Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536967
illum • IL-ĦADD 29 TA' ĠUNJU 2025 IĊ-ĊERIMONJA TAL-ISKEJJEL PROMOTURI TAL-KOTBA U L-QARI Nhar it-Tnejn, 26 ta' Mejju, 2025, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, permezz tat-Taqsima tal-Libreri- ji tal-Iskejjel, organizzat ċerimonja fl-Iskola ta' San Ġwakkin, Wied il-Għa- jn, fil-Kulleġġ ta' San Tumas More li fiha ppremjat lill-iskejjel Promoturi tal-Kotba (Book Champion Schools) bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal- Jum Dinji tal-Ktieb 2025. Matul din iċ-ċerimonja, l-Aġenzi- ja qassmet il-premjijiet lil 92 skola primarja, medja u sekondarja li qed jippromovu b'mod regolari l-kotba, il-qari u l-litteriżmu fost l-istudenti u l-edukaturi tagħhom. Ir-rebbieħa ta' kull kategorija, jiġifieri tad-deheb, fidda u bronż, ingħataw ċertifikat u kupun biex jixtru aktar kotba tal-qa- ri. Ħames skejjel ingħataw il-Premju tal-Bronż, 22 skola ngħataw il-Premju tal-Fidda u 67 skola ngħataw il-Prem- ju tad-Deheb. Fiċ-ċerimonja saru diskorsi qosra mill- Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litter- iżmu, is-Sur David Muscat, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Tumas More, is-Sur George Psaila u d-Direttur taċ-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università ta' Malta, il-Professur Charles Mifsud. L-istudenti tat-tielet sena, immexxija mill-eduka- turi tal-iskola primarja ta' San Ġwak- kin Marsaskala, tellgħu reċta bl-isem 'Theo and the Box of Crayons' fl-istess avveniment. Sa minn meta bdiet issir din iċ-ċel- ebrazzjoni fl-2017 l-Aġenzija tat il-Premju tal-Bronż lil 61 student/a, il-Premju tal-Fidda lil 162 student u l-Premju tad-Deheb lil 354 student ta' etajiet differenti mill-iskejjel u ċ-ċen- tri tal-kindergarten tas-setturi kollha. Fiċ-ċerimonja tas-26 ta' Mejju ġew ippremjati wkoll l-edukaturi u l-istu- denti mill-ewwel sena tal-kindergar- ten sal-ħdax-il sena tas-sekondarja li ġew l-ewwel, it-tieni u t-tielet fid-di- versi kompetizzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2025 imtellgħin mill-Aġen- zija. Ir-rebbieħa ta' kull sena tal-isko- la ngħataw ċertifikat u kupun li jis- sarraf f'kotba u riżorsi tal-litteriżmu. Fil-kompetizzjonijiet ta' din is-sena ħadu sehem 1,264 ruħ bejn edukatu- ri u student. Minn mindu bdiet issir din il-kom- petizzjoni mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, tqassmu 8,522 prem- ju lit-tfal tal-iskejjel primarji u 3,391 premju lil studenti tal-iskejjel medji u sekondarji. Din is-sena l-aktar skola li kellha rebbieħa kienet l-iskola ta' San Franġisk, tar-Rabat Għawdex, b'erba' rebbieħa f'kategoriji differenti tal-pri- marja. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Lit- teriżmu tirringrazzja lill-għalliema, l-edukaturi u l-mexxejja tal-iskejjel li jħabirku biex iħeġġu l-qari u l-imħab- ba għall-kotba. Mark Camilleri Senior Manager mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel, premjat lill-Iskejjel Champions tal-Ktieb bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2025. Ir-rebbieħa ta' kull sena skolastika (lemin) ingħataw ċertifikat u vawċer għal kotba u riżorsi tal-litteriżmu