Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752
intervista IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum 06 u allura propju l-mission statement tal-korp tgħid li rridu nipprovdu servizz professjonali u fdat, bl-għan li nipprovdu soċjetà sigura għal kulħadd u nagħmlu enfasi wkoll fuq is-sbuħija mal-komunitajiet u allura bħal kull korp tal-pulizija ieħor, il-korp tal-pulizija Malti jeżisti biex jara soċjetà Maltija sigura u allura naħseb l-ewwel mistoqsija għandha tkun: "issaħħet is-sigurtà ta' pajjiżna f 'dawn l-aħħar ħames snin?" U tista' teħodha minn diversi aspetti. Jekk naraw il-figuri anwali tar-rata ta' kriminalità naraw li matul l-aħħar snin, mhux biss naqqasna r-rata ras għal ras, jiġifieri meta naraw li 20 sena ilu kellek 46 reat għal kull 1000 persuna f 'pajjiżna, is-sena l-oħra din niżżilnieha għal 30 reat għal kull elf persuna. Hemm vittmi, u issa niġi wkoll fuq vittmi, għaliex hija daqsxejn tricky meta nitkellmu fuq ir-rata ta' kriminalità, għaliex xi kultant il-korp tal-pulizija jista' jkun vittma tiegħu nnifsu, jiġifieri waħda mill-areas li rajna żiediet kienet il- vjolenza domestika u allura ma naħsibx li l-vjolenza domestika żdiedet fl-aħħar snin imma propju għaliex ikkontribwejna biex tiżdied. Sa ċertu punt, kien hemm ħa nazzarda ngħidha kważi sitwazzjoni fejn ċerti affarijiet ma ġewx irrappurtati. Kien hem ċerta tabù. Kien hemm ċerta aċċettazzjoni fejn issa llum hemm zero tolerance. Appuntu, ma waqgħetx mis-sema. Mhux ilħaqt kummissarju jien u f 'daqqa waħda kulħadd beda jirrapporta. Jiena propju fl-ewwel ġurnata tiegħi bħala kummissarju tal-pulizija kont stqarrejt li l-korp tal-pulizija kien ħa jiffoka aktar fuq il-vittmi tal-kriminalità, l-aktar dawk vulnerabbli, u allura f 'Ottubru ta' dik is- sena, waqqafna għall-ewwel darba unit speċifiku, Gender Based and Domestic Violence Unit. Ħa ndur ftit fuq il-korp. Hemm affarijiet li huma viżibbli; il-libsa, ċerti użanzi, ċerti affarijiet li jidhru li nbidlu, imma wara l-kwinti, xi nbidel fl-istruttura tal-pulizija? Jien naf li inti kont ukoll involut f 'ċertu culture change. X'għamilt? Jiena tlaqt mir-riżultat. Kont qed insemmi żewġ affarijiet; ir-rata ta' kriminalità però test ieħor li jien u l-korpi tal-pulizija, b'mod internazzjonali naraw ukoll hi l-leġittimità, il-public trust and confidence in the police. Inti jista' jkollok il-poteri kollha, tal-arrest, tat-tfitxija, però jekk m'għandekx poplu koperattiv miegħek li jtik il-leġittimità u allura dawn ir-riżultati li qed nitkellem dwarhom żgur li huma wkoll fattur ta' żieda fil-fiduċja fil-korp tal-pulizija, jiġifieri llum, survey tal-NSO ippubblikat fl-2023 jgħid li 90% tal-poplu Malti u Għawdxi jafda lill-korp tal-pulizija. Il- Eurobarometer ipoġġi l-korp tal-pulizija l-aktar istituzzjoni sigura. Fl-2020 kont fortunat għax ftit qabel kont qed naħdem fuq strateġija ta' transformazzjoni għall- korp tal-pulizija. Inti bħala kummissarju tfajt ħafna importanza fuq l-Intelligence, jiġifieri l-pulizija għandhom ħafna informazzjoni imma l-problema hija dik l-informazzjoni f 'idejk x'se tagħmel biha? Din kienet waħda mis-soluzzjonijiet tas-suċċess li tnaqqsu r-rati ta' kriminalità? F'pajjiż żgħir bħal tagħna, il-korp huwa entità importanti u dejjem kellu informazzjoni, u dik l-informazzjoni jekk ma tinterpretahiex, ħa tibqa' informazzjoni. Wieħed mill-units li saħħaħt kien is-Central Intelligence and Analysis Unit. Permezz ta' dan il-Unit għandna wkoll analisti. Issa, il-mod kif il-pulizija jirrelataw man-nies. Mhux l-ewwel darba li tisma' kritika fuq kemm kien żorr il- pulizija meta mort nagħmel rapport eċċ. Taħseb li nbidlet din it-tip ta' perċezzjoni? Jekk naraw it-taħriġ li jingħata lill-korp insibu li 70% tiegħu huwa fuq soft skills. Pereżempju parti mill-kurrikulu tagħna huwa customer care, għax aħna bħala korp aħna providers. Rigward is-sitwazzjoni tas-sewqan, hemm din l-idea li jsiru ħafna inċidenti għax ma jsirux biżżejjed sorveljanzi fuq diversi affarijiet. X'inhuma l-isfidi hawnekk? Jiena ngħid li għandu jkun hawn soċjetà li tkun ibbażata fuq ir-rispett, l-edukazzjoni, u mbagħad fuq l-infurzar. Madwar sentejn u nofs ilu kont attendejt konferenza u fost ħafna aspetti li kienu ħarġu hemmhekk, kien hemm l-element li jrid ikollok liġi li hija b'saħħitha li tagħti l-għodod lill-awtoritajiet li jinfurzaw. Sentejn ilu rajna kif ċerti multi kienu ħraxu; sewqan eċċessiv, użu tal-mobile phones, eċċ. Is-sena l-oħra kellna madwar 2,300 taħrika għal sewqan eċċessiv, filwaqt li dis-sena sal-ewwel erba' xhur tas-sena, diġà qbiżna dak l-ammont. Hawn Malta kif taslu għaliha din tas-sewqan eċċessiv? Hawn Malta għandna mobile speed guns. Dawn ikunu għaddew minn proċess li kull sena jridu jkunu kalibrati. Issa fuq il-kwistjoni tad-droga, fuq l-użu tal-kannabis, inti kont kawt fi kliemek, imma issa għadha kif ħarġet liġi oħra li jekk tkun ġo blokka tal-flats u xxomm riħa ta' kannabis, tista' taqla' multa. Xi ħaġa bħal din kif tista' tiġi enforzata? Jiena meta bdejt nara dawn l-emendi, fhimt ukoll li din l-emenda kien hemm qbil unanimu dwarha. Jien sal-lum rajt kumment tas-CEO tal-ARUC, li għandi nifhem li ħa jkollhom il-lead fiha. Inħares 'il quddiem biex ikollna diskussjoni dwarha ħalli nifhem l-irwol tal-pulizija x'ħa jkun. Hemm oqsma fil-kriminalità li huma diffiċli u sensittivi; il-pedofelija, il-kwistjoni tas-cyber crime, it- terroriżmu ... X'qed tagħmel il- pulizija f 'dawn l-oqsma? Il-kriminalità evolviet, jiġifieri 20 sena ilu kellek 96% tar-reati jsiru b'mod fiżikali. Illum dawk niżlu għal 60%. Jiena s-sena l-oħra ktibt f 'artiklu fil-blue life magazine li d-djar tagħna qed isiru aktar perikolużi mit-toroq tagħna. Il-problema l-kbira tagħna hija li ħafna minna, we are constantly roaming in a virtual environment. L-iktar li nistgħu nagħmlu hi li noħolqu kuxjenza. Fid-dinja tal-lum jaqbillek ikollok karriera bħala pulizija? Illum 89% tal-membri tal-korp huma kburin li jifformaw parti mill-korp tal-pulizija u allura mhux biss tjiebu l-kundizzjonijiet, imma fl-aħħar mill- aħħar huwa s-sodisfazzjon li jtik dan ix- xogħol. Mingħajr ma nidħol fil-każ għax huwa sub judice, ħa nieħu dak li ġara fl-inkjesta — qed nirreferi għall-inkjesta tal-Vitals, fejn kien hemm kritika, u kritika ħarxa fil-konfront tiegħek. Ma nistgħux noqogħdu nistaħbew, kritika l-iktar mill-NGO Repubblika u kritika wkoll mill-personalitajiet marbuta mar-Repubblika — inkluż in-Nutar Aquilina u l-Avukat Jason Azzopardi — dwar il-fatt li l-pulizija b'dak li għamlu, meta kien hemm l-inkjesta maġisterjali, ma interrogaw lil ħadd. Kien hemm l-inkjesta maġisterjali, kien hemm l-ismijiet kollha, u dawn ittellgħu quddiem il-Qorti u l-pulizija naqsu mid-dmir tagħhom — dik kienet il-gist tal- kritika. U b'hekk se jkun hemm sitwazzjoni fejn justice cannot be delivered. Ħa nipprova nuża dil- frażi bl-Ingliż, jiġifieri li se jeħilsuha minn xi forma ta' xi penitenza jew xi ħaġa hekk. Kif tirrispondi għal dit- tip ta' kritika? U kien hemm kritika ħarxa fil-konfront tiegħek. Riedu rasek fuq platt. Jien hekk rajtha. Il-kritika lejja mill-esponenti ta' Repubblika ma bdietx mil-lum, ma bdietx mill-ewwel ġurnata tiegħi ta' kummissarju. Bdiet minn qabel. Dawn bdew jivvintaw l-istejjer dwari. Tajjeb li xi ħadd tani karozza qabel ma jien ilħaqt Kummissarju tal-Pulizija. I put the record straight, tajjeb. Imma ħa niġi għall- mistoqsijiet li għamiltli għaliex meta wieħed janalizza dik il-kritika, li ssir matul iż-żmien, tibda tara l-kontradizzjonijiet ukoll. Mhux eżerċizzju li ħa nagħmlu jien dan. Inħalli lil ħaddieħor jagħmlu. Imma daqqa ngħidu ħaġa u daqqa ngħidu oħra. L-inkjesta Vitals, u nibda minn hawnhekk, bdiet meta jien kont għadni lanqas Kummissarju tal-Pulizija. Mela jien nista' ngħid — u għedtha m'ilux f 'intervista — li kemm ili kummissarju jien qatt ma bdiet inkjesta maġisterjali għaliex b'xi mod jew ieħor il-korp tal- pulizija dawwar wiċċu naħ'oħra. Ma riedx jinvestiga jew naqas milli jinvestiga. Allura jien niftakar illi sa bidu nett ta' dik l-inkjesta kont iltqajt mal-Maġistrat inkwerenti ta' dik l-inkjesta, bħal kif kont iltqajt ma' maġistrati oħrajn, tajjeb, u d-direzzjoni kienet dejjem ċara illi l-Maġistrata għandha l-lead u aħna > IKOMPLI MINN PAĠNA 5