Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962
13 arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Fuq, fil-Kamra X'qed jiġri hemm fuq? Mara b'xagħarha blu qiegħda taqra ħdejn it-taraġ meta f 'daqqa waħda jfixkilha ħoss stramb u misterjuż. Imissha tmur tiċċekkja x'inhu? Ovvja li jmissha. Imma qabel ma tibda tielgħa t-taraġ, jinkixef x'qed jagħmel l-istorbju: kreatura nofsha mara u nofsha fenka tinżel tiżżerżaq mal-puġġaman tat- taraġ. Għandha ġisem ta' mara, ras ta' fenek, liebsa xorz ċkejken iswed, kalzetti sal-irkoppa, żarbun tal-ballerini, b'sidirha mikxuf, u b'kuxxtejha miuħin beraħ. Mhijiex waħedha. Żrinġ ippanikjat jipprova jwaqqaa milli tinżel, milli titlaq mill- Kamra ta' Fuq. Fiċ-ċentru ta' kollox: bużżieqa ħamra, bukkett astratt u kbir iżżejjed, u għajn li tara kollox … Jista' jkun li din il-kreatura ħarbet mill-ktieb li kienet qed taqra l-mara ta' xagħarha blu? Il- kotba jistgħu jagħtu pjaċir iżda għandhom il-perikli tagħhom, u dan il-ktieb jidher li għandu aktar minn stejjer bierda. L-ispirazzjoni għal din il- wirja ġejja mill-kitbiet personali ta' Liliana Fleri Soler dwar il- memorji tat-tfulija tagħha, b'mod partikolari dawk marbuta mad- dar ta' nannitha. Meta fl-aħħar nitilgħu fuq, niltaqgħu ma' sensiela ta' karattri u annimali kurjużi u mtawlin, kollha magħġuna fl-istil distintiv ta' Fleri Soler. Kull dettall jgħodd. Ħafna mid-drapp użat f 'dawn l-iskulturi ta' materjali mħalltin għandhom tifsira personali qawwija. L-artista ħaditu minn kaxxa għażiża mimlija tessuti magħmula bl-idejn, miġbura tul is-snin minn meta kienet tifla, iżda wkoll mit-tfulija t'ommha u nannitha. Dawn il-frammenti ta' ġenerazzjonijiet differenti huma prezzjużi, bħall-istejjer li jidwu minn fuq. Min hu interessat jara l-wirja, hi tinstab fil-gallerija Il-Kamra ta' Fuq u hija miuħa bejn il-25 ta' Mejju u t-8 ta' Ġunju. Dwar l-artista Liliana Fleri Soler (1964) hija artista Maltija li l-prattika multidixxiplinarja tagħha tinkludi l-iskultura, il-pittura, l-installazzjoni u l-assemblage. Xogħolha jidħol fil-fond tal- esperjenza umana, fejn ta' spiss jgħaqqad l-astrazzjoni u l-arti figurattiva, u jinkorpora elementi surrealisti ispirati mill-forma umana, l-annimali u l-botanika. Bi sfond fl-arti u fix-xjenza, il-ħolqien tagħha jirrifletti sintesi unika ta' intuwizzjoni u esplorazzjoni. Xogħolha ntwera kemm f 'Malta, kif ukoll barra. Opri prominenti tagħha hija l-iskultura kinetika interattiva "I will get there somehow…", installata fl-Ajruport Internazzjonali ta' Larnaca f 'Ċipru fl-2012 bħala parti mill-proġett tal-UE "From Arrival to Departure." Il- kontribuzzjonijiet artistiċi tagħha huma varjati ferm — minn xogħlijiet pubbliċi permanenti, għal kontribuzzjonijiet kreattivi f 'edizzjonijiet ta' Science in the City, għal kollaborazzjonijiet ma' diversi organizzazzjonijiet ewlenin u azjendi tad-disinn. Xogħlijietha jinstabu f 'għadd ta' kollezzjonijiet privati, kemm f 'Malta, kif ukoll barra minn Malta. Fl-okkażjoni tal-Festa tal- Madonna tal-Ġilju 2025, l-Għaqda tan-Nar fi ħdan is- Soċjetà Mużikali Madonna tal- Ġilju tal-Imqabba se tippreżenta "Symphony of Stars", spettaklu ta' nar sinkronizzat ma' diversi siltiet mużikali, nhar is-Sibt 14 ta' Ġunju 2025, lejliet il-Festa fid- 9:30 p.m. fil-Bypass tal-Imqabba. L-ispettaklu bit-tema "A Night at the Cinema", se jkun jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma' wirjiet piromużikali sinkronizzati tul is- serata kollha li jinkludu elementi oriġinali u innovattivi. Wara ssegwi esebizzjoni ta' nar tal-art oriġinali u mekkanizzat. L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju kienet ir-rebbieħa ġenerali tat-tieni edizzjoni tal- Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Floriana, kif ukoll naqqxet isimha fil-Guinness Book of World Records bil-ħruq tal-akbar raddiena fid-dinja. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal- Ġilju www.talgilju.com Symphony of Stars – A Night at the Cinema fl-Imqabba L-ispettaklu se jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma' wirjiet piromużikali sinkronizzati L-ispirazzjoni għal din il-wirja ġejja mill-kitbiet personali ta' Liliana Fleri Soler dwar il-memorji tat-tfulija tagħha, b'mod partikolari dawk marbuta mad-dar ta' nannitha