Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-pjanista, organista u direttur mużikali ta' fama internazzjonali Wayne Marshall se jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) f 'kunċert li fih se jkun ukoll is-solist fil-Piano Concerto in F ta' Gershwin. Bir-ritmi ħajjin u l-ħsejjes qawwija tal-istrumenti tar-ram, l-Overture ta' Girl Crazy ta' Gershwin u t-ree Dance Episodes minn On the Town ta' Bernstein juru l-ħila tal- kompożituri li jgħaqqdu l-mużika klassika ma' stili jazz u popolari. Porgy and Bess – A Symphonic Picture, f 'arranġament ta' Robert Russell Bennett, jiġbor flimkien l-aktar melodiji emblematiċi ta' Gershwin f 'silta orkestrali rikka li tirrifletti l-ispirtu drammatiku tal- opra. Il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis 5 ta' Ġunju fil-Forti Sant Iermu, il-Belt Valletta. Min hu interessat jattendi jista' jakkwista l-biljetti minn showshappening.com L-Orkestra Filarmonika ta' Malta tippreżenta l-kunċert Gershwin and Berstein Dwejra: of land, sea, and sky Wirt Għawdex se torganizza s-sitt taħdita fis-serje ta' taħditiet għall-2025 nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju fis-6.30 p.m., il-Kappella ta' Santa Ċeċilja, Għajnsielem. It-taħdita, li se tingħata bl-Ingliż minn Prof. Joseph Caruana, se tiffoka fuq id-Dwejra. Id-Dwejra hija ġawhra tal- Gżejjer Maltin — kapsula taż- żmien tal-Istorja ġeoloġika, vetrina tal-adattament ekoloġiku, u tieqa għall-galassja tagħna (it-Triq ta' Sant'Anna) u l-Univers inġenerali. Din it-taħdita se tiggwida lill- parteċipanti fl-Istorja ġeoloġika u umana tad-Dwejra, filwaqt li tikxef uħud mill-għeġubijiet inqas magħrufa tas-sit. Nibdew b'ħarsa lejn il-karatteristiċi terrestri tagħha — ġeoloġiċi, ekoloġiċi u arkeoloġiċi — imbagħad nesploraw il-meravilji tagħha ta' taħt l-ilma, qabel ma nwessgħu l-ħarsa tagħna lejn il-perspettiva kożmika, possibbli minħabba s-smewwiet mudlama tagħha. It-taħdita tagħlaq b'ħarsa lejn l-isfidi u t-theddidiet li jaffaċċja dan is-sit uniku, u l-irwol kruċjali li kull ċittadin jista' jkollu fil- konservazzjoni tiegħu. Il-kelliem huwa astrofiżiċista fl-Università ta' Malta u President ta' Wirt Għawdex. Caruana ilu affaxxinat bid-Dwejra sa minn età żgħira ħafna, u wettaq studji xjentifiċi fuq is-sit, inklużi tal- ġeomorfoloġija taħt l-ilma u s-smewwiet billejl. Ilu żmien twil jippromovi l-preservazzjoni tad- Dwejra u s-smewwiet mudlama tagħha, u waqqaf sit dedikat għal dan is-sit (www.dwejra.net). Caruana studja għal B.Sc. konġunti bl-Unuri fil-Fiżika u l-Matematika fl-Università ta' Malta. Wara dan, għamel ir-riċerka tad-Dottorat fid-Dipartiment tal- Fiżika tal-Università ta' Oxford, fejn studja għal DPhil fl-Astrofiżika bħala Marie Curie research fellow f 'network marbut mal- istrument NIRSpec tat-Teleskopju Spazjali James Webb tan-NASA/ ESA. Fi Christ Church, Oxford, għallem ir-Relattività Ġenerali u l-Kożmoloġija. Fl-2012 mar Berlin, fejn ħadem bħala riċerkatur postdottorali fl- Astrofiżika fil-Leibniz-Institut für Astrophysik (AIP) f 'Potsdam, bħala membru tal-grupp Galaxies & Quasars u l-Konsorzju MUSE. Fl- 2016, ingħaqad mad-Dipartiment tal-Fiżika u mal-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u l-Astronomija (ISSA) fl- Università ta' Malta, fejn jgħallem fuq l-Ottika, l-Astrofiżika u l-Kożmoloġija, kif ukoll il-Filosofija tax-Xjenza. L-interessi prinċipali tar-riċerka tiegħu jinkludu l-univers bikri, il-formazzjoni u l-evoluzzjoni tal-galassji, id-dinamiċi galattiċi, u l-Istorja tal-Astronomija. Fl- Università ta' Malta, huwa nieda grupp ta' riċerka dwar it-tniġġis tad- dawl, u jmexxi inizjattiva kontinwa ta' monitoraġġ tal-qawwa tad-dawl fis-sema billejl, b'enfasi partikolari fuq l-effetti tat-tniġġis tad-dawl fuq l-ambjent, l-ekoloġija u s-saħħa umana. Għandu wkoll interess fl- applikazzjoni ta' metodi statistiċi u mudelli matematiċi fil-mediċina iperbarika. Caruana huwa msieħeb tar-Royal Astronomical Society, kif ukoll membru tas-Socjetà Astronomika Ewropea u l-Unjoni Astronomika Internazzjonali (IAU). Ilu mill-2021 jaqdi l-irwol ta' President ta' Wirt Għawdex. Wara t-taħdita se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet mill-udjenza u diskussjoni. Ħajr lill-APS Bank li qed jisponsorjaw is-sensiela ta' taħditiet u lil Delicata Winery li jisponsorjaw ix-xorb ta' wara t-taħdita. L-avveniment fuq Facebook jinsab hawn: https://www.facebook. com/events/1876610853139669. Reġistrazzjoni b'xejn hija ssuġġerita permezz ta' din il-ħolqa: https://docs. google.com/forms/d/e/1FAIpQLS duCMQ9oyTDkyRtpbcjgNu29dd Zm9- WSvk0pG4zmNeLjCsL_A/ viewform?usp=dialog. Wirt Għawdex hija organizzazzjoni volontarja mhux governattiva mwaqqfa fl-1981 bl- għanijiet li jitrawwem l-għarfien tal-wirt tagħna fost il-livelli kollha tas-soċjetà u li taħdem biex tissalvagwardja l-patrimonju naturali, arkeoloġiku, storiku u antropoloġiku tal-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna. Nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju 2025 fit-8:00 p.m., il-Pjazza tal-Imqabba se tilqa' lil Din it-taħdita se tiggwida lill-parteċipanti fl-Istorja ġeoloġika u umana tad-Dwejra, filwaqt li tikxef uħud mill-għeġubijiet inqas magħrufa tas-sitCostume Party, li din is-sena se tieħu l-forma ta' Music Bingo Wayne Marshall, direttur mużikali ta' fama internazzjonali, se jidderieġi l-Orkestra Filarmonika ta' Malta f 'kunċert nhar il-Ħamis 5 ta' Ġunju fil-Forti Sant Iermu, il-Belt Valletta