Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024
15 kotba IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Daniel Cossai jislet punt minn reċensjoni ta' Ħaley Xuereb dwar il-ktieb 'be;n il-kmiem', u jitkellem dwar kemm l-awturi Maltin jifilħu jiktbu fuq kollox minħabba n-numru tagħhom. "Diġà mgħobbijin wisq" – L-awtentiċità fil-kitba Maltija Fl-aħħar ġimgħat qrajt b'ħafna interess ir-reċensjoni 'Il-kliem jifgaw l-uġigħ' ta' Ħaley Xuereb li dehret f 'din il-paġna letterarja x-xahar li għadda, dwar il- ktieb be;n il-kmiem ta' Leanne Ellul, kif ukoll xi intervisti li tat l-awtriċi ta' dan il-ktieb lil diversi ġurnali lokali. Spikkaw f 'għajnejja l-osservazzjonijiet ta' Xuereb li l-letteratura hija kważi kważi mistennija tittratta "temi serji" li iżda "forsi jonqsu milli jaslu għand dawk li għandhom l-aktar bżonnhom" u li, min-naħa tiegħu, il-ktieb ta' Ellul huwa "l-ewwel rumanz lokali li jiffoka direttament fuq is-self-harm, suġġett li ilu jidher fil-letteratura barranija, imma li f 'Malta baqa' tabù". Għad illi dan il-ktieb partikolari għadni ma qrajtux u għalhekk, ma nistax niġġudika l-idea rikor- renti fir-reċensjoni dwaru, jiġifieri li l-ktieb jibbrilla fuq livell esteti- ku iżda jonqos xi it milli jwassal b'mod konvinċenti t-tema li jittratta, mhijiex pożizzjoni li tissorprendini. Fil-fatt, Xuereb bexxqet il-bieb fuq problema li jaffaċċja kostantament is-suq letterarju Malti. F'intervista li dehret fuq Times2, Ellul tistqarr li kienet laqtitha statis- tika li qrat dwar żieda fl-għadd ta' każijiet ta' self-harm irrappurtati u, it wara, li temmen bis-sħiħ li l-let- teratura jeħtieġ li jkollha xogħlijiet li jirriflettu l-preokkupazzjonijiet taż-żmien li nkitbu fih. U s'hemm, naqblu. Il-problema, bħal spiss, hija waħda ta' daqs: l-ammont ta' nies li jafu l-Malti huwa baxx, l-ammont ta' nies li jiktbuh baxx iżjed, u l-am- mont ta' awturi attivi fix-xena letter- arja bil-Malti huwa biss qatra f 'din l-għadira diġà ċkejkna. U għalhekk il-pressjoni fuq il-letteratura li tkun relevanti, li tfisser xi ħaġa għall-qa- rrejja tagħha, issir pressjoni fuq għadd żgħir ta' nies li jridu jkunu dejjem huma li jagħtuna kotba li jindirizzaw it-temi tal-lum. Bħallik- ieku hemm xi lista u qegħdin naqt- għu entrata wara entrata sakemm fl-aħħar inkunu tkellimna fuq kol- lox. Qed nibbanalizza l-ħaġa xi it, però dan hu r-riskju li jinħoloq meta l-pressjoni li niktbu b'mod serju dwar kull ħaġa mis-sema 'l isfel titpoġġa fuq spallejn l-istess erbgħa min-nies li, bl-esperjenza u l-ħila kollha tagħhom, impossibbli jkunu l-vuċi ta' kulħadd. Nirriskjaw li temi serji jispiċċaw superfiċjali, jekk mhux redikoli. L-aqwa li qta- jniehom minn fuq il-lista, mexxi għal li jmiss. Minn hawn tinbet problema ta' awtentiċità. F'intervista oħra li dehret fuq MaltaToday, Ellul taċċe- na għall-famuż kunċett tad-"Death of the Author" — il-Mewt tal-Aw- tur — l-idea li l-intenzjonijiet u l-bi- jografija tal-awtur huma separati mit-test u għandhom jiġu injorati għalkollox. Tul is-snin innotajt li dan il-kunċett donnu m'hawnx wieħed iżjed maħbub minnu mal-Maltin ta' sfond akkademiku letterarju, tant li kważi sar dog- matiku. Iżda filwaqt li, ċertament, joffrilna spunti tajbin, bħal ħafna kritiki nħoss li mhuwiex kunċett li għandu jiġi aċċettat għalkollox. Li nippretendu li l-awtur partikolari jaffettwa t-test biss fuq livell estetiku u li l-esperjenzi u l-ħsibijiet tiegħu mhumiex parti essenzjali minn x'jimmanifesta fit-test hi problem- atika. Fid-diskors letterarju ġew proposti bosta modifiki tal-kunċett li jfittxu li jsolvu din it-tensjoni. Per- sonalment, aktar mill-Mewt tal-Aw- tur nippreferi l-kunċett tal-enċik- lopedija propost minn Umberto Eco, li fi it kliem jgħid li, filwaqt li iva, l-att ta' interpretazzjoni joħroġ mill-interazzjoni bejn it-test u l-qa- rrej partikolari, iż-żewġ aġenti f 'din l-interazzjoni — il-qarrej u l-kittieb — huma ggwidati mill-enċiklo- pedija personali tagħhom, jiġifieri t-totalità tal-għarfien u l-esperjenzi tagħhom. Il-kittieb jikkonkretizza aspetti influwenzati mill-enċiklo- pedija fit-test partikolari li, li kieku xi elementi tal-enċiklopedija kienu differenti, kien jieħu xejra differen- ti. Il-qarrej, min-naħa tiegħu, juża l-għarfien li ġema' s'issa biex jestrat- ta dak li jista' mit-test, u f 'punt ieħor fiż-żmien fejn l-enċiklopedija tkun inbidlet, konsegwentement jislet affarijiet differenti. Dan narah ħaf- na iktar riflessiv ta' dak li verament jiġri fl-att fiżiku u kummerċjali tal-kitba u waqt il-qari. Minn dan nistgħu nikkonkludu, mela, li biex test jittratta tema importanti b'awtentiċità, ikun ideali li l-awtur mhux biss ikollu għarfien profond tas-suġġett iżda wkoll l-esperjenza tiegħu. Suġġet- ti kbar bħas-self harm, l-abort, l-esperjenza tal-migrazzjoni, u oħrajn neħtieġu li nisimgħuhom mingħand nies li jafu x'jiġifieri. Ellul stess diġà fil-passat, fil-fe- hma tiegħi, għamlet dan b'mod eċċellenti bi Gramma. Ir-riċerka u anki l-konverżazzjoni ma' nies li għexu dawn l-esperjenzi, għad illi jkabbru l-għarfien fl-enċiklopedi- ja tagħna dwar suġġett, nemmen li qatt ma jistgħu jissostitwixxu l-emozzjonijiet profondi li jġibu magħhom esperjenzi tant qaw- wija. Dan, naħseb, huwa li ħasset Xuereb meta kitbet li, għalkemm il-ktieb ta' Ellul hu miktub sew, huwa nieqes mill-"ġenwinità es- perjenzali". Filwaqt li, għal qarrej li l-enċiklopedija tiegħu lanqas ma tinkludi din l-esperjenza, ir-rak- kont jaf jinħass biżżejjed, qarrej ieħor li javviċina t-test b'ċerta espe- rjenza li ġarrab iħoss in-nuqqas ta' awtentiċità fih. Naturalment, xejn minn dan ma jfisser li l-awturi għandhom jiktbu biss dwar dak li għaddew min- nu. Fil-fatt lanqas biss għandhom għalfejn jiktbu dwar din id-dinja. Hija problema ta' skala. Suq letter- arju kbir, bħal dak Ingliż, jaffordja jkollu awturi li jgħidu, "illum se nikteb fuq dan is-suġġett", u jaqb- du jirriċerkawh. Imma meta s-suq ikun żgħir, ma jistax ikollok dawn it-tipi ta' kotba biss dwar tema. Trid ukoll il-vuċi awtentika, li taf eżatt x'inhi tirrakkonta. Inkella, in- nuqqas ta' awtentiċità se jinħass, u se jdgħajjef il-perċezzjoni tal-qa- rrejja dwar il-letteratura Maltija bħala xi ħaġa li ma tkellimhomx, ma temozzjonahomx, li mhix relevanti għalihom, li mhix tajba biżżejjed. L-għan mistqarr li jkollna letter- atura li verament tirrifletti l-preok- kupazzjonijiet ta' żminijietha ma jintlaħaqx mingħajr awtentiċità. Żgħira kemm hi żgħira, l-espe- rjenza kollettiva tal-Maltin hija prattikament bla limitu. Dawn in- nies b'esperjenzi awtentiċi jeżistu. Sta għalina biex naraw kif se nqa- rrbu lil dawn in-nies lejn il-kitba bil-Malti ħalli jagħtuna vuċi ġen- wina u ntaffu xi naqra dik il-press- joni minn fuq spallejn dawk diġà mgħobbijin wisq.