Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024
13 arti u kultura IL-ĦADD 04 TA' MEJJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Shake, Rattle, & Roll: Il-festival 'Island Swing Dance Weekend' se jsir f 'Mejju Biex tiċċelebra l-għaxar anniversarju tagħha, nhar it-23 ta Mejju, is-St Paul's Metropolitan Orchestra se tesegwixxi il-kompożizzjoni ta' Maestro Mark Agius Lullaby for Birkenau – A Mass for Peace. Din ir-rappreżentazzjoni; li se titmexxa mill-kompożitur stess, se ssir fil-Katidral tal-Imdina u se tkun taħt il-patroċinju tal-Prinċep Sandor Habsburg Lothringen li huwa l-patrun ewlieni tal-orkestra. Din il-kompożizzjoni, oriġinarjamnent kellha tittella fil- Katidral ta' San Ġwann f 'Varsavja fil-Polonja, imma dan il-ħsieb kellu jitwarrab minħabba li kienet faqqgħet l-epidemija tal-Covid-19. Il-kompożitur Mark Agius ispira ruħu għal din il-kompożizzjoni minn żjara li kien għamel fil- kampijiet ta' konċentrament ta' Auschwitz u Birkenau f 'Novembru tal-2016. Hija dedikata lill-vittmi innoċenti tal- gwerra, partikularmernt il-vittmi tal-ġenoċidju u ta' dawk il-gruppi etniċi li ħarbu minn pajjizhom u marru jfittxu kenn f 'pajjiżi oħrajn. Bħall-kompozizzjoni War Requiem ta' Benjamin Britten u War Requien ta' Karl Jenkins, Lullaby for Birkenau – A Mass for Peace li hija essenzjalment kompożizzjoni mużikali kontra l-gwerra, hija bbażata fuq il-kliem tal-quddiesa , li Agius jikkombina ma ma sorsi reliġjużi oħrajn, partikularment is-salmi u siltiet mit-Testment il-Ġdid. Hija karba kontra l-atroċitajiet tal-gwerra , liema karba hija espressa permezz tal-orkestrazzjoni drammatika u dinamika li titħallat ma' mumenti ta' riflessjoni u appelli għall-paċi biex id-dinja ma terġax tgħaddi minn dak li għaddiet. Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar il-Ġenoċidji tkopri aktar minn 50 każ ta' ġenoċidji li seħħew mill- 1832 'l hawn bl-agħar wieħed ikun tal-Ġeneral Ost fil-pajjiżi Ewropej okkupati mill-Ġermanja fl-1945 bl-għadd ta nies maqtula ikun miljuni. Dawn jinkludu 1.3 miljuni Lhud li huma fost is-sitt miljun Lhudi maqtula fl-Olokawst kif ukoll il-qtil ta' aktar minn tliet miljun priġunieri tal-gwerra Sovjetiċi u tliet miljun Pollakki fil- ġenoċidju Nażista tal-Pollakki. Ix-xogħol jikkonsisti f 'għaxar movimenti u oriġinarjament inkiteb għal kor b'erba' vuċijiet u solisti (sopran u tenur), vjolin solo u orkestra sinfonika. F'din ir- rappreżentazzjoni flimkien mas- St Paul Metropolitan Orchestra, se jieħdu sehem is-Sopran Karen Darmenia u t-Tenur Charles Vincenti waqt li għal din l-okkazjoni il-parti tas-solo tal- vjolin se tkun interpretata minn Noel Beck fuq il-klarinett. Se jiehu seħem ukoll il-kantant mistieden Fr Karm Debattista flimkien mas-St Monica Vocal Ensemble, il-kor Anacrusis li huwa il-kor li prinċipalment jaħdem mas-St Paul Metropolitan Orchestra u r-Rotondo Choir minn Poznan fil- Polonja. Id-direzzjoni se tkun tal- kompożitur Stess Maestro Mark Agius. Min se jattendi għandu jkun f 'postu fis-07.00 pm. Biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.showshappening.com jew mill-Booking Office tal-Katidral (2145 4697). Id-dhul kollu minn din l-okkażjoni se jmur ghall- Malta ALS Foundation. Lullaby for Birkenau - A Mass for Peace Wara s-suċċess tal-lejla tal-Karnival mimlija enerġija ġewwa t-Teatru Salesjan, id-dilettanti taż-żfin retro għandhom għalfejn jifirħu: il-festival "Island Swing Dance Weekend" se jerġa' jsir bejn id-9 u l-11 ta' Mejju 2025! Ippreparaw ruħkom għal weekend ta' ritmu, żfin, u stil ispirat mill-ħamsinijiet, li jikkulmina bil-lejla "Shake, Rattle & Roll" ġewwa t-Teatru Salesjan nhar is-16 ta' Mejju. Il-festival huwa organizzat minn Swing Island Malta, fi sħubija mat-Teatru Salesjan, u huwa mmirat, kemm għal dawk esperti fid-dinja tal-Lindy Hop, kif ukoll għal dawk li qatt ma ppruvaw dan l-istil vibranti taż-żfin. Għall-bidu, il-"Basie Group" joffri sitt sigħat ta' taħriġ ma' għalliema esperjenzati biex jitgħallmu l-passi fundamentali b'mod sempliċi u divertenti. U le, m'hemmx bżonn esperjenza preċedenti! Dan mhux biss taħriġ – imma esperjenza sħiħa. Matul tliet serati ta' divertiment soċjali, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jittantaw il-passi l-ġodda tagħhom fuq il- pista taż-żfin, b'għajnuna ta' żewġ baned live: Hot Club of Valletta (10 ta' Mejju) u Swing Nuages (11 ta' Mejju). Lokazzjonijiet Uniċi għall-Festivals: • Il-Ġimgħa, 9 ta' Mejju: Ivy House, Pembroke – venue retro mill-aqwa għall-party tal-uħ. • Is-Sibt u l-Ħadd, 10-11 ta' Mejju: Radisson Blu Resort & Spa, Golden Sands – perfett biex tiżfen mal- ħsejjes tal-baħar fil-bogħod. Għalliema Internazzjonali: • Miro & Kalina minn Sofia, il- Bulgarija, b'esperjenza estensiva fil- Lindy Hop u l-Jazz. • Sam & Tashi minn Bristol, ir-Renju Unit, magħrufin għall-approċċ kreattiv u l-passjoni tagħhom għall-komunità taż-żfin. Tipi ta' Biljetti: • Basie Beginner Full Pass (€90): Għal min qiegħed jibda. • Leon / Miller Full Pass (€110-€130): Għal livelli intermedji u avvanzati. • Ella Party Pass (€65): Aċċess għat- tliet serati ta' żfin u klassijiet qosra. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn issa fuq swingislandmalta.com. Għal aktar dettalji jew mistoqsijiet, tista' tikkuntattja lil swingislandmalta@gmail.com. L-organizzaturi qed iħarsu 'l quddiem biex jarawkom tiżfnu b'kunfidenza u stil fit-Teatru Salesjan nhar is-16 ta' Mejju waqt il-lejla retro "Shake, Rattle & Roll". Tħallux din il-mewġa ta' enerġija u nostalġija tgħaddilek! Dan il-festival ġdid se jinkludi produzzjonijiet teatrali qosra u oriġinali li qatt ma ttellgħu qabel, u se jesploraw temi kontemporanji u d-diversità kulturali.