Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521
Hemm karba biex Roberta Metsola tigi lura Malta u tmexxi lill-PN. X'tikkummenta? Metsola l-ħin kollu qiegħda titqies bħala l-mexxejja prospettiva tal-Partit Nazzjonalista. Bħalissa kollox huwa spekulazzjoni. Roberta ġejja, Roberta mhux ġejja. Bħalissa għandna lil Bernard Grech bħala l-kap. Jien nisħaq illi l-PN għandu jsib direzzjoni li twassal biex in-nies jaraw lill- PN bħala l-gvern alternattiv. Irridu nagħtu ċans u naraw maż- żmien. Kif qiegħed il-PN illum jista' jirbaħ elezzjoni? Kien hemm żmien fejn konna ngħidu "il-PN jista' jirbaħ l-elezzjoni," għax il-PL ilu fil- gvern, għandu dawn l-iskandli kollha, il-gvern għadda minn perjodu iswed, Vitals u Stewards, Wind Farms u korruzzjoni tielgħa u nieżla. Kważi kważi kienet sens komun li l-PN ħa jitla' awtomatikament hekk kif il-PL ħa jiġi mwarrab min-nies. Bħalissa ninkwieta li l-PL ħa jitla' awtomatikament għax fil- preżent m'aħniex noffru gvern alternattiv tajjeb. Dan hekk kif il-poplu hemm barra mhux qed jafda lill-PN bħala l-gvern alternattiv. Il-PN qiegħed fi kriżi? Jekk iva, għaliex? Le, jien ma narax il-PN fi kriżi. Jien naħseb li l-PN għandu jistudja, u ma jdumx, is-sitwazzjoni għala qiegħed fejn qiegħed wara 13-il sena fl- oppożizzjoni. Nitkellmu fuq it- tmexxija tal-partit, id-direzzjoni tal-partit, kif nipproġettaw ruħna, għalfejn qegħdin hemmhekk bħala aġenda politika. Kważi hija assurda u kontradittorja 13-il sena fl- oppożizzjoni u issa mixjin lejn ir-raba' elezzjoni. Jekk nitilfu l-elezzjoni li jmiss tkun ir-raba' telfa – u li din qatt ma ġrat qabel. Il-PN irid jara u jinvesti sabiex nipproġettaw ruħna bħala l-gvern alternattiv li l-pajjiż għandu bżonn. Irridu nagħmlu sforzi kbar sabiex aħna nkunu fdati mill-elettorat, hekk kif titlob l-elezzjoni. Tgħidli aħna fdati s'issa fis-sondaġġi, imma hemm differenza bejn dak u kif eventwalment il-poplu qed jarak fix-xena politika. M'għadekx kelliem dwar is- saħħa, imma għadek vokali dwar il-problemi fil-qasam tas- saħħa. X'inhuma n-nuqqasijiet f'dan il-qasam? Bilfors għadni vokali għax ħajti hija s-saħħa. Għamilt seba' snin shadow minister għas-saħħa. Jien nirrikonoxxi l-avvanzi li saru f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar 13-il sena. Imma għandna nuqqasijiet kbar. Fi 13 il-sena gvern Laburista ma rrnexxilux jiftaħ sptar ieħor u dan hu żball kardinali. Il- Partit Laburista, meta kien fl- oppożizzjoni kien jgħajjar lill- PN li l-Isptar Mater Dei huwa żgħir għall-popolazzjoni ta' dak iż-żmien, u issa l-popolazzjoni splodiet. Dan il-gvern ma rnexxilux jibni infrastruttura b'saħħitha sabiex ikollna sptar ieħor, sabiex il-pazjenti jkunu moqdija. Naqqasna wkoll fir- riżorsi umani fejn m'għandniex biżżejjed infermiera, infermiera Maltin u Għawdxin. Jien nemmen fil-private-public partnership u li nużaw ir- riżorsi kollha, bħall-POYC, li kien ressaqha l-PN u kienet ta' suċċess, imma l-gvern tant kemm hu fi kriżi li qed jiddependi fuq il-privat għal- lista twila t'operazzjonijiet għax Mater Dei ma jistax ilaħħaq. Eżempju ta' dan huwa l-hub ta' Raħal Ġdid li nbena u qatt ma jrid jinfetaħ riżultat ta' nuqqas ta' riżorsi umani. Il-każ Vitals wera l-mod kif il-Gvern Laburista aġevola numru ta' con men, imma jidher mill-inkjesta u l-proċeduri ġudizzjarji li din il-kawża tista' ma tasal imkien. Kif għandna niftakru l-każ Vitals? Naħseb li l-iktar ħaġa li għandna niftakru hija l-impatt li ħalla dan il-każ fuq il-qasam tas-saħħa nazzjonali billi għandna waiting list ma tispiċċa qatt, speċjalment fl-ortopedija. L-ikbar impatt, minbarra l-miljuni li ntilfu mit-taxxi tan-nies, huwa l-impatt li ħalla fin-nuqqas ta' infrastruttura. St. Lukes qiegħed jaqa' u ma jaqax, konsegwenza ta' gvern li m'għandux spazji biżżejjed sabiex jaqdi l-bżonnijiet tal- pazjenti Maltin u Għawdxin. intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 07 awtomatikament għax fil-preżent tajjeb' Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Politika Soċjali, it-Tabib Stephen Spiteri "Jien naħseb illi milli iżjed diviżjoni, il- Gvern qed jitfa' din il- kwistjoni sabiex joħloq ċerti sitwazzjonijiet ta' dibattitu nazzjonali u diskussjoni bejn iż-żewġ partiti prinċipali li tista' toħloq aġenda fil-politika preżenti."