MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 MAY 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 • illum 06 'Bħalissa ninkwieta li l-PL ħa jitla' awtomatikament m'aħniex noffru gvern alternattiv tajjeb' ILENIA DEBONO X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-proposta tal-ewtanasja? Bħala tabib, jiena għandi perspettiva iżjed realistika fuq is-suġġett. Jien nara l-pazjenti fl-aħħar ta' ħajjithom. Bħala politikant, partikolarment deputat mal- Partit Nazzjonalista, jiena rrid nimxi skont l-istatut tal-partit li jgħid black on white li aħna rridu nipproteġu l-ħajja mill- bidu sat-tmiem. Aħna pro-life. Ħadd ma jista' jilgħab mal-ħajja. Hawnhekk nagħmel referenza għall-pożizzjoni tagħna fuq l-IVF u r-riservazzjonijiet li kellna fuq l-embryo-freezing, avolja llum għandna xi liġijiet li tkellimt fuqhom din il-ġimgħa l-parlament. Jiena nżomm mal-istatut tal-partit. Minn perspettiva mediċinali, jiena ngħid li nemmen li għandu jkun hemm iżjed infurzar u investiment fil-kura paljattiva ħalli b'hekk inkunu qed nippreservaw id-dinjità tal- pazjenti. Jiena naraha prematura li wara 60 ġurnata ndaħħlu liġi fuq l-ewtanasja, li filli ma kinitx ġewwa pajjiżna u mbagħad tiddaħħal ċumm bumm. Naqbel ħafna mal-konsultazzjoni pubblika, speċjalment m'esperti tal-qasam bħal tobba, paramediċi u infermiera, kif ukoll il-Hospice li qed jagħmlu xogħol impekabbli fil-qasam tal- kura paljattiva. Jekk ngħaġġlu dan il-proċess, ħa jibda jidher l-aspett politiku. Ejja nistudjaw u naraw is-sitwazzjoni kurrenti fuq il-kura paljattiva. Temmen li din kienet proposta biex titfa' iktar diviżjoni u differenzi fil-PN? Meta jkun hemm kwistjonijiet kontroversjali bħall-ewtanasja, l-abort u d-divorzju, għandek 100 bniedem 100 fehma. Kulħadd għandu moħħ biex jaħseb sabiex ikollu opinjoni u twemmin differenti. Meta jkollok sitwazzjonijiet ikkumplikati, dejjem ħa jkun hemm il-qsim. Din teżisti, mhux biss fil-Partit Nazzjonalista, imma anke fil-kamp oppost tal- Partit Laburista. Jien nifhem li fil-PL hemm min huwa favur u min huwa kontra. Jien naħseb illi milli iżjed diviżjoni, il-Gvern qed jitfa' din il-kwistjoni sabiex joħloq ċerti sitwazzjonijiet ta' dibattitu nazzjonali u diskussjoni bejn iż-żewġ partiti prinċipali li tista' toħloq aġenda fil-politika preżenti. Hemm ħafna fuqiex nistgħu nitkellmu bħalissa. Il-PN qiegħed f 'salib it- toroq. X'taħseb li huma s-soluzzjonijiet hawnhekk? Is-sitwazzjoni hi dik li hi. Ir-realtà hija dik li hi. Il- poplu jitkellem fl-elezzjonijiet, però meta jkun mistoqsi fis- sondaġġi regolari, wieħed jara ċerta tendenza li wara 13-il sena ta' PL fil-Gvern, qisu l-PN għadu mhux jirranka biex juri attwalità li ħa jirbaħ. Huwa veru li kellna riżultat pożittiv fl-aħħar elezzjoni Ewroparlamentari imma għadna ma ġejniex f 'territorju pożittiv. Jien irrid nara PN li permezz tal-aġenda politika u kif jippreżenta l-proposti tiegħu, ikun gvern alternattiv. Irridu naraw li l-poplu Malti u Għawdxi jaċċettana bħala l-gvern alternattiv li għandu bżonn. Jiena tabib, nara l-pazjent, nagħmel id-dijanjożi u nagħti l-kura. Irrid nara l-partit tiegħi jkollu aġenda li twasslu f 'territorju pożittiv. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi ma' Stephen Spiteri, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali sabiex tiddiskuti ċerti temi kurrenti bħall-ewtanasja u l-każ tal-Vitals

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 MAY 2025