Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536967
Il-films dwar il-kriminalità organizzata minn dejjem kienu popolari fiċ-ċinema. Fis-snin tletin, fl-eqqel tad-Dipressjoni Amerikana, il-kumpanija Warner Bros. għamlet suċċess u spikkat fil-produzzjonijiet ta' dan il-ġeneru. Aspett reali ta' dawn ix- xogħlijiet ċinematografiċi huma dawk li juru xi organizzazzjoni potenti ta' kriminalità li jkun hemm imdaħħal fihom anki membri korrotti mlaħħqin fil- ġerarkija tal-pajjiż, bħal pulizija jew is-superjuri tagħhom, membri parlamentari, imħallfin u oħrajn. Huma l-films dwar il- Maa li l-aktar juru dan. Il-kelma Maa li tqanqal ħsibijiet koroh ta' biża', terrur u mwiet, kulħadd sema' biha. Ħa naraw issa x'inhu l-oriġini ta' din is-soċjetà sigrieta li l-għeruq tagħha jinfirxu mal-istrati kollha tal-popolazzjoni, sa mill-ogħla postijiet tal-pajjiż. Il-kelma Maa teħodna lejn Sqallija u r-relazzjoni ta' dan il-pajjiż mal-Maa kienet reali ħafna. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, Sqallija hi lok favorevoli għan-negozju u trattati minn nies ta' pajjiżi oħra biex jabitaw hemm. Dan il-post sar qisu d-destinazzjoni perfetta lejn il-Mediterran, l-Afrika ta' Fuq u l-Adrijatiku. Ħafna jaħsbu li l-Maa hija organizzazzjoni sigrieta ta' kriminalità li bdiet qabel waslu l-armi u d-drogi. Il-Maa bdiet bħala kwalità ta' ħajja, raġuni kif wieħed jipproteġi lil familtu u lill-għeżież tiegħu mill-inġustizzji ta' min jaħkem. Kien biss ħafna aktar tard, bil- qawmien tal-midja, tat-televiżjoni u ta' Hollywood li l-Maa ħadet dik l-arja glamoruża li sirna nafu biha. L-istorja ta' gvernijiet vjolenti u oppressivi ta' Sqallija u n-numru kbir ta' ħakkiema korrotti u inkonsistenti, speċjalment fis-sistema ġudikali, sawret l-atmosfera li wieħed jafda fih innifsu biss u dwar koperazzjoni qalb in-nies. Il-biża' ġiegħel li wieħed jibda jafda b'dan il-mod u jirrispetta lil dak tal-kalibru tiegħu megħjun mill-burokrazija tal-familja u ħbieb. Il-Maa hija organizzazzjoni kriminali fi Sqallija, l-Italja. Din hija assoċjazzjoni mferrxa ta' gruppi kriminali li jħaddnu bejniethom struttura organizzata u kodiċi ta' unur. Il-gruppi bażiċi jissejħu "familja" jew "għaqda". Kull familja tikkapparra reġjun, ġeneralment belt jew villaġġ, jew xi subborg ta' belt kbira fejn topera bl- attività illegali tagħha. Minkejja li l-pubbliku jirreferi għall-membri tagħha bħala "maosi", huma jqisu lilhom infushom bħala "rġiel tal-unur". Il-qalba tal-attivitajiet huma li jitolbu flus biex jipproteġu ħwienet u stabbilimenti u jarbitraw bejn ġlied u argumenti bejn il-kriminali li jorganizzaw negozju illegali u reati kriminali oħra. Bis-saħħa tal-emigrazzjoni, il-Maa xterdet ma' pajjiżi oħra, speċjalment lejn l-Istati Uniti, naturalment fl-Italja u anki l-Kanada u l-Awstralja. Insibu wkoll maa sħiħa fil-Lvant tal- Ewropa u l-Amerika t'Isfel. Niġu issa għall-Maa Amerikana. Fl-Istati Uniti l-Maa jirreferu għaliha bħala "Mob" jew "Cosa Nostra" (il-ħaġa tagħna). F'Napli jsejħulha "Camorra" li teżisti wkoll fl-Istati Uniti u l-Kanada. F'Sardinja għandha l-isem ta' "Ndrangheta". Fl-Istati Uniti l-Maa nibtet f 'reġjuni fqar jew il-Ghettos ta' East Harlem, New York, Lower East Side u Brooklyn. Infirxet ukoll f 'partijiet oħra tal-East Coast u fi bliet metropolitani bħal Chicago u New Orleans lejn l-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, meta emigranti mill-Italja u Sqallija invadew l-Amerika. Il-Maa Amerikana hi wkoll taħlita ta' gruppi kriminali minn Napli, Reggio Calabria u postijiet oħra bħal Corsica li ngħaqdu mal-Maa Siċiljana. Fil-preżent, din l-organizzazzjoni vasta hija l-aktar attiva lejn it- Tramuntana/Lvant tal-Istati Uniti, f 'diversi postijiet bħal New York City, New Jersey, Philadelphia u New England, ukoll f 'Boston, Chicago, Detroit u Cleveland u mifruxa sa Florida fis-Sud u Las Vegas fil-Punent. Iċ-ċinema ma qagħadx lura biex jesebixxi produzzjonijiet dwar l-attivitajiet diversi ta' din l-għaqda bi swaba' twal li jwasslu ma' kullimkien, imlaqqma wkoll mit-Taljani bħala "Piovra" (qarnita). Dan is-suġġett ġie ttrattat ġo films bħal e Black Hand, e Don Is Dead, Pay Or Die, e Sicilian Clan, e Brotherhood, Johnny Cool, New York Confidential, e Brothers Rico, Honour y Father, e Valachi Papers, Charley Varrick, Goodfellas, Mobsters u speċjalment bi grandezza u vitalità fit-triloġija e Godfather. Films Taljani li ttrattaw din l-affari huma ħafna u jinkludu La Conseguenze Dell'Amore, (e Consequences Of Love), Cadaveri Eccellenti (Illustrious Corpses), Salvatore Giuliano, Il Prefetto Di Ferro, e Sicilian, Gomorrah (li tfisser Camorra) u l-kolossali C'Era Una Volta l'America (Once Upon A time In America). Kif diġà semmejt, fl-Amerika, il-Maa jsibuha wkoll bħala Cosa Nostra (il-ħaġa tagħna jew il-kawża tagħna). Cosa Nostra talludi għall- frażi "Morte alla Francia, Italia Anela" (mewt għall-Franċiżi hija l-għajta Taljana). Minn telefonata rrikordjata bil-moħbi mill-FBI, Johnny Formosa qal dan il-kliem lis-sid tiegħu, Sam Giancana, wara li Dean Martin irriuta jew injora talba biex ikanta f 'Chicago, "Ejjew nuru lil dawn iċ-ċwieċ ineffiċjenti ta' Hollywood li dawn ma jistgħux jiskappaw qisu ma ġara xejn. Ejjew naħbtu għal Sinatra, jew nista' nsawwat xi tnejn oħra, Lawford u Martin u nattakka lill-iswed (Sammy Davis Jr.) u naqlagħlu l-għajn l-oħra 'l barra". Dawn l-atturi kollha magħrufa bħala e Rat Pack dejjem jidhru flimkien u anki ġieli ssemmew li kellhom xi konnessjonijiet mal-Maa. 14 films IL-ĦADD 29 TA' ĠUNJU 2025 • illum Carmel Bonnici Films dwar il-mafja L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Goodfellas