Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752
Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Il-Gudja għandha fi ħdanha l-ajruport internazzjonali ta' Malta. Filwaqt li nieħdu gost bis-suċċess li qed jagħmel, dan qed iġib sfidi kbar fosthom il-parkeġġ għar-residenti. Qed ikun hawn min iħalli l-karozza l-Gudja u jsiefer għal ġimgħa jew għal wisq iżjed. Qed naraw ukoll operaturi li għandhom x'jaqsmu mal-operat tat-turiżmu, speċjalment dwar il- kiri tal-karozzi. Dan ikompli jżid il-problema tal-parkeġġ għar-residenti u problemi oħra. Hawn ngħid li l-isfidi tar-residenti huma wkoll sfidi tiegħi u qed nagħmel dak kollu possibbli għal kull resident, sew fiż-żmien qarib, kif ukoll għaż-żmien fit-tul sabiex insibu soluzzjonijiet ġusti. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-kunsill huwa ferm konxju tar- responsabbiltà tiegħu li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-Gudja. Meta l-Kunsill jara li jkun sejjer isir xi żvilupp, jidħol sabiex jara li l-impatt ikun konformi ma' dak mixtieq mingħajr ma ssir ħsara, kemm 'l wirt naturali, kif ukoll fiżiku u l-ambjent tal-Gudja. Il-Kunsill jara li jippreserva wkoll il-ġmiel ta' partijiet mill-Gudja fosthom sqaqien u pjazez antiki. Ta' min isemmi li bi ehim ma' 'Din l-Art Ħelwa', il-Kunsill jara li l-Knisja ta' Bir Miuħ u l-inħawi tal- madwar jiġu mħarsa u protetti. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Il-Gudja, li barra li għandha ajruport internazzjonali fi ħdanha, hija mdawra bil- kampanja u l-Kunsill jara li din il-kampanja tkun iżjed aċċessibbli għall-bdiewa u għal min ikun irid jagħmel il-mixja tiegħu. Ġewwa l-Gudja hawn diversi spazji miuħa. Ta' min isemmi Ġnien Raymond Caruana, Ġnien Ġlormu Cassar, Wesgħet Anġlu Dalli, Pjazza Qalb ta' Ġesù, Ġnien il-Qari, u Ġnien iż-Żgħażagħ. Il-Kunsill qed jaħdem sabiex ikun hemm spazji oħra miuħa sabiex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku. Ninsabu naħdmu sabiex biċċa art biswit il-Palazz ta' Bettina tingħata ħajja ġdida b'attrezzi u apparat għall-benefiċċju tal-pubbliku, kemm għar-residenti, kif ukoll għal min ikun jixtieq jieħu r-rikreazzjoni u l-mistrieħ tiegħu f 'dan l-lok. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Il-Kunsill għandu għal qalbu l-ambjent għaliex japprezza li l-ambjent huwa l-ħajja tagħna lkoll. Il-Gudja għandha potenzjal kbir li tkun tista' tikkonserva l-ġmiel tagħha, kemm dak fiżiku bid-dehra tal-binjiet tagħha, kif ukoll dak tal-kampanja. Minbarra li jħares l-ambjent ta' dan ir-raħal, il-Kunsill iħares ukoll partijiet oħra barra mill-Gudja, fosthom dik magħrufa bħala l-belvedere faċċata tar-runway tal-ajruport. Ma' dan hemm ix-xogħol tal-pavimentar mal-Kappella ta' Loretu wkoll qrib il-belvedere tal-ajruport. Il-Kunsill jemmen li meta jkun hemm ambjent tajjeb li jista' jitgawda minn kulħadd u żvilupp sostenibbli, ikun jista' jġib ġid ekonomiku, kemm għal-lokal, kif ukoll fuq livell nazzjonali. Nixtieq ukoll li r-residenti kollha jkunu siguri f 'darhom u anke barra minn darhom. Il-Kunsill jaħdem fil-qrib mal-Pulizija tal-Komunità u dejjem naraw kif il-komunità Gudjana tkun tista' tgawdi minn dan is-servizz. Nixtieq li l-anzjani ġewwa l-Gudja jkollhom il-faċilitajiet li jgħixu f 'darhom, kemm matul il-jum, kif ukoll li jkun hemm il-faċilità ta' ċentru għall-anzjani matul il-jum u anke matul il-lejl. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Hemm diversi proġetti li qed jaħseb dwarhom il-Kunsill. Iżda l-proġett ewlieni huwa dak li l-Kunsill ikollu l-Uffiċini, kemm amministrattivi u Operattivi tiegħu, kif ukoll Ċentru li jservi l-bżonnijiet tal-komunità fejn jiġu organizzati attivitajiet soċjali, edukattivi, u rikreattivi. Dan il-lok huwa maħsub li jkun aċċessibbli għal kulħadd mingħajr ebda diffikultà. Dwar dan il-proġett speċjalment il-Kunsill qed jaħdem mal-awtoritajiet sabiex kemm jista' jkun dan l-investiment ma jkunx ta' piż finanzjarju kbir sabiex il- Kunsill ikompli jopera bla ebda diffikultà finanzjarja. Wieħed jista' jgħid li kull proġett tal-Kunsill jiġi kkonsidrat sabiex ikollna ambjent aħjar u li kemm jista' jkun wieħed ikun jista' wkoll jimxi mingħajr riskju żejjed. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Ta' min isemmi illi flimkien ma' fondi Ewropew, il-Kunsill qed jesegwixxi proġetti tal-ħitan tas-sejjieħ f 'diversi partijiet fil- kampanja madwar il-Gudja. Saru wkoll xogħlijiet fit-trejqiet sabiex ikun hemm aċċess aħjar, kemm għall-bdiewa, kif ukoll għal dawk li jagħmlu l-mixi tagħhom fil- kampanja sabiħa madwar il-Gudja fejn jiġi apprezzat il-ġmiel naturali li jsebbaħ il-Gudja. Il-Kunsill, b'għajnuna ta' fondi speċjali li kiseb mingħand il-LESA, qed jinvesti fix-xiri ta' vettura li tkun għall- bżonnijiet tar-residenti, speċjalment l-anzjani tal-Gudja, kif ukoll għal dawk li jużaw siġġu tar-roti. Qiegħed ukoll jippromovi l-użu tar-roti, speċjalment meta d-distanzi ma jkunux fit-tul. Mill- qalba tar-raħal hekk sabiħ tal-Gudja ta' kuljum jgħaddi traffiku qawwi sew għall- ajruport, kif ukoll għaż-żona industrijali ta' Ħal Far. Sa minn żmien ilu kien maħsub li Vjal it-Torri tingħaqad ma' triq arterjali fit-tarf tal-Gudja li tiġi faċċata tal-ajruport. B'dan il-proġett, it-traffiku li jidħol fil- Gudja ikun biss għar-residenti u għat- trasport pubbliku sabiex iservi l-ħtiġijiet tar-residenti. Fil-Gudja għandna diversi għaqdiet u soċjetajiet, fosthom dawk tal- baned li għandhom suċċess kbir bil-ħidma tal-voluntiera u ta' dan ngħid grazzi lill- voluntiera kollha kemm huma. Nixtieq ukoll li mal-Kunsill ikun hawn voluntiera sabiex jassistu fil-ħidma tiegħu, speċjalment meta jkun qed itella' l-attivitajiet tiegħu. intervista IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum 16 "Għalija lment mhux xi ħaġa li ddejjaqni, iżda sinjal ta' fiduċja li r-resident għandu fil-Kunsill" Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Romeo Baldacchino, is-Sindku tal-Gudja. Il-Gudja huwa raħal storiku u pittoresk li jinsab fin-Nofsinhar ta' Malta, ftit minuti biss 'il bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Wieħed mill-aktar simboli distintivi tal-Gudja huwa bla dubju l-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tal-Assunzjoni tal-Verġni Marija. Din il-knisja hi l-unika waħda f 'Malta li għandha tliet kampnari, karatteristika rari li tagħtiha dehra unika. Il-Gudja għandha wkoll għadd ta' bini storiku, inklużi palazzi, kappelli u vilel antiki, li jfakkru l-importanza li kellha din il-lokalità matul is-sekli. Il- villaġġ huwa mdawwar b'żoni agrikoli u għadu jżomm ħafna mill-karattru rurali tiegħu, minkejja l-iżvilupp li sar madwaru fis-snin riċenti. L-ambjent soċjali fil-Gudja huwa magħruf għall-ospitalità tan-nies u l-involviment qawwi fil-ħajja komunitarja, speċjalment matul il-festa titulari ta' Santa Marija f 'Awwissu — ċelebrazzjoni reliġjuża u kulturali li tiġbed eluf ta' nies kull sena b'purċissjonijiet, daqq tal-baned, u logħob tan-nar. Romeo Baldacchino, is-Sindku tal-Gudja