MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Fuq stedina tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, għandna l-pjaċir inħabbru li matul is-27 u d-29 ta' Ġunju 2025 se nospitaw l-Isbandieratori di Carpineto propju qabel il-ġranet tal-Festa Titulari. Il-kollaborazzjoni ma' Carpineti nbdiet mill- Kunsill Lokali permezz ta' proġett Erasmus. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-kollaborazzjoni baqgħet tissaħħaħ. Meta ġew f 'Ottubru li għadda għall-Festival taċ-Ċikkulata, stedinniehom il-każin tagħna għall-ikla ta' nofsinhar u hemmhekk skoprejna li l-Patruna tar-raħal ta' Carpineto hija wkoll l-Immakulata Kuncizzjoni. Mhux hekk biss, imma l-Papa li bierek lill-istatwa tagħna qabel ma ġiet minn Ruma fis-sena 1903, kien il-Papa Ljun XIII li kien ukoll minn Carpineto. Wara l-laqgħa t'Ottubru, is-segretarju ġenerali tagħna attenda għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta' Diċembru fejn hemmhekk ġew diskussi l-aħħar dettalji għaż-żjara tagħhom bejn is-27 u d-29 ta' Ġunju. L-Isbanderatori di Carpineto se jtellgħu tliet attivitajiet, fosthom: • Il-Ġimgħa 27 ta' Ġunju fit-20:00 – Spettaklu fi Pjazza Kappillan Muscat • Is-Sibt 28 ta' Ġunju filgħodu fil-Belt Valletta u fis-18.30 jieħdu sehem fil- ħruġ tal-vara titulari minn niċċa u wara Spettaklu fi Triq Manwel Magri u wara jkomplu fi Triq il-Kappillan Muscat • Il-Ħadd 29 ta' Ġunju fl-10.00 – Spettaklu li jibda minn Triq Manwel Magri u jkompli mat-toroq tal-Parroċċa Peress li r-raħal ta' Carpineto huwa marbut u ddedikat lil Marija Immakulata, aħna ġejna wkoll mistiedna sabiex f 'Diċembru nżuru l-villaġġ ta' Carpineto u l-Banda ddoqq fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li ssir fil-Jum tal- Immakulata fit-8 ta' Diċembru. Din l-attivita hija ffinanzjata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz tal-iskema Social Causes Fund u minn Visit Malta. Din l-attività f 'Ġunju li ġej hija vetrina tal- kultura tagħna – imwaħħda ma' dawk ta' pajjiżi oħra. Il-President tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, is-Sur Antoine Scicluna, qal "li importanti nkomplu naqsmu l-kulturi bejnietna filwaqt li nsaħħu r-relazzjonijiet ma' ħaddiehor. Dan huwa l-vera ġemelaġġ". L-Isbandieratori di Carpineto ġejjin għall- Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun Ħamrun Music Fest 2025: Bidu Ġdid għall-Mużika Live fil-Ħamrun Wara erba' edizzjonijiet ta' suċċess taħt l-isem Summer Vibes, din is-sena timmarka l-bidu ta' identità ġdida għal wieħed mill-aktar avvenimenti ta' mużika live mistenni f 'Malta: il-Ħamrun Music Fest. L-ewwel edizzjoni taħt dan l-isem il-ġdid se ssir nhar l-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2025, fl-iSchool of Music Grounds, il-Ħamrun, u se toffri esperjenza mużikali ta' klassi dinjija li tgħaqqad il- prestiġju internazzjonali ma' talent lokali. Il-bibien jinfetħu fit-20:00, u l-festival jibda b'wirja enerġetika minn Family 3 b'kollaborazzjoni mal-kitarrist Taljan rinomat Fabrizio Fedele. Magħrufin għall-istil ekklettiku u l-mużikalità soda tagħhom, Family 3, flimkien ma' Fedele, magħruf għall-istil espressiv tiegħu u l-eċċellenza teknika, se joffru spettaklu li jġib dimensjoni internazzjonali lil dan il-grupp. Il-parti ewlenija tal-festival se tkun il-grupp DSL Dire Straits Legacy, proġett li jġib lura l-mużika tal-Dire Straits permezz tal-istess artisti li kienu kruċjali fil-ħolqien tal-ħoss ikoniku tagħhom. Il-grupp jinkludi diversi eksmembri leġġendarji tad-Dire Straits, fosthom: Alan Clark: il-keyboardist oriġinali u l-ewwel membru full-time li ngħaqad ma' Mark Knopfler fil-lineup klassika. Alan kellu sehem fundamentali fl-evoluzzjoni u s-suċċess globali tal-grupp. Phil Palmer: kitarrist rinomat li ngħaqad mal-grupp matul it- tour On Every Street u magħruf għall-istil sofistikat u l-versatilità tiegħu. Danny Cummings: perkussjonist famuż li r-ritmi enerġetiċi tiegħu żiedu ħajja u profondità mat-tour finali tad- Dire Straits. Mel Collins: sassofonist leġġendarju b'karriera estensiva fil-prog rock u jazz. Is-solos tiegħu mimlijin passjoni huma fost l-aktar mumenti memorabbli fil-wirjiet live u r-recordings tal-grupp. Dawn il-mużiċisti leġġendarji flimkien ma' performers oħra ta' esperjenza se jwasslu repertorju mill-aqwa tad-Dire Straits b'awtentiċità, preċiżjoni u passjoni. L-udjenza tista' tistenna klassiċi eterni bħal Sultans of Swing, Romeo and Juliet, Money for Nothing, u Brothers in Arms, interpretati bl-istess spirtu u virtwożità li għamluhom leġġendarji. Il-Ħamrun Music Fest 2025 jimmarka kapitlu ġdid fil- kalendarju kulturali tal-lokalità, li jgħaqqad il-kburija lokali mal- livell internazzjonali. B'marka professjonali u lineup ta' fama dinjija, l-edizzjoni ta' din is-sena se tikkonferma lill-Ħamrun bħala destinazzjoni ewlenija għall-avvenimenti ta' mużika live ta' kwalità għolja. L-ewwel edizzjoni taħt dan l-isem il-ġdid se toffri esperjenza mużikali ta' klassi dinjija li tgħaqqad il-prestiġju internazzjonali ma' talent lokali Il-President tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, is-Sur Antoine Scicluna, qal 'li importanti li nkomplu naqsmu l-kulturi bejnietna filwaqt li nsaħħu r-relazzjonijiet ma' ħaddiehor. Dan huwa l-vera ġemelaġġ'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 June 2025