Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752
05 Il-Pulizija qed jinvestigaw lil dawk fl-inkjesta Vitals li għadhom ma tressqux il-Qorti intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 Fuq il-programm Xtra mxandar fuq TVM, Saviour Balzan jitkellem mal-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà wara ħames snin imexxi l-Pulizija. Jitkellmu fuq id-droga, il-Vitals, is-sewqan, il-frodi, il-kriminalità, u l-indipendenza tal-pulizija fost oħrajn. Balzan: Ħames snin mill-ħatra tal- kariga, u ċertament kien hemm ħafna avvenimenti, ħafna mumenti. Fosthom kien hemm mumenti li kienu ta' sfida. L-ewwel mistoqsija tiegħi hija, f 'ħames snin, meta tħares lura — issa ovvjament mhux qiegħed hawn biex iddoqq it- trombi imma ħa nipprova nġiegħlek iddoqq it-trombi jekk huwa possibbli — x'kienu l-affarijiet li, fl-opinjoni tiegħek, kellek suċċess fihom u fejn ovvjament tixtieq timxi 'l quddiem? Kummissarju: Iva, jiena, jekk Alla jrid, ix-xahar id-dieħel nagħlaq ħames snin f 'din il-kariga u rrid infakkar li jiena l-ewwel kummissarju tal-pulizija li ntgħażilt wara sejħa pubblika. Tradizzjonalment, kummissarju tal- pulizija kien jintgħażel bħala political appointee, il-Prim Ministru jaqbad u jagħżlu. Fil-każ tiegħi kien l-ewwel darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal- Kummissjoni Venezia, li l-kummissarju ntgħażel wara sejħa pubblika u allura għaddejt minn proċess rigoluż. Sussegwentement, anki mort quddiem kumitat parlamentari u f 'Ġunju tal-2020 inħtart kummissarju tal-puluzija. Kont naf, sa mill-ewwel ġurnata, sa minn meta applikajt għal din il-kariga li ma kinitx se tkun pożizzjoni faċli. Qatt ma kienet, għall-ebda kummissarju tal- pulizija, imma meta nħares lura lejn dawn l-aħħar ħames snin inħoss li l-korp tal-pulizija kompla jissaħħaħ u kompla jikkontribwixxi għal dak li jeżisti għalih IKOMPLI PAĠNI 6 - 7 >