel differenza. L-ewwel €10,000 mis-sahra u x-xogħol part-time BLA TAXXA – Partit Nazzjonalista Il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti dan ir-rikonoxximent lill-ħaddiema ta' kull kulur u kull settur, mhux biss bi kliem sabiħ imma b'liġijiet u pjan konkret Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda kontra l-Għoli tal-Ħajja IVAN CASTILLO