Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536967
JAELLE BORG Il-Gvern Malti kien nieda proposti importanti li jindirizzaw diversi aspetti tas-sistema ġudizzjarja, fosthom l-etika, il-proċess dixxiplinarju tal-imħallfin u l-maġistrati, u l-mod kif jiġu magħżula u valutati. L-approċċ integrat jinkludi tibdil legali, amministrattiv u istituzzjonali li mistenni jħalli impatt dirett fuq il- mod kif iċ-ċittadini jesperjenzaw is-servizz tal-ġustizzja. Dawn il-proposti ħa jibqgħu proposti għaliex l-Oppożiżżjoni qed toġġezzjona li ssiru tibdiliet hekk imma li jkun hemm riforma ferm akbar. Minkejja kollox wieħed irid jara ser jiġri hekk kif kap ġdid ikun elett biex imexxi l-PN. Waħda mill-iżviluppi ewlenin fil-proposti tal-Gvern hija l-introduzzjoni ta' kariga ġdida: il-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura. Din il-figura indipendenti tkun responsabbli biex tinvestiga lmenti kontra ġudikanti, kemm dawk li jsiru mill-Prim Imħallef u l-Ministru għall-Ġustizzja, kif ukoll dawk li jiġu direttament miċ-ċittadin. Dan jipprovdi mezz ġdid għal kull persuna biex tesprimi t-tħassib tagħha dwar imġiba, nuqqas ta' rendiment jew ksur ta' kodiċi ta' etika minn xi membru tal-ġudikatura. Il-Kummissarju, magħżul għal terminu ta' tliet snin, ikollu s-setgħa li jinvestiga lmenti b'mod sigriet u indipendenti. Ladarba jispiċċa l-proċess ta' investigazzjoni, jista' jippreżenta rapport formali u, jekk ikun il-każ, jaġixxi bħala prosekutur quddiem il-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati. Dan il-kumitat jista' jikkastiga b'miżuri bħal twissijiet, sospensjonijiet, penali pekunjarji, jew saħansitra r-rakkomandazzjoni ta' tkeċċija mill-kariga. Minbarra dan, il-proċedura dixxiplinarja tkun imsaħħa b'regoli ċari u limiti ta' żmien: il-proċedura għandha titlesta fi żmien sena, u jekk ikun hemm appell, għandu jintemm fi żmien sitt xhur. Il- proċeduri jibqgħu sigrieti sakemm il-ġudikant akkużat jitlob li jkunu pubbliċi. Fl-istess waqt, ġew proposti wkoll bidliet oħra li jolqtu l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-ġudikatura. L-età tal-irtirar tal- ġudikanti tiżdied minn 68 għal 70 sena, b'possibbiltà ta' estensjoni b'approvazzjoni istituzzjonali. Din il-bidla hija mmirata biex jitħalla aktar spazju għal ġudikanti b'esperjenza li jixtiequ jkomplu jservu. Emenda oħra għandha l-għan li ssaħħaħ it-trasparenza fil-proċess ta' ħatriet ġudizzjarji. Filwaqt li fil- passat kienu jiġu ppubblikati t-tliet ismijiet ta' dawk li kienu meqjusa bħala kandidati ideali, dawn issa jkunu miżmuma f 'reġistru sigriet aċċessibbli biss għal dawk b'responsabbiltà diretta fil-proċess. Proposti oħra jinkludu tisħiħ fil-mod kif jiġu trattati lmenti kontra avukati u prokuraturi legali, b'limiti ta' żmien aktar stretti biex jiġu investigati u deċiżi. Ġiet ukoll proposta emenda li tipprovdi għall- ħolqien ta' tliet sezzjonijiet separati fi ħdan il-Qorti Kostituzzjonali sabiex jindirizzaw każijiet differenti b'mod aktar effiċjenti u speċjalizzat. Konsultazzjoni estensiva saret mal-Assoċjazzjoni tal-Ġudikatura u l-Kamra tal-Avukati biex ikun hemm ehim fuq il-prinċipji ewlenin tar-riforma. Dawn il-proposti ġew ispirati wkoll minn rakkomandazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk tal-Kummissjoni Venezja u tar- rapporti Ewropej dwar is-saltna tad-dritt. Il-pjan globali huwa wieħed li jsaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja, iżda fl-istess waqt jagħmel lill- ġudikatura aktar responsabbli għall-imġiba tagħha. Il-proposti għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja pubblika fil-ġustizzja u jikkonformaw mal-ogħla standards ta' governanza u proċess ġust. Minkejja dan, l-Oppożizzjoni esprimiet qbil limitat jew nuqqas ta' ehim fuq ċerti aspetti tar-riformi. analiżi IL-ĦADD 29 TA' ĠUNJU 2025 • illum 04 Proposti kostituzzjonali ġodda fil-ġustizzja F'bidla sinifikanti għall-ġustizzja f 'Malta, il-Gvern nieda sett ta' riformi kostituzzjonali li jindirizzaw b'mod dirett il-proċeduri dixxiplinarji fil- ġudikatura, il-ħatra ta' ġudikanti, u l-istandards tal-imġiba tagħhom. Dawn il-bidliet għandhom l-għan li jsaħħu l-fiduċja pubblika u jtejbu l-governanza demokratika. AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021-2027) Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jħabbar it-tnedija ta' sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Objettiv Speċifiku 1.2 – Żieda fl-enerġija effiċjenti u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal- karbonju bil-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd. Din is-sejħa se tkun miftuħa għal sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA u MFB u se tiffoka b'mod speċifiku fuq il-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd bl-għan ewlieni sabiex jiżdied sostenn għas-settur tas-sajd biex jagħmel il-qalba lejn id-dekarbonizzazzjoni. Iż-żieda fl-investiment fit- tekonoloġija moderna se taffettwa direttament it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju u b'hekk, Malta tagħmel sforz akbar biex tippromwovi ambjent aktar nadif. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi elettronikament fuq id-database tal-Fondi Strutturali fuq is- sit sfd.gov.mt/application sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2025, il-31 ta' Diċembru 2025, il-31 ta' Marzu 2026, it-30 ta' Ġunju 2026 u t-30 ta' Settembru 2026 f'nofsinhar. Biex tissottometti l-proposti tal-proġetti mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, wieħed jista' jikseb il-formola tal-applikazzjoni onlajn fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/replacement-or-modernisation- of-engines-of-fishing-vessels-scheme/. Kwalunkwe mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. Tliet sessjonijiet ta' informazzjoni se jittellgħu f'dawn id-dati: 1. It-Tnejn 21 ta' Lulju 2025 – Għawdex, Gozo Experimental Farm, Ix-Xewkija fl-10.00 a.m. 2. It-Tlieta 22 ta' Lulju 2025 - Marsaxlokk, Pompei Hall fil-5.00 p.m. 3. L-Erbgħa 23 ta' Lulju 2025– San Pawl il-Baħar, Alleluia Hall, Triq San Franġisk fil-5.00 p.m Wieħed jista' jirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi jaċċessa l-kodiċi QR hawn taħt: