MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

nitkellmu fuq nies li għandhom problemi psikosoċjali, dipendenza fuq sustanzi, jew għaddew minn trawmi serji." Sarah tispjega li fl-aħħar tliet snin irċevew madwar 700 referral, ħafna minnhom min- National Mental Health Services jew mill-Fondazzjoni għas- Servizz Soċjali. "Kien hemm każ fejn ġuvni wasal Malta waħdu wara li ħarab gwerra. Ma kellu assolutament lil ħadd ... Kif beda jsib saqajh ried ikompli l-istudji tiegħu u għex magħna waqt li kien qiegħed jistudja. Illum temm l-istudji tiegħu fl-MCAST u għandu xogħol. Għadu jżurna sal-lum." Storja oħra hi ta' mara b'tifel ta' ħames snin li għal ħafna snin għexet f 'relazzjoni vjolenti. "Kienet imfarrka kompletament, emozzjonalment u finanzjarjament. It-tifel kellu problemi ta' mġiba severa. Aħna ħdimna sabiex it-tifel jattendi sessjonijiet ta' play therapy, filwaqt li l-omm bdiet taħdem fuqha nnifisha. Illum qed taħdem u anke attendiet kors dwar it- trobbija tal-ulied. Ir-relazzjoni tagħhom inbidlet kompletament. Għadha tgħix magħna, imma issa qiegħda tippjana għad-dar tagħha stess." Tmexxija u viżjoni: l-irwol ta' Sarah Bħala General Manager, Sarah għandha responsabbiltà għat- tmexxija tal-Fondazzjoni, inkluż il-programmi u servizzi, ir- riżorsi, u l-finanzi tal-ħames djar. "Irridu naraw, mhux biss fejn persuna qed torqod, imma fejn sejra f 'ħajjitha. Irridu ngħinu lil kull persuna li qiegħda tgħix magħna biex tfassal it-trejqa tagħha sabiex tagħmel il-bidliet neċessarji biex timxi 'l quddiem. Kull każ hu differenti — trid tkun tista' tindirizza l-bżonnijiet individwali, mhux toffri 'one- size-fits-all' soluzzjoni." Hi temmen ħafna fil- kollaborazzjoni. "Ma nistgħux naħdmu waħedna. Irridu naħdmu ma' professjonisti oħra, ma' istituzzjonijiet differenti u anke mal-komunità. Jekk irridu noħolqu bidla, irridu nqiegħdu lill-persuna fiċ-ċentru tas- servizzi u nkunu aħna flimkien ma' oħrajn li nimxu magħha din it-triq sabiex tagħmel il-bidliet neċessarji għal ħajja ta' aktar dinjità. Il-kultura tal-ġudizzju u l-istigma "Wieħed mill-akbar ostakli għas-suċċess ta' dawn il-persuni huwa l-ġudizzju. Għad hawn min jaħseb li jekk xi ħadd qed jgħix f 'dar residenzjali bħal tagħna, qed jabbuża mis-sistema jew mhux jagħmel biżżejjed. Dan mhux vera." Hi tgħid li l-istigma f 'Malta naqset xi it, imma għadha teżisti. "Il-kumment klassiku hu 'dan mhux se jiġri lili'. Imma jekk titlef xogħlok, jew tinqabad f 'relazzjoni vjolenti, jew timrad serjament — kollox jista' jinbidel. Il-faqar jista' jolqot lil kulħadd." Sarah tkompli tgħid kif dak li s-soċjetà qiegħda tippromovi llum il-gurnata — dak li għandi ngħix ħajja materjali ta' ċertu livell aktar minn dak li huwa neċessarju, li ngħix il-mument u li jkolli kollox b'mod immedjat għax inkella nitwarrab mis- soċjetà — jikkawża wkoll ħafna pressjoni soċjali. Ovvjament dan joħloq stress żejjed li jista' jwassal persuna biex tikkomplika ħajjitha b'diversi riskji, sabiex tkun konformi mas-soċjetà. Fost kull statistika hemm wiċċ, qalb, u storja. Il-faqar f 'Malta mhux xi realtà imbiegħda — huwa preżenti, sikwit moħbi wara ħitan. Ħafna drabi, dawk li jsofru mhumiex 'oħrajn', imma jistgħu jkunu l-ġar, sħabek fuq ix-xogħol, jew xi ħadd li darba kellu kollox u spiċċa b'xejn. Dak li jidher sempliċi għal ħafna — saqaf fuq rasna, sodda nadifa, kelma ta' sapport — jista' jkun kollox għal min tilef kollox. Il-bidla ma tiġix biss mill- politika jew mill-istituzzjonijiet, imma minn kull wieħed u waħda minna li nagħżlu li ma nibqgħux indifferenti. Il-faqar mhux mistħija. L-għajnuna mhix dgħufija. U l-vera saħħa ta' pajjiż titkejjel f 'kemm jagħraf jieqaf ma' ta' taħtu. Għax pajjiżna jkun tassew b'saħħtu meta ħadd ma jibqa' b'għajta fil-vojt u b'qalbu miksura mingħajr ħadd lest biex jisma'. U forsi, dakinhar, il-kelma "dar" tibda tfisser ħafna aktar minn erba' ħitan u saqaf. Tibda tfisser tama, dinjità, u ċans ġdid. analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 05 realtà moħbija ta' kuljum PRE-AVVIŻ TA' SEJĦA: IL- PROGRAMM TAL-FOND EWROPEW TAS-SAJD MARITTIMU U L-AKKWAKULTURA GĦAL MALTA 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jinnotifika l-ħruġ ta' sejħa taħt il-Programm tal-Fond Ewropew tas-Sajd Marittimu u l-Akkwakultura għal Malta 2021-2027: Sejħa 15 - Skema ta' Bidla jew Immodernizzar ta' Magni ta' Bastimenti tas-Sajd Prijorità 1: Trawwim ta' Sajd Sostenibbli u r-Restawr u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Akwa- Bijoloġiċi Objettiv Speċifiku 1.2 – Żieda fl-enerġija effiċjenti u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju bil-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd L-Iskema ta' Bidla jew Immodernizzar ta' Magni ta' Bastimenti tas-Sajd se sservi ta' sostenn għas- settur tas-sajd biex jagħmel il-qalba lejn id-dekarbonizzazzjoni. Iż-żieda fl-investiment fit- tekonoloġija moderna se taffettwa direttament it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju u b'hekk, Malta tagħmel sforz akbar biex tippromwovi ambjent aktar nadif. L-applikanti eliġibbli għal din is-sejħa huma: • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFB • Bastimenti li joperaw f'segment tal-flotta bbilanċjata It-tnedija attwali tar-rolling call, flimkien mad-dettalji dwar is-sessjoni ta' informazzjoni, i-Formola tal-Applikazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari oħra, se jiġu ppubblikati f' Ġunju 2025 u jistgħu jinkisbu mis-sit https://fondi.eu . L-ewwel ġabra ta' din ir-rolling call mistennija tagħlaq f'Settembru 2025. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għal https://fondi.eu għall-Programm tal-EMFAF għal Malta, u għal aġġornamenti relatati mas-sejħiet ta' finanzjament tal-UE. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info.sem@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300. PRE-AVVIŻ TA' SEJĦA: IL- PROGRAMM TAL-FOND EWROPEW TAS-SAJD MARITTIMU U L-AKKWAKULTURA GĦAL MALTA 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jinnotifika l-ħruġ ta' sejħa taħt il-Programm tal-Fond Ewropew tas-Sajd Marittimu u l-Akkwakultura għal Malta 2021-2027: Sejħa 15 - Skema ta' Bidla jew Immodernizzar ta' Magni ta' Bastimenti tas-Sajd Prijorità 1: Trawwim ta' Sajd Sostenibbli u r-Restawr u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Akwa- Bijoloġiċi Objettiv Speċifiku 1.2 – Żieda fl-enerġija effiċjenti u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju bil-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd L-Iskema ta' Bidla jew Immodernizzar ta' Magni ta' Bastimenti tas-Sajd se sservi ta' sostenn għas- settur tas-sajd biex jagħmel il-qalba lejn id-dekarbonizzazzjoni. Iż-żieda fl-investiment fit- tekonoloġija moderna se taffettwa direttament it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju u b'hekk, Malta tagħmel sforz akbar biex tippromwovi ambjent aktar nadif. L-applikanti eliġibbli għal din is-sejħa huma: • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFB • Bastimenti li joperaw f'segment tal-flotta bbilanċjata It-tnedija attwali tar-rolling call, flimkien mad-dettalji dwar is-sessjoni ta' informazzjoni, i-Formola tal-Applikazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari oħra, se jiġu ppubblikati f' Ġunju 2025 u jistgħu jinkisbu mis-sit https://fondi.eu . L-ewwel ġabra ta' din ir-rolling call mistennija tagħlaq f'Settembru 2025. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għal https://fondi.eu għall-Programm tal-EMFAF għal Malta, u għal aġġornamenti relatati mas-sejħiet ta' finanzjament tal-UE. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info.sem@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 June 2025